X’qed itaqqalna fil-ħajja?

8769iDA91D7B88A5B3822.jpgX’qed itaqqalna fil-ħajja? X’qed jagħmilna skjavi?

  • Forsi kif qiegħda tinbidel is-soċjetà
  • X’valuri għandna llum
  • Il-fejn sejrin fil-ħajja tagħna u fis-soċjetà li qegħdin ngħixu
  • X’irridu mill-ħajja – nuqqas ta’ sodisfazzjoni fil-ħajja
  • Frustrazzjoni
  • Kundizzjonijiet ibsin tal-ħajja
  • Il-faqar fid-dinja
  • Nies għajjenin, aljenati
  • Mifnija taħt it-toqol tat-telqa u l-indifferenza (indifferenza tal-bnedmin u indifferenza tal-insara)
  • Toqol ta’ struttura ekonomika li drabi tabbuża mill-bniedem
  • Skjavi
    • Tal-idea tagħna mingħajr ma nisimgħu u nħallu qalbna għal ideat differenti
    • Tal-mobiles (li kważi sirna dipendenti fuqhom)
    • Ta’ lifestyles short-term

Fejn ser inserħu l-qalb tagħna? Ma min ser nitkellmu?

«Ejjew għandi, intom ilkoll». 

Jgħidu wkoll lil dawk li għandhom kollox, imma li għandhom qalbhom vojta għax fiha m’hemmx Alla.

“Ejjew għandi”.  L-istedina ta’ Ġesù hi għal kulħadd.

Meta Ġesù jgħid dan, għandu quddiem għajnejh lill-persuni kollha li jiltaqa’ magħhom kull jum fit-toroq tal-Galilija: ħafna nies komuni, fqar, morda, midinbin, emarġinati… Dan-nies dejjem marru għandu biex jisimgħu l-kelma tiegħu – kelma li kienet tagħti t-tama!  Kliem Ġesù dejjem jagħti t-tama!

Għalhekk aspett importanti mill-ministeru ta’ Ġesù huwa li jeħles lin-nies milli jifhmu r-reliġjon bħala xi ħaġa legalista, u jintroduċihom għal fidi immarkata mill-ĦELSIEN u mill-IMĦABBA.  Ġesù li jagħtina l-ħelsien. Alla tagħna huwa Alla tal-libertà. Huwa aktar affarijiet oħra li ma humiex qed jagħtuna l-libertà, u qegħdin jaqqsu u jtaqqluna.

Fejn qegħdin f’dan il-vjaġġ?  Min għenna u kien ‘Ġesù ieħor’ biex nsibu l-ħelsien, il-ferħ u l-mistrieħ fil-fidi tagħna?

Għalhekk ma nkunux ta’ toqol għal oħrajn bil-ġudizzji tagħna, bil-kritika distruttiva tagħna u l-indifferenza tagħna, imma nkunu ta’ għajnuna, ta’ akkumpanjament. Nagħtu xhieda tal-ħajja tagħna. Nsiru serħan għall-dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna, il-ħlewwa u t-tama.

Huwa dejjem il-Mulej li jagħtina l-veru ħelsien. Qabel kollox ninħelsu  mid-dnub, mill-egoiżmu fil-forom kollha tiegħu:  dan il-ħelsien iwassalna biex ningħataw għall-oħrajn u  dan nagħmluh bil-ferħ. Il-ħelsien tagħha f’Alla ssarraf  f’imħabba. Dan hu l-ħelsien li  Alla jagħtina  u jeħtieġ li ma nitilfuhx: il-ħelsien li naduraw lil Alla, li naqdu lil Alla u li naqduh ukoll f’ħutna l-bnedmin.

fr. David Cortis osa

Leave a Comment

Scroll to Top