Maxtura
Jista’ jkun li mhux veru twieled f’maxtura Ä esù – hija simbolu..it-twelid ta’ Ä esù sar fi stalla biex jistedinna naħsbu li Ä esù żgur ma twelidx f’xi katidral (m’hemmx paragun)…ma kellux inÄ‹ens ifuħ, anzi riħa ta’ annimali. Dan kollu jurina s-sempliÄ‹ità /radikalità ta’ din il-festa.
Imma l-maxtura hija ukoll dik li minna jieklu l-annimali…kellha funzjoni oħra – kienet tagħti l-ħajja lil dawk li kienu jieklu minna. U Ä esù f’diversi okkażjonijiet iqabbel lilu nnifsu bħala l-ħobż li jaqta’ l-Ä¡uħ u l-ilma li jaqta’ l-għatx…u għalhekk jekk l-għan prinÄ‹ipali ta’ Ä esù huwa li jagħti Ä¡ismu għalina, allura tagħmel sens li twieled f’maxtura. L-injam tal-maxtura u l-injam tas-salib għandhom l-istess għan f’dan il-pjan t’Alla.
Din il-festa (tal-inkarnazzjoni), Alla jidħol fid-dinja – isir wieħed minna. Xi jfisser dan? Li dak li huwa spiritwali m’huwiex kontra dak li huwa fiżiku/naturali (mhux kif kienu u forsi għad hawn min jaħseb hekk). Il-ġisem tagħna u d-dgħufijiet tagħna huma parti minn dan it-twelid ġdid fil-Mulej.
Dak li qegħdin niċċelebraw huwa l-ħajja tagħna – twelid mill-ġdid tagħna b’mod globali. Alla ma jinsabx biss fil-knejjes sbieħ u fil-postijiet indaf imma f’dawk is-sitwazzjonijiet
- fejn hemm riħa tinten,
- fejn hemm il-ġuħ,
- fejn hemm il-Ä¡lied,
- fejn hemm it-tbatija,
- fejn hemm il-biża’,
- fejn hemm il-firda,
- fejn hemm il-vizzji,
- fejn hemm il-mard,
- fejn hemm id-dlam
Alla li jitwieled fil-maxtura jurina li huwa Alla tal-Ä¡isem u Alla tar-ruħ, Alla tat-talb u Alla tal-azzjoni, Alla li jinsab fil-fqir u Alla li jinsab fis-sinjur, Alla li jinsab fid-djar tagħna u Alla li jinsab fil-knejjes, Alla li jinsab fl-ewkaristija u Alla li jinsab f’qalbek…
Dak tal-lukanda
Aħna fil-ħajja tagħna nistgħu nagħżlu li bħal tal-lukanda ngħidu m’hemmx post għalik fil-ħajja tiegħi… Ä ieli ngħiduha lil xulxin mingħajr ma nkunu nafu…
- Nista’ nagħżel li ma’ nagħtix ċans ieħor lil xi ħadd li jkun żbalja – ngħid LE.
- Nista’ nagħżel li ma nħobbx għax ma jinżillix, għax mhux kapaÄ‹i… ngħid LE.
- Nista’ nagħżel li ma nħallix lil Ä esù jitwieled fija, għax inqis dawn il-festi bħala ritwali, tradizzjoni u tieqaf hemm…ngħid LE.
- Nista’ nagħżel li nkompli nitkellem ħażin u nivvinta fuq l-oħrajn għax hekk inkun qed nuri kemm jien aħjar minnhom…ngħid LE.
Għandna għażla quddiemna – nkun bħal maxtura li tilqa’ u tagħti l-ħajja jew nagħmel bħal tal-lukanda li ngħid LE m’hemmx post…aħjar nibqa’ komdu kif jien…
fr. Terence Spiteri osa