Għażiż Ġesù,
għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.
Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek.
Idħol ġewwa fija u
ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien,
b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss.
Iddi minn ġo fija,
kun ġo fija b’mod li
kull persuna li niġi f’kuntatt magħha
tħoss fija l-preżenza tiegħek.
Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili,
imma lilek biss!
Ibqa’ miegħi,
ħalli nsir niddi bħalma tiddi inti;
ħalli b’hekk insir dawl għall-oħrajn.
Id-dawl, o Ġesù, ikun ġej kollu minnek,
xejn ma jkun tiegħi.
Tkun inti li tiddi fuq l-oħrajn permezz tiegħi.
Għalhekk,
ħallini nfaħħrek bil-mod kif inti tħobb l-aktar:
billi niddi fuq dawk ta’ madwari.
Ħallini nxandrek bla ma nitkellem,
mhux bil-kliem, imma bl-eżempju tiegħi,
bil-forza qawwija ta’ dak li jiena nwettaq,
bix-xhieda ċara tal-imħabba li f’qalbi tfawwar għalik. Amen.
Il-Beatu John Henry Newman