Min hu l-umli?
Il-profeta Sofonija qiegħed jikteb ftit qabel riforma (bidla mir-Re Ä ożija) u matul dan iż-żmien kien hemm diversi azzjonijiet moralment ħżiena bħal korruzzjoni, inÄ¡ustizzji, abbużi tal-poter eÄ‹Ä‹… huma kollha sitwazzjonijiet li ngħaddu minnhom illum il-Ä¡urnata fil-ħajja tagħna…esperjenzi diffiÄ‹li u li jħallu marka fil-ħajja tagħna.
Illum il-profeta Sofonija qiegħed iħeÄ¡Ä¡iÄ¡na biex infittxu l-ewwel u qabel kollox lil Mulej… hekk jibda l-qari tal-lum: fittxu lill-Mulej ilkoll.. U jien kif qiegħed infittex lill-Mulej? Qiegħed naħdem għall-Ä¡ustizzja u l-paÄ‹i fejn inkun?
Dan kollu nerÄ¡għu nisimgħuh fl-EvanÄ¡elju. San Mattew f’din is-silta jippreżentalna l-beatitudnijiet (forsi kemm-il darba smajniehom u forsi nafuhom bl-amment ukoll). Ä esù li jitla fuq il-muntanja, joqgħod bilqiegħda u jibda jgħallem (allużjoni għal Mosè)
x’inhu l-inhu l-iskop ta’ dawn il-beatitudnijiet?
- Iqajmu xewqa għall-ferħ
- Isemmu s-sitwazzjoni preżenti
- Jipproponu attitudnijiet u azzjonijiet li jgħinu għal-ferħ veru.
Ä esù li jridna lkoll ferħanin, lkoll kuntenti u hienja. U dan jagħmlu bl-imħabba tiegĦu fil-ħajja tagħna.
Fil-beatitudnijiet Ä esù qiegħed jipproponi xi ħaÄ¡a li taqleb il-mod ta’ kif naħsbu. F’għajnejna jistgħu jidhru bla sens għax dawk li qegħdin jitilfu ser ikunu ferħanin. Jipproponi l-faqar fl-ispirtu, l-imnikkta, qalbhom ħelwa, dawk bil-Ä¡uħ u l-għatx tal-Ä¡ustizzja, dawk li jħennu, li jÄ¡ibu l-paÄ‹i, li huma ppersegwitati..
Status quo?
Dan l-impenn tal-Mulej qrib il-foqra, jagħmilhom protagonisti u mhux imwarrbin bħalma tqishom id-dinja. Hawnhekk Ä esù qiegħed iwassal ukoll messaÄ¡Ä¡ lir-Rejiet u l-kapijiet li l-irwol tagħhom kien li jaqbżu għal foqra, romol, orfni u dawk kollha li ma kellhomx biex jiddefendu lilhom infushom.
F’dak iż-żmien it-tifsira u r-responsabiltà tar-Re kienet li jaqbeż u jiġġieled għal dawn il-persuni u mhux li jirrispetta l-status quo. Jien bħala persuna li b’xi mod jew ieħor qiegħed fit-tmexxija: tal-familja, fuq il-post tax-xogħol, f’xi għaqda jew grupp eċċ kif qiegħed naqbeż għal dawn il-persuni, kif qiegħed inkun ta’ leħen għalihom?
Ejjew nieqfu ftit fuq dawn il-beatitudnijiet u nirriflettu kif għexnihom jew qegħdin ngħixuhom fil-ħajja tagħna:
- Meta kont fqir sirt iktar konxju tal-bżonn t’Alla fil-ħajja tiegħek. Esperjenzi li għaddejt minnhom u ħallewk fqir…
- Meta kont imnikket, ħassejt u fhimt iktar lil oħrajn.
- Rattab qalbek u ppruvajt tifhem iktar lil persuna l-oħra
- Tħabatt u tkellimt kontra l-inġustizzja.
- Kont ħanin u ħfirt lil ħaddieħor, anke għax għixt l-esperjenza tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni
- Kont koerenti fi kliemek u fl-azzjonijiet tiegħek, mhux tgħid ħaġa u tagħmel oħra.
- Fittixt il-paÄ‹i tal-qalb u l-paÄ‹i mal-oħrajn; fil-familja, fid-dinja…
- Meta kien hemm min ipprova jwaqqa’ għaċ-ċajt il-valuri u t-twemmin tiegħek.
- Meta qlajt tgħajjira minħabba dak li temmen fih.
fr. Terence Spiteri osa