7,000 lingwa differenti użati fid-dinja…x’varjetà ! kif qatt jistgħu jiftehmu bejniethom il-bnedmin b’tant lingwi differenti? B’liema lingwa kien jitkellem Alla? B’liema lingwa jitkellem il-bniedem?
Fir-rakkont ta’ Pentekoste nsibu li l-appostli wara li rċevew l-ispirtu s-Santu bdew jitkellmu b’ilsna oħra.
X’kien qiegħed jiÄ¡ri fl-Appostli wara l-mewt ta’ Ä esù? Kienu mimlijin biża’ li ser iduru kontrihom, u għalhekk issakkru fiÄ‹-ÄŠenaklu bil-bibien magħluqa.
Lingwa tal-bniedem:
Biża (kulħadd l-istess) vs kuraġġ (kulħadd differenti):
imma magħqudin: Hawnhekk naraw kif il-biża ħakmithom u ma ħallithomx jesprimu lilhom infushom u dak li jemmnu fih. Il-biża ġġib iktar biża u nispiċċaw niddominaw jew neliminaw lil xulxin (mhux bilfors bl-armi, jew bi qtil imma anke bil-kliem tagħna, l-attitudni tagħna) għax ma naċċettawx li jkun hemm min jaħsibha differenti minna, għax ma naċċettawx id-differenzi ta’ bejnietna. (L-istess kif ġara f’Babel għax kienu kollha lsien wieħed, riedu li kulħadd ikun l-istess imma Alla niżel u ħawwad l-ilsna). Alla jixtieqna nkunu differenti, kif aħna, l-ispritu li jaħdem fina b’mod differenti f’kull wieħed minna.
L-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u allura fuqna lkoll permezz tal-magħmudija u tal-griżma jħeġġiġna biex niftħu l-bibien ta’ qlubna (mhux bil-bibien magħluqa) bħalma kienu l-appostli u niltaqgħu mal-ieħor/l-oħra. Inkun jien kif jien mingħajr maskra, mingħajr sbuħija artifiċjali imma noħroġ dak li hemm f’qalbi. L-ieħor ma jibqax għadu imma jsir ħuk/oħtok li miegħu/magħha tista’ taqsam ħajtek.
Lingwa t’Alla:
Alla ma kellux xi lingwa b’ħafna kliem u vokabularju imma kien jitkellem bil-lingwa tal-imħabba – ħajtu kollha mit-twelid sal-qawmien tiegħu. Ħajtu kollha kienet imħabba, kienet dawl li uriet it-triq u baqgħet tidwi anke meta l-appostli kienu magħluqa fiċ-ċenaklu.
L-imħabba daħlet permezz tal-ispirtu s-Santu (ilsna tan-nar) u meta reġgħu skoprew l-imħabba f’ħajjithom u ma beżgħux, allura intebħu li l-unika lingwa li tgħaqqadhom flimkien hija dik tal-imħabba.
X’inhu l-Ispirtu s-Santu?
Riħ
X’inhu l-ispirtu s-Santu? L-ispirtu (ruah) ifisser riħ. Kif ir-riħ jonfoħ kullimkien, anke l-ispirtu s-Santu għandu l-qawwa li jonfoħ fuq kulħadd. Illum, f’din is-solennita’ ta’ Għid il-Ħamsin niftakru f’dawk l-esperjenzi fil-ħajja tagħna fejn l-ispirtu s-Santu nefaħ u ġedded ħajjitna.
Niftakru ukoll kemm aħna stess konna spirtu Ä¡did fil-ħajja tal-oħrajn. Ir-riħ li jibdel, li jerÄ¡a jqajjem in-nar…liema kienu dawk l-esperjenzi fil-ħajja tiegħek li fihom ħassejt lill-Mulej jonfoħ fik…Esperjenzi oħrajn li fihom int stess kont ta’ riħ għall-oħrajn, billi emmint fil-kapaÄ‹itajiet ta’ ħaddieħor, inkuraÄ¡Ä¡ejt, issapportjajt..ħeÄ¡Ä¡iÄ¡t…
Nar
L-ispirtu s-santu juri lilu nnifsu taħt il-forma tan-nar. In-nar iħeÄ¡Ä¡eÄ¡, iqawwi, jimla, jinkuraÄ¡ixxi. L-ispirtu mhux biss riħ li jmexxi u jbiddel imma huwa ukoll nar li jidħol fil-qalb, jgħinek tidħol fik innifsek, u tiskopri s-sabiħ li hemm Ä¡o fik. In-nar li jnaddaf id-deheb, isaffi…joħroÄ¡ il-preÄ¡ju, is-sabiħ tiegħek..x’inhuma l-affarijiet sbieħ li hemm f’ħajtek, x’barkiet qiegħed jagħtik il-Mulej fil-ħajja tiegħek?
Lenti Ä¡dida
L-ispirtu s-Santu jagħtina lenti ġdida biex naraw il-ħidma tiegħu fil-ħajja tagħna u fil-ħajja ta’ oħrajn li ngħixu magħhom. Lest naċċetta din il-lenti biex nara dan kollu madwari, jew nippreferi noqgħod kif jien u nibqa’ nara l-affarijiet qegħdin jispiċċaw u m’hemmx tama li jinbdlu? Jien irrid nibda’ nkun t-tama fejn hemm biża, u tbatija għax l-ispirtu tal-Mulej ikun miegħi kull fejn inkun. B’liema lingwa ser nibda nitkellem?
fr. Terence Spiteri osa