la tibżax

donotfear

La tibżax. Kemm hija ħaġa tajba li xi ħadd li jkun inkwetat jisma’ dan il-kliem mingħand Ġesù. Ġesù jaf li irridu nisimgħu dan il-kliem.  Illum fl-Evanġelju tissemma 3 darbiet.

Ġesù li qed jagħmlilna kuraġġ fil-missjoni li għandna. Ġesù jaf li bħalma hu ħabbat wiċċu ma’ tant persekuzzjoni, hekk ukoll id-dixxipli u aħna fil-mixja tad-dixxipulat.

Ġesù jurina li l-biża tagħna ma għandix tkun minn dawk li jistgħu jwassluna għall-mewt, imma min dawk li jistgħu jifirduna mill-imħabba tiegħu.

Fl-istess ħin Ġesù jsemmi l-ħajja tal-għasfur tal-bejt. Xi drabi inħossuna helpless u insinifikanti fl-irħieħ qawwija tal-ħajja fid-dinja. U bħall-għasafar tal-bejt naraw li aħna komuni u li ma għandnix valur, u li nagħmlu ftit differenza.  Imma l-Mulej, quddiem dak li ħaddieħor jridna nemmnu jgħidilna: “Intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt”.  U għalhekk hemm il-valur tal-kull bniedem. U din ta’ minn, kulħadd fil-kwiet, jirrifletti fuqha u wkoll kif naffrontaw il-ħajja tagħna f’din id-dinja, bil-biżgħat, l-anzjeta, bit-tamiet u l-ferħ.

Ġesù huwa wkoll mudell għalina kif naffrontaw mal-anzjeta.  Anke naraw mill-episodju tal-Ġetsemmani.

X’kien ir-rimedju?

  • Li jkollok fiduċja f’Alla u li taqsam il-kawża tal-biża tiegħek f’talba mal-Missier. Naraw trasformazzjoni f’Ġesù u fina permezz tat-talb. Ħa jkollok il-fiduċja u itlob.
  • Ukoll Ġeremija fl-ewwel qari kellu sitwazzjoni diffiċli fil-ħajja tiegħu, anke jekk permezz tal-fidi f’Alla u t-talb, in-nies xorta ċaħdu l-predikazzjoni tiegħu. Imma kompla bil-fidi f’Alla. Din il-fidi u t-talb għenuh biex jkunu ta’ sapport fil-mumenti ta’ diffikulta.
  • Forsi martri diretti f’pajjiżna ma nkunux…f’pajjiżna viċin forsi. Imma aħna nistgħu nissejjħu martri mingħajr demm – fis-sens l-għixien tal-ħajja b’ħafna distrazzjonijiet u tentazzjonijiet mbiegħdha minn Alla u l-Bxara t-Tajba.

Ejjew niftħu għajnejna u l-ewwel naraw x’inhuma dawk l-affarijiet jew min huma dawk il-persuni li jistgħu jeħdulna minn ħajjitna l-imħabba ta’ Ġesù.  U proprju minn dawn li rridu nibżgħu.

Mhux possibbli li nisimgħu din il-Kelma u nibqgħu f’postna ma niċċaqalqux, li nibqgħu mwaħħlin fid-drawwiet tagħna.  Il-Kelma timbuttana biex nirbħu l-egoiżmu li għandna f’qalbna biex nieħdu deċijoni u nimxu mal-Imgħallem li ta’ ħajtu għall-ħbieb tiegħu.  Imma hu l-Mulej li jibdilna bil-Kelma tiegħu; Hu jibdilna; Hu jaħfrilna kollox, jekk aħna niftħu qalbna u nitolbuh il-maħfra.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top