Via Sagra
Augustinian Youths

L-ewwel Dulur ta’ Marija

Marija, Ġużeppi u t-tarbija Ġesù jaħarbu lejn l-Eġittu

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew (2:13-15)

Meta telqu l-Magi, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni’.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir Lilek Kristu

Riflessjoni

Flimkien ma’ Binha Ġesù Tarbija, Marija u żewġha San Ġużepp kellhom, għall-għarrieda, jaħarbu lejn l-Eġittu minħabba l-qilla u l-kefrija tas-Sultan Erodi. Il-Familja Mqaddsa tgħaddi mill-esperjenza ta’ refuġjati. Matul is-sekli, sal-ġurnata tal-lum, eluf ta’ eluf għaddew minn din l-esperjenza iebsa: li ma jkollokx saqaf fuq rasek, li tgħaddi mill-insigurta’ u l-perikli tal-vjaġġi, li taf li hemm min qed ifittixlek ħajtek, li trid iġġorr biss il-meħtieġ għall-ħajja, li tbati l-ġuħ u l-għatx, is-sħana u l-kesħa.

“Tassew ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti għamiltuh miegħi.” (Mt 25:40,45).

IrriflettiL-immigrazzjoni u r-refuġjati

  • Bħala tfajjel Ġesù stess għamel esperjenza ta’ refuġjat, skont il-Vanġelu, biex jeħles mit-tħeddid ta’ Erodi, hu kellu jaħrab lejn l-Eġittu ma Ġużeppi u Marija (Mt 2:14)   
  • Kif nistgħu ma nagħtux kas tal-immigrant u tar-refuġjat minuri bħala dawk li huma fost ‘l-iżgħar’? 

Litanija

Verġni Marija, li għaddejt mill-esperjenza iebsa tal-ħarba lejn l-Eġittu… idħol għalina.
Verġni Marija, li batejt it-tbatija tal-eżilju, ‘il bogħod minn art twelidek… idħol għalina.
Verġni Marija, li adattajt ruħek għall-kultura tal-pajjiż li ta kenn lilek, lil Ġesù u lil San Ġużepp… idħol għalina.
Verġni Marija, kun kenn għar-rifuġjati tad-dinja kollha… idħol għalina.
Verġni Marija, miss il-qalb tagħna biex nuru ospitalita’ lil dawk kollha li jfittxu kenn fostna… idħol għalina.

Nitolbu
Missierna…
Sliem…
Glorja…

Via Sagra
Augustinian Youths

It-Tieni Dulur ta’ Marija

Marija titlef lil binha Ġesù, u wara tlett ijiem ta’ dulur issibu fit-tempju

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa (2:41-52)

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh. Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, nstamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma?” U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?” Iżda kliemu ma fehmuhx. Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir Lilek Kristu

Riflessjoni

  • “Nistgħu nippruvaw innaqqsu t-tbatija, niġġieldu kontriha, imma ma nistgħu qatt inwarrbuha għal kollox… Il-fejqan iseħħ “bil-ħila tagħna li naċċettaw it-tbatija, nimmaturaw permezz tagħha, u nfittxu sens fiha permezz tal-għaqda tagħna ma’ Kristu Ġesù, li bata b’imħabba bla qjies għalina” (n.37).
  • “Soċjetà li ma għandhiex il-ħila taċċetta lill-membri tagħha li qegħdin ibatu u li ma tistax taqsam fl-uġigħ tagħhom u ġġorru minn ġewwa magħhom b’sens ta’ ‘kompassjoni’ hija soċjetà krudila u inumana”. (Spe Salvi, n.38)

“Soċjetà li ma għandhiex il-ħila taċċetta lill-membri tagħha li qegħdin ibatu u li ma tistax taqsam fl-uġigħ tagħhom u ġġorru minn ġewwa magħhom b’sens ta’ ‘kompassjoni’ hija soċjetà krudila u inumana”. (Spe Salvi, n.38)

Litanija

Verġni Marija, qawwi qalb dawk l-ommijiet li qed ibatu minħabba wliedhom…  idħol għalina.
Verġni Marija, itlob għal dawk il-ġenituri inkwetati minħabba l-imġieba tat-tfal tagħhom…  idħol għalina.
Verġni Marija, kun l-għajnuna u t-tama tal-familji li għaddejjin minn problemi u firda… idħol għalina.
Verġni Marija, wassal għand Ibnek Ġesù lil dawk li tilfu t-triq u jinsabu jgħixu fid-dnub… idħol għalina.
Verġni Marija, nitolbuk għal dawk l-Insara li qegħdin ibatu f’dawk il-pajjiżi fejn jinsabu f’minoranza assoluta, u fejn qed jiġu ppersegwitati… idħol għalina.

