‘Ejjew warajja’
Fl-VanÄ¡elu, l-EvanÄ¡elista San Mark jippreżentalna lil Ä esu’ jsejjaħ l-ewwel dixxipli. Huwa rakkont sabiħ ħafna għax fih aħna nistgħu naraw is-sejħa li Ä esu’ jagħmel lilna ukoll fil-ħajja tagħna. Ma ninsewx, li Alla jsejjaħ lil kulħadd biex jimxi warajh, ovvjament min bi stat ta’ ħajja u min b’ieħor.
‘ikalaw ix-xbiek fil-baħar’, ‘qegħdin isewwu x-xbiek’ – San Mark jgħidilna eżattament x’kienu qegħdin jagħħmlu l-aħwa meta sejħilhom Ä esu’. Kemm Indri u Pietru u kemm Ä akbu u Ä wanni, kienu qegħdin jagħmlu dak li normalment kienet tinkludi Ä¡urnata tipika tax-xogħol tagħhom. Ä esu’ jiddeÄ‹iedi li jintervjeni f’ħajjithom fl-iktar mument normali tal-Ä¡urnata. Hekk ukoll jista’ jiÄ¡ri magħna. Jista jkun li Ä esu’ lilna jkellimna fl-affarijiet tal-kuljum, fl-inqas mumenti li aħna nobsru li ħa nħossuh qrib tagħna. Iva, Alla jista’ jsejħilna fil-post tax-xogħol, fil-postijiet ta’ divertiment, id-dar, mal-ħbieb, l-iskola, permezz tal-internet, fis-sitwazzjonijiet ta’ ħajjtina, etċ…
‘telqu x-xbiek’, ‘telqu lil missierhom Å»ebedew fid-dgħajsa mal-lavranti’ – Mument sabiħ f’dan ir-rakkont huwa t-tweÄ¡iba tagħhom għall-istedina li għamilihom Ä esu’, fejn dawn ħallew dak li kienu qed jagħmlu biex ‘marru warajh’. Il-fatt li ħallew dak li kienu qed jagħmlu jirrapreżenta li issa, iÄ‹-Ä‹entru tal-ħajja tagħhom inbidel u sar Ä esu’. Dak li qabel kien importanti, issa tilef postu fil-prijoritajiet tal-ħajja tagħhom. Din il-parti tal-VanÄ¡elu tisfidana biex aħna ukoll nitilqu ‘x-xbiek’ tal-karririżmu sfrenat, tal-egoiżmu, tal-kumdita’ etÄ‹… ħalli aħna nkunu sinjal ħaj tas-Saltna t’Alla fl-ambjenti fejn inkunu.
Tajjeb li aħna, bħall-ewwel appostli, inkunu sensittivi għall-vuċi t’Alla fir-rutina ta’ kuljum u li minkejja d-diffikultajiet li nistgħu niltaqgħu magħhom matul il-vjaġġ tagħna, nkunu lesti li nirriskjaw is-sigurtajiet tagħna biex nilqgħu l-istedina li qed jagħmlilna.
Andrea Naudi