Kard. P. Prospero Grech, Agostinjan
           Mill-qari tal-EvanÄ¡elju nafu li Ä esù kien kollu ħniena mal-midinbin u l-morda, imma l-Fariżej ma tantx kienu jinżlulu. Għaliex? Dawn kienu meqjusin bħala qaddisa mill-poplu; kienu mhux biss iżommu l-kmandamenti ta’Alla imma wkoll 613-il preÄ‹ett ieħor li kellhom x’jaqsmu mal-ikel u ħwejjeÄ¡ oħra. Imma l-Fariżew spiss kien mimli bih innifsu; kien jaħseb li qiegħed jagħmel rigal lil Alla bl-osservanzi tiegħu. Mhux biss, imma kien marbut b’tant kmandamenti li biex jikseb xi ftit libertà kien jgħawweÄ¡ il-liÄ¡i kif kien jaqbillu. Hu Ä‹ar li mhux il-Fariżej kollha kienu hekk, imma l-fariżeiżmu nnifsu kien iħajrek għal din il-qagħda.
           San Pawl kien Fariżew qabel ma deherlu Kristu, u dejjem baqa’ josserva l-liġi ta’ Mosè. Imma issa, fid-dawl tar-rivelazzjoni, fiehem li l-bniedem isir ġust, jiġifieri jkollu relazzjoni ma’ Alla kif jixraq, biss bħala don mingħand il-Missier, permezz tas-sagrificcju ta’ Kristu fuq is-salib. Fiehem ukoll li l-bniedem dgħajjef, minħabba l-waqgħa ta’Adam, u li ma jistax iżomm il-kmandamenti ta’ Alla mingħajr l-għajnuna tal-grazzja tal-Ispirtu s-Santu li tagħtih il-qawwa fil-volontà biex jagħmel it-tajjeb u jegħleb il-konkupixxenza li wiret mingħand Adam (Rom 7-8).
           It-tagħlim ta’ Pawlu ma setax ħlief joħloq problemi: jekk il-bniedem ma jistax jagħmel it-tajjeb mingħajr il-grazzja, kif jista’ jgħid li għandu volontà ħielsa? X’mertu għandu? Difatti, xi ħamsin sena wara mewt Pawlu bdew jidhru setet anjostiċi li sostnew li ċerti bniedmin jitwieldu spritwali, u jagħmlu x’jagħmlu jsalvaw, oħrajn materjali, u għal dawn ma hemmx tama, oħrajn fin-nofs, mistednin iqumu mir-raqda tagħhom biex jagħrfu n-natura divina tagħhom infushom.
           Naturalment dan it-tagħlim innega l-libertà tal-volontà umana u għalhekk il-Padri tal-Knisja qamu kontra tiegħu, speċjalment Ireneus ta’ Lyon, Origene u Tertulljan. Dawna ma caħdux il-grazzja ta’ Alla, Origen isejħilha providenza, imma l-aċċent fuq il-libertà forsi wassal, fit-tmien tar-raba’ seklu, għat-teoloġija ta’ Pelaġju.
           Dan u d-dixxipli tiegħu qalu li d-dnub ta’ Adam għamel ħażin biss lilu, kien biss eżempju ħażin għal nislu. Il-bniedem jista’ josserva l-liÄ¡i ta’ Alla bil-qawwa tar-rieda tiegħu, ma kellux bżonn ta’ grazzja interna, basta l-eżempju tajjeb li tana Ä esù Kristu li miet fuq is-salib, u ftit ta’ eżortazzjoni.
           Santu Wistin irvella kontra tagħlim bħal dan. Lewwel nett għax mill-esperjenza tat-taqbida morali li kien ħass f’ħajtu nnifsu ħass li qatt ma seta’ jasal għall-konverżjoni mingħajr l-għajnuna ta’ Alla li illuminatlu moħħu u għenitu biex jirbaħ ir-rieda dgħajfa tiegħu. Infatti, il-ktieb tal-Konfessjonijiet mhux ħaġ’oħra minn innu għall-grazzja ta’ Alla u għall-imħabba li biha qajmu l-Mulej mill-waqgħat kollha tiegħu. U wkoll jekk il-mixja tiegħu seta’ jqegħidha fuq it-tħeġġiġ ta’ommu Monika, din innifisha kienet grazzja.
           Imma Santu Wistin reġa’ qara sewwa l-Ittri ta’ San Pawl lill-Galatin u lir-Rumani u ntebaħ li d-duttrina ta’ Pelaġju ma kinitx haġ’oħra mhux ħlief forma ġdida ta’ dak li kien ikkumbatta Pawlu fi żmienu. Għalhekk kellu jistudja aktar fil-fond it-tagħlim tal-Bibbja u tal-Knisja fuq ir-redenzjoni li ġabilna Kristu fuq is-salib u fuq id-duttrina tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fir-ruħ. Fiehem li aħna nirċievu kulma għandna minn Alla għax dgħajfin wisq biex nistgħu nagħtuh xi ħaġa. U kull don ta’ Alla kien meqjus għal kull bniedem mill-eternità .
           Allura fejn tispiÄ‹Ä‹a l-libertà tal-bniedem? Ħafna ħaduha kontra Santu Wistin fuq il-problema tal-libertà u tal-predestinazzjoni; imma dan il-qaddis u teologu dejjem insista li anki taħt il-grazzja, il-bniedem dejjem jibqa’ ħieles li jgħid iva jew le lil Alla. Il-bniedem huwa liberu li jagħmel il-ħażin u t-tajjeb, imma biex jitla’ t-telgħa tat-tajjeb ma jagħmilhiex waħdu mingħajr li Alla jimbuttah, għalkemm għandu jisforza biex jimxi b’riÄ¡lejh stess. Il-merti li jaqla’ b’dil-mixja mhux ħlief don ta’ Alla. Ħajtu għandha tkun biss innu ta’ ringrazzjament!   Â