Nafdaw ukoll li Alla jidħol f’ħajjitna, u hemm ikun hemm is-salvazzjoni.

c200291d89e36e3f847d12bb85af56fd.jpg

Dan Żakkew kien publikan u sinjur – mela kien sterjotipat li kien diżonest, u l-kredibilità tiegħu zero.  U minflok Żakkew stieden lil Ġesù għal ikel, Ġesù stieden lilu nnifsu għal din l-ikla. U b’dan kollu Ġesù jaċċettah bħala wieħed li miegħu setgħa jaqsam ċertu valuri u ċertu ‘understandings’. Ukoll, jurih li miegħu wieħed jista’ jagħmel komunità. U għalhekk imbagħad kien hemm ir-reazzjoni għal dan kollu mill-folla. Kien hemm ostilità kbira.

Issa hawn naraw li Żakkew kien diġa ta nofs li kellu lil foqra u diġà ħallas 4 darbiet lil dawk li kien qarraq.  Il-verbi fl-oriġinali fil-Grieg huma fil-preżent, “jiena ngħati” u “jiena nħallas lura”, u mhux fil-futur kif forsi naħsbu…u għalhekk Żakkew kien diġa qiegħed jippratika din il-behaviour ta’ kumpens. Imma l-problema li l-folla ma emmnitux. Imma Ġesù jemmen dak li jgħid Żakkew u dan billi sejjaħlu “iben Abraham”.

Għalhekk din l-istorja hija storja ta’ fejqan, fejn wieħed jerġa’ jġib għan-normal sitwazzjoni mhux normali u fejn kien hemm relazzjonijiet komunitarji, ikkawżati mill-isterjotipi ta’ Żakkew minn naħa tal-komunità. Għalhekk hawnhekk għandna storja mhux ta’ Żakkew li nidem biss, imma ta’ fejqan ta’ marda fir-relazzjonijiet soċjali.

Għalhekk aħna kif ser nirrispondu quddiem dan kollu?

Min huwa ż-Żakkew tal-lum?

  • Nistgħu nkunu jien jew int
  • Jew l-immigrant/refuġjat
  • Jew xi persuni li kien il-ħabs
  • Jew xi persuni li għaddiet minn reabilitazzjoni tad-droga
  • U tant persuni oħra

Quddiem persuni li twarbu mis-soċjetà, għaliex għandhom label u huma sterjotipati kif ser naċċettawhom? Naċċettaw li magħhom nistgħu nagħmlu u nibnu komunità, kif għamel Ġesù? Naċċettaw li hemm ċertu common values and understandings? U dan jitlob minna li ninżlu iktar fil-fond u naraw dawn il-punti li jgħaqqdu u mhux jifirduna – eżempji li aħna bnedmin, bid-drittijiet umani (li hija ċavetta għall-evanġelizazzjoni).

U quddiem dan il-persuni, li nafu qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom anke biex isewwu l-affarijiet, qegħdin nemmnuhom? Jew inkella la darba qalu jew għamlu ħaġa għalaqna l-bibien ta’ qalbna għalihom?

Naħsbu li hemm persuni li nkunu warrabna li ma għandhomx tajjeb, u forsi wkoll nfixxklu bħalma għamlet il-folla meta fixklet biex jara lil Ġesu? U aħna nixtiequ naraw lil Ġesù? U min qed ifixiklna? Ċirkustanzi? Persuni? Jekk nixtiequ naraw lil Ġesù, nistgħu niltaqgħu miegħu f’dawn iż-Żakkew taż-żmienna, u fejn aħna nagħtu s-sehem tagħna biex nfejqu l-marda tagħna fir-relazzjonijiet komunitarji.  Nafdaw ukoll li Alla jidħol f’ħajjitna, u hemm ikun hemm is-salvazzjoni.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top