Nitolbu
Missierna…
Sliem…
Glorja…

Via Sagra
Augustinian Youths

It-Tielet Dulur ta’ Marija

Marija tiltaqa’ ma’ binha Ġesù iġorr is-salib fit-triq lejn il-Kalvarju

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa (23:26-31)

Huma u sejrin b’Gesu’ lejn il-Kalvarju, qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej lura mir-raba’, u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesù.Kotra kbira ta’ nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh.Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom.Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, ‘Hienja dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’!Mbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’, u lill-għoljiet, ‘Ordmuna!’Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?”
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir Lilek Kristu

Riflessjoni

Nimmaġinaw ftit dan ir-raba’ dulur kbir li għaddiet minnu l-Verġni Marija. Immaġinaw ftit kif infexxet tibki, qalbha maqsuma, meta ltaqgħet ma’ Ġesù li kien qed iġorr is-salib. Ġismu kien diġà ġerħa waħda, minħabba li kien ġie fflaġġellat bl-ikrah u mlibbes kuruna tax-xewk. Id-demm iċarċar ta’ Ġesù issa jiċċarċar fuq il-wiċċ ħlejju, l-idejn ġentili u l-libsa ta’ Marija.

Dulur tal-Verġni Marija fid-dawl tal-Ewwel Ittra ta’ San Pietru:
(Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu) (1 Pt 4:12-14.17-19)
Ħuti għeżież, tistagħġbux għax tinsabu fil-forġa qalila tan-nar, li ġiet fuqkom biex iġġarrabkom, bħallikieku ġratilkom xi ħaġa mhux tas-soltu. Imma ifirħu, għax b’hekk intom qegħdin tissieħbu fit-tbatijiet ta’ Kristu, biex aktar tifirħu u tithennew fid-dehra tal-glorja tiegħu. Jekk tkunu mkasbrin minħabba l-isem ta’ Kristu, henjin intom! Fuqkom għandkom l-Ispirtu tal-glorja, li hu l-Ispirtu ta’ Alla.
Għax issa wasal iż-żmien tal-ġudizzju, li jibda mid-dar ta’ Alla. U jekk l-ewwel jibda minna, kif sa jeħilsuha dawk li ma jridux joqogħdu għall-Evanġelju ta’ Alla? U jekk “il-ġust bilkemm isalva, x’se jsir mill-ħażin u mill-midneb?” Mela, dawk li jbatu skond ir-rieda ta’ Alla, għandhom iħallu ruħhom f’idejn il-Ħallieq tagħhom, li hu ta’ kelmtu, u jibqgħu jagħmlu t-tajjeb.

Mela, dawk li jbatu skond ir-rieda ta’ Alla, għandhom iħallu ruħhom f’idejn il-Ħallieq tagħhom, li hu ta’ kelmtu, u jibqgħu jagħmlu t-tajjeb.

Litanija

Verġni Marija, għin lil dawk l-ommijiet li qed iduru b’uliedhom morda…  idħol għalina.
Verġni Marija, ieqaf ma’ dawk l-ommijiet li b’ħafna ġenerożità u dedikazzjoni jieħdu ħsieb ta’ wliedhom li qed ibatu minn xi diżabilità…   idħol għalina.
Verġni Marija, sabbar dawk l-ommijiet li jakkumpanjaw lil uliedhom fit-triq tal-Kalvarju llum, għax qegħdin il-ħabs, jew minħabba l-vizzji tax-xorb, tad-droga u dnubiet oħra li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem…  idħol għalina.

Nitolbu
Missierna…
Sliem…
Glorja…

Scroll to Top