Intilfu u nstabu

315056-8-1263694473662-n600.jpg

Kemm ninkwetaw u nfittxu meta tintilef xi ħaġa u kemm iktar nifirħu u nikkalmaw meta nsibu dik il-ħaġa li nkunu tlifna.

Għandna 3 parabboli. Jekk inħarsu ftit lejhom nindunaw li t-tlett parabboli għandhom l-istess format. Xi ħadd kellu xi ħaġa, imbagħad tilef waħda minnhom, imbagħad sab dik il-ħaġa l-mitlufa, u kollha jiddeskrivu l-ferħ li kellhom meta sabu dak li nfilef.

3 parabboli

  • 99 + 1 = 100
  • 9 + 1 = 10
  • 1 + 1 = 2

U kollha biex jerġa’ lura għal dak li kellhom fil-bidu, u jerġgħu jsiru whole number. U kull darba kien hemm ċelebrazzjoni – kienet tkun ikla kbira u b’ħafna ikel u laħam, li kienu joqtlu iktar milli dak li nstab. Żgur mhux ekonomija tajba. Storja sabiħa, imma mhux dejjem taqbel mar-realtà

Fil-parabbola li tilfet il-munita, l-mara wkoll sejħet lil ħbiebha, u tifraħ magħhom li sabitha.  Probabiltà nefqet iktar mill-munità li tilfet u reġgħet sabet.

Fit-tielet parabbola wkoll kien hemm il-ferħ u l-festa ta’ li nstabet il-persuna. Filwaqt li fl-ewwel żewÄ¡ parabboli hemm aspetti materjali, fit-tielet waħda hemm il-bniedem li jkun mitluf u jerÄ¡a’ lura.

Meta tħossok mitluf, dawn il-parabboli jagħmlulek kuraġġ għax tara li Alla qed jfittxek u jagħmel effort kbir biex terġa’ tinstab.

Min qiegħed fl-inkwiet, dak li huwa neċessarju bħala l-ewwel pass huwa li taċċetta din l-imħabba gratwita u li tħalli lil Alla jgħannqek miegħu fl-idejn tiegħu mimlijin mħabba.

 Dawk li għandhom bżonn ta’ fejqan u maħfra, naraw f’dawn il-parobolli l-fejqan u l-ħniena.U għalhekk hawnhekk għandna l-istampa tal-mħabba u l-ħniena li l-Mulej Ġesù għandu għal dawk li ntilfu. Tfakkarna wkoll kemm għandna nkunu grati lejn l-ħniena li ingħatat lilna b’xejn.

Naraw kemm Alla jinteressaħ minn kull persuna – minn kull sitwazzjoni li għaddej, anke jekk mitluf. Ġesù li sar bniedem fid-dinja biex jfittex u jsalva lil miftlufin.  Alla tinteressaħ kull ruħ. U nindunaw ukoll l-biċċa xogħol u l-effort u l-flus li nefqu li ħadu biex jfittxu dan kollu, (ħin, mixi, żejt/dawl, etc) imma għall-imħabba tal-wieħed, jagħmlu dan l-isforz.  L-imħabba t’Alla hija dejjem hemm għalik. Mhux importanti int min int jew xi dnubiet gravi li għamilt, għaliex l-imħabba t’Alla hija dejjem hemm għalik.

Naraw ukoll fit-tlett parabboli li kienu konxji li intilfet dik il-waħda, u moħħu kien hemm. Kienu ddedikati għal dak kollu, u wkoll biex jfittxu dak li ntilef. Naraw dak iż-żelu għal affarijiet.

Naraw ukoll il-ferħ kbir li jkun hemm – hekk jiġri kull darba li jkun hemm persuna li tersaq għas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni. Ikun hemm ferħ kbir.

Fl-istess ħin naraw ir-riskju li jieħu li jew jinsterqu d-99 ngħaġa jew jintilfu d-9 l-oħra jew l-1..imma Ġesù jagħti każ ta’ dawk li huma djgħajfa u jħarishom għaliex dawk li jinsabu b’saħħithom jistgħu jiddefendu lilhom infushom, imma dawk li ma jistgħux, ikunu aktar dgħajfa u jħossuhom fraġli u vulnerabli.

Issa jkun ta’ benefiċju li tikteb dawk il-kwalitajiet li inti ssib bħala importanti f’kull wieħed/waħda li kien qed jfittex. U dawn il-kwalitajiet jgħinuk tiddefenixxi r-relazzjoni tiegħek ma’ Alla.  Hija l-imħabba li dejjem tfittex u taħfer. Għalhekk ilqa’ u għannaq din l-imħabba u imxi lil hemm minn dnubitek. Ġesù huwa Alla ta’ ħniena, Alla ta’ maħfra, u Alla bi mħabba infinita.

fr. David Cortis osa

 

Leave a Comment

Scroll to Top