L-imħabba ta’ Kristu li toħroġ mid-definitions tagħna/mill-kaxxi tagħna –
Kristu ma jitkellimx “għax hekk suppost, għax dejjem hekk sar, għax hekk hemm miktub…” il-Mulej ma jitkellimx mir-riġidità tal-liġi imma mil-liġi tal-imħabba.
L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd – minflok keċċa lil midinba, laqagħha u aċċettaha flimkien mal-ġesti li bdiet tagħmel, ma bediex jiddubita minnha.
Aħna fil-ħajja tagħna kif qegħdin nakkumpanjaw lil dawn il-persuni li forsi qegħdin fid-dnub? Qegħdin niġġuddikawhom, nitkażaw bihom għax naħsbu bħal Xmun li aħna tajbin, aħna mudelli tal-qdusija?