“Augustine Deformed: Love, Sin and Freedom in the Western Moral Tradition” huwa ktieb tal-professur John M. Rist, ippublikat fis-sena 2014 mill-Cambridge University Press.
Kif nafu, Wistin stabbilixxa qafas morali li ddominat l-kultura tal-Punent għal aktar minn elf sena. Fil-preżentazzjoni tiegħu, xi drabi parzjali, ta’ xi wħud mill-kunċetti ewlenin tal-morali (l-imħabba, ir-rieda u l-libertà), madankollu, xi ħassieba sussegwenti f’tentattivi biex issir tiswija ta’ dan il-qafas, u fl-isforzi tagħhom, ta’ spiss aggrava l-problemi li ħafna drabi ippruvaw isolvu. Maż-żmien, minħabba nuqqas ta’ sodisfazzjon f’din it-teoloġija agostinjana, li kienet imperfetta, is-sistemi morali dejjem aktar saru sekulari u eventwalment impersonali. Dan il-ktieb jipprova jsib dawn it-traċċi fid-distorsjoni tal-ħsieb ta’ Wistin u dan mill-seklu tnax sal-preżent u fejn l-awtur jeżamina reorganizzazzjoni konsegwenti ta’ dan kollu. John M. Rist jargumenta li filosofiji moderni għandhom jiġu rikonoxxuti li ma joffru l-ebda tweġiba konvinċenti għal mistoqsijiet dwar il-kundizzjoni umana u li twassal għal conventionalism jew nihilism. Sabiex jiġi evitat dan il-għan, l-awtur jipproponi ritorn għal dan il-kristjaneżmu agostinjan aġġornata u fejn jingħataw il-ħajja mill-ġdid lill-kunċetti orġinali tal-imħabba, tar-rieda u tal-libertà.