it-tajjeb, is-sabiħ u l-għaref

Lent4.jpg

It-Tentazzjonijiet prinċipali tagħna l-bnedmin – fejn naħsbu li ser insiru Alla.

  1. Li t-tajjeb ifisser biss dak li jissodisfa l-bżonnijiet materjali tagħna: l-ikel, il-flus, il-propjetà, il-kumdità…u hawn ġejna utilitaristi – x’inhu tajjeb għax jissodisfani…affarijiet oħra le, għax ngħidu jkollna d-drittijiet umani, imma ma jkunux verament drittijiet umani. Rigward din l-ewwel tentazzjoni li l-ispirtu l-ħażin għamel lil Adam u Eva, hekk ukoll isib lil Ġesù fid-deżert… It-tentatur jipprova jbiegħed lil Ġesù mill-proġett tal-Misser, jiġifieri mit-triq tas-sagrifiċċju, tal-imħabba, li joffri lilu nnifsu bi tpattija; ried itih triq faċli, ta’ suċċess u poter.– ix-xitan ittantah: “L-aqwa li taqta’ l-ġuħ”…imma Ġesù jwieġbu: “mhux li tmanti biss lil ġisem, imma li dduq t-tjubija tal-qalb t’Alla”…x’ser nagħmlu kontra t-triq il-faċli?

 

  1. Li s-sabiħ ifisser biss dak li ‘jiġbed l-għajn’ minn barra u mhux ir-realtà ta’ ġewwa li ma tidhirx: is-superfiċjalità, il-gideb u l-ħajja doppja…Dan l-aħħar qed insegwi żgħażagħ li għandu cancer u tilef għajnejh – sabiħ minn barra le – imma minn ġewwa a beautiful soul. Ħafna paċi u serenità. U ħa naraw x’ġara f’Ġesù: l-aqwa kif tidher minn barra u mhux min int minn ġewwa. Ix-xitan ittantah u qallu biex jimmpressjonana lin-nies u jkun hemm spettaklu biex jemmnu fik, jammirawk u tibqa’ fuq wiċċ l-idejn…Imma Ġesù jurih li mhux il-glorja tiegħu qed ifittex imma li taqdi, twieżen lill-marid, il-batut, lid-dgħajjef. x’ser nagħmlu kontra t-triq tas-suċċess?

 

  1. Li l-għaref hu min ikun kapaċi jħaddem moħħu biex javvanza hu: nagħmlu kollox biss għal flus, għall-poter, għall-interessi personali, biex nikkmandaw u mhux biex naqdu. L-għerf mhux biex inżommu għalija imma biex naqsmu mal-oħrajn. U wkoll f’Ġesù – it-tentazzjoni li titla’ fil-quċċata tal-poster u li x-xitan qallu li Ġesù jsir ħakkiem fuq kull bniedem…imbasta tadurah…Imma Ġesù wieġbu li mhux ser ikun skjav tiegħu, u li bl-imħabba jirbaħ kollox.. x’ser nagħmlu kontra t-triq tal-poter?

 

Ġesù ma jiddjalogax ma’ Satana kif għamlet Eva fil-ġnien tal-Eden.  Ġesù jaf tajjeb li ma’ Satana ma tistx tiddjaloga għax moħħu jilħaqlu ħafna. Għaldaqstant minflok iddjaloga kif kienet għamlet Eva, jagħżel li jsib kenn fil-Kelma t’Alla u jwieġeb bil-qawwa ta’ din il-Kelma.  Niftakru dan: fil-waqt tat-tentazzjoni, tat-tentazzjonijiet tagħna, ebda argument ma’ Satana, imma dejjem imħarsin mill-Kelma t’Alla!. Kemm ser nagħtu każ tal-Kelma t’Alla dan ir-Randan – nisimgħuha, nixtarruha, nimmeditawha, nomgħodu, u npoġġuha fil-prattika.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top