jisimni Pawlu!

82de2f8b342c8ec2fd9f87d9d1dc3652

Kif nista’ nkun Pawlu ieħor?

1 Qari

l-esperjenza ta’ Pawlu fil-vjaÄ¡Ä¡ tiegħu lejn Malta turina dak li jgħid l-awtur tal-Ktieb tal-Għerf – int uerjt li tista’ tħarsu minn kull tiÄ¡rif….

fil-ħajja tagħna ngħaddu minn diversi maltemp… ngħidu aħna il-baħar imqalleb bħalma kien fil-każ ta’ S. Pawl imma il-Mulej illum qiegħed jgħidilna jiena nħarsek minn kull tiÄ¡rif… kien hemm xi drabi fejn ħassejt li kont għaddej mill-maltemp fil-ħajja imma l-Mulej ħarsek u ħelsek…

Vanġelju

Xandir

  1. Mark jippreżentalna paÄ¡na sabiħa u ta’ sfida għalina lkoll… Ä esu’ qiegħed jitkellem mal-Ħdax biex imorru u jxandru l-bxara t-tajba.. u dan qabel ma’ jitla fis-sema u jħallihom waħedhom fiżikament… imma hu jwegħdhom li ser jibqa’ magħhom… ser jaħdem magħhom… kemm inħoss li l-Mulej qiegħed miegħi meta nitkellem f’ismu? Dan jagħmilli kuraÄ¡Ä¡ kbir, meta nsib ruħi f’diffikulta’ ma’ sħabi, fuq il-post tax-xogħol fuq issues li mhux faÄ‹li turi x’temmen…imma S. Pawl kien lest li jieħu dak ir-riskju għax ngħix, mhux jien imma jgħix fija Kristu… (Gal 2,20)

Qalilhom u jgħid lilna llum – morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba lill-ħolqien kollu….kif qiegħed inkun xandar fil-ħajja tiegħi? Kif qiegħed inkun ‘Pawlu’ ieħor… Pawlu dak ir-raÄ¡el li ma ddejjaqx jitkellem fejn kien hemm l-affarijiet li ma kienux sejrin sew… jekk naqbdu l-ittri tiegħu nirrealizzaw li daħal b’ruħu u Ä¡ismu biex jitkellem kontra l-idolatrija, nuqqas ta’ karita’, għixien żbaljat…

Punto, virgola

Il-Mulej fil-VanÄ¡elu jistedinna biex inxandru u nkunu dixxipli tiegħu f’ismu…lkoll kemm aħna nxandru u nuru l-fidi tagħna, f’diversi sitwazzjonijiet… imma l-fidi tiegħi kif qiegħed ngħixha? Kollox eżatt? Quddiesa l-ħadd biss għax hekk obbligat jew nimpenja lili nnifsi iktar minn hekk.. ma nieqafx mal-punto e virgola? S. Pawl ta ħajtu kollha lil Alla, mhux biss kemm jaqbillu jew ma’ xi kategorija ta’ nies partikolari imma tkellem u wassal dan il-messaÄ¡Ä¡ ta’ Kristu ma’ kulħadd… il-vjaÄ¡Ä¡i li għamel jixhdu dan kollu, il-komunitajiet li għalihom kiteb kien kollha differenti minn xulxin u f’postijiet differenti.

Kemm qiegħed nagħmel sforz biex din il-fidi li ġabilna S. Pawl tibqa’ tikber u tinxtered f’Malta u barra minn xuxtna, mal-maltin u anke ma’ dawk li bħal S. Pawl isibu ruħhom fuq il-gżira tagħna minħabba sitwazzjonijiet tal-pajjiżi fejn kienu?

fr. Terence Spiteri osa

Leave a Comment

Scroll to Top