Min tgħidu li jien?

who-do-you-say-i-am_std_t_nv.jpg

Ġesù wkoll jagħmel survey żgħir …jistaqsi lil ta’ madwaru x’jaħsbu n-nies fuqu…u d-dixxipli jsibuha faċli u jgħidulu.

Imma Ġesù jdawwar d-domanda għal fuqhom personali. “Intom min tgħidu li jien? Mhux x’nagħmel, imma min jien għalikom?..Hija domanda għalihom, għalik u għalija..

Domanda diretta. Min hu Ġesù għalija konkretament f’ħajti? Mistoqsija qawwija – li ġieli nsaqsu f’relazzjonijiet – għaliex tħobbni lili? X’infisser għalik? X’inhu l-iskop vera ta’ ħajti? Għalfejn għażilt din it-tip ta’ ħajja? Għaliex qed nagħmel dawk l-għażliet partikolari?

Dan Ġesù, kemm nafu  verament u qegħdin nħalluh jittrasformana?

  • Mhux biss fuqu, imma dwaru
    • Kif jiddjaloga man-nies
    • L-valuri tiegħu
    • Fejn poġġa l-enfasi

Kif ser tiddeskrivi l-fidi tiegħek f’Ġesù, fl-lingwaġġ tal-lum? X’deskrizzjoni tati?

 

Tkun dixxiplu ta’ kuljum – full time u Kristu jsir ħajja, stil ta’ ħajja..

Leave a Comment

Scroll to Top