Nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018, ġie magħżul is-66 Provinċjal tal-Provinċja Agostinjana Maltija wara li matul dawn l-aħħar tliet xhur, ir-reliġjużi agostinjani maltin, filwaqt li qiegħdin jipreparaw għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja, waqt din l-istess preparazjoni saru żewġ votazzjonijiet biex jinħatar il-provinċjal il-ġdid. Dan ix-xogħol isir kull erba’ snin. Bħalissa, diversi laqgħat qiegħdin isiru bi tħejjija għal dan il-Kapitlu importanti fil-ħajja tagħna r-reliġjużi agostinjani f’Malta.
Patri Leslie jieħu l-inkarigu ta’ din il-missjoni l-Ä¡dida fil-Kapitlu tal-ProvinÄ‹ja ta’ Malta li ser jibda fl-4 ta’ April li Ä¡ej. Dakinhar huwa jissuÄ‹Ä‹edi lill-ProvinÄ‹jal preżenti, Patri Raymond Francalanza li bi mħabba u b’dedikazzjoni kbira qeda fis-snin li għaddew.
Patri Leslie twieled fl-1978 u tgħammed fil-ParroÄ‹Ä‹a ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Fis-sena 2000 beda s-sena tan-Novizzjat fl-Ordni ta’ Santu Wistin fl-Italja u sena wara għamel l-ewwel professjoni fl-Ordni Agostinjan. Fis-sena 2005 kien ordnat saÄ‹erdot fil-Konkatidral ta’ San Ä wann mill-E.T. Mons. Ä użeppi Mercieca. Studja l-lingwa Maltija, il-Filosofija u t-Teologija fl-Università ta’ Malta u wara kompla l-istudju ta’ speÄ‹jaliżżazzjoni tiegħu fil-pastorali maż-żgħażagħ u l-kateketika fl-Università PontifiÄ‹ja Salesjana f’Ruma.
Lura Malta, P. Leslie ħadem fil-Komunità tar-Rabat, fil-formazzjoni u l-ħidma maż-żgħażagħ u fil-KulleÄ¡Ä¡ Santu Wistin f’Tal-Pieta u l-Marsa, fejn għadu jaħdem sal-lum bħala Rettur tal-KulleÄ¡Ä¡. Il-Mulej ibierek lil P. Leslie f’din il-missjoni Ä¡dida li l-ProvinÄ‹ja qiegħda tpoÄ¡Ä¡i f’idejh. Nitolbu lil Alla għalih u kif ukoll għall-ProvinÄ‹ja Agostinjana Maltija f’dan il-mument għażiż ta’ mixja l-quddiem għall-qadi ta’ dawk kollha li magħhom naqsmu ħajjitna.
Aħna r-reliÄ¡jużi agostinjani maltin nirringrazzjaw lil Patri Raymond Francalanza tas-servizz li ta mill-qalb lill-ProvinÄ‹ja Agostinjana u lill-Knisja f’Malta.
Â
Â