Il-Pedagogija fi ħsieb Santu Wistin

Min hu mitħla tal-storja u ħajjet il-qaddis ta’ Ippona jaf tajjeb li qabel il-konverżjoni tiegħu kien għalliem tal-arti tal-kelma jiġifieri l-oratorja jew ir-rettorika.  Kif insibu fil-ktieb ta’ l-Istqarrijiet’ f’mument partikolari tal-ħajja tiegħu huwa telaq min Kartaġni bil-moħbi ta’ Ommu Monika, lejn Ruma u aktar tard lejn Milan.  L-għan tiegħu kien li jitgħallem u jgħallem din il-famuza arti tal-kelma. 

Dan l-episodju li jitkellem Wistin ta’ Ippona dwaru ipoġġina f’kuntest ta’ tagħlim u ta’ formazzjoni ta’ persuni f’arti partikulari. Dan iġib miegħu ukoll metodoi jew aħjar metodoloġiji ta’ kif wieħed jgħallem, teknika li l-għalliem għandu jitħareġ fiha sabiex it-tagħlim ikun effettiv u jilħaq l-student.  F’kelma waħda il-Pedagogija jew aħjar l-arti tat-tgħalim. 

 

Għalkemm fil-kitbiet ta’ San Wistin ma nsibux xogħol jew xogħolijiet speċifici li jitkellem fuq l-arti tat-tagħlim, mill-kitbiet tiegħu xorta nistgħu nisiltu aspetti tal-pedagogija li jekk nifluhom bir-reqqa nintebħu li għadhom validi sal-ġurnata tal-lum.  Waħda minn dawn ix-xogħolijiet ta’ Wistin hija l-opra De Catechizandis Rudibus (On the Cathechising of the Uninstructed) li kitibha madwar is-sena 400 W.K.  F’din l-opra Wistin iwieġeb lil wieħed presbiteru minn Kartagni, bl-isem ta’ Deogratias li jitolbu jagħtih instruzjonijiet dwar kif jgħin lil dawk li jkunu qed iħejju ruħhom sabiex jirċievu l-magħmudija (katekumeni).  Interessanti li Wistin fil-bidu ta’ din l-opra jagħti istruzjonijiet lil Deograzias u jgħidlu; “this kind of duty may be discharged not only in a settled method and an apt order, but without tediousness, and in a spirit of cheerfulness” (ibid).  Hawn naraw lil Wistin diġa jindika l-impotanza li l-għalliem għandu jkun intiż (apt order) jġifieri mgħarraf sewwa fil-qasam partikulari tal-materja li ser jgħallem, b’metodoloġija adattata (settled method), mingħajr ma jkun tedjanti (without tediousness) għall-studenti tiegħu u fi spirtu ferrieħ (spirit of cheerfulness)

 

Wistin jindika erba aspetti mportanti tal-pedagoġija. Infatti sabiex wieħed iwassal tagħrif, mhux biżżejjed li wieħed ikun espert fil-qasam partikulari, jżda jkun espert ukoll fil-mod kif iwassal dak il-kontenut lil oħrajn, li tkun ordnata, pass wara l-ieħor, tibda min dak li hu faċli għal dak li hu kompless, b’certu sens ta’ ordni.  Importanti wkoll, igħid Wistin, li dan il-kontenut ikun spjegat b’lingwaġġ l’inqas komplikat u l’inqas pedanti, sabix ma jitnaqqasx ir-ritmu tal-interess ta’ l-istudenti fil-materja studjata.  U fl-aħħar, li r-relazzjoni bejn l-għalliem u l-situdent tkun waħda serena u ferrieħa sabiex b’hekk t-tagħlim u l-interess fis-suġġett mgħallem ikun wieħed pożittiv.  Għal Wistin li l-għalliem ikun għaref (knowledgable) fil-qasam tax-xjenza tiegħu hija xi ħaġa min ewl id-dinja.  Dak li jgħodd, huwa l-mod kif dak il-għerf ser jitwassal li min għadu qiegħed jiskoprih sabiex inissel kurżita u bħala riżultat aktar tfittix:  “What requires the greatest consideration is the means by which it is taught” (Ibid; 2:4).  Infatti fil-pedagoġija kontemporanja l-importanza tal-Metodoloġija u d-Didattika, hija li tnissel motivazjoni, tqanqal kurżita fl-istudent sabiex ikompli jistħareġ u jfittex aktar dwar dak li jkun qed jitgħallem dwaru. Infatti fil-ktieb tal-Konfessjonijiet Wistin jgħid: “…for Your Truth is not mine nor his nor hers, but belongs to all of us whom you call to share it in communion with others,” (Confessiones; 12: 25-34).

 

Għal Wistin, l-Għerf u l-skoperta tiegħu huma patrimonju ta’ kull persuna.  Huwa ġid li Alla ta’ lill-umanita kollha sabiex hija tikber, tiżviluppa u tiskopri dejjem modi ġodda ta kif ittejjeb l-avanz tagħha għall-ġid ta’ l-umanità.  Wistin għandu kliem pjuttost iebes għall-dawk li jagħmlu pussess assolut ta’ l-Għerf u t-tagħlim: “…for anyone who appropriates what you provide for all to enjoy, and claim as his own what belongs to all, is cast out from this commonwealth…” (Confessiones; 12: 25-34)  Il-prinċipju tal-Ġid Komuni għal Wistin kien qawwi ħafna.  Kull ġid, mhux biss dak materjali, jżda anki l-għerf frott tar-riċerka u l-studju, huma ġid li jappartjeni lill umanita’ kollha: “for truth is neither mine nor yours, so that it can be yours and mine” (ibid.) L-isqof ta’ Ippona jisħaq li ħadd ma għandu dritt li b’xi mod iżomm u jagħmel tiegħu dak li huwa ta’ kulħadd.  Dan il-valur tal-ġid li jappartjeni lil kulħadd, jifforma parti integrali mit-tagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika u  huwa wieħed mill-pilastri tas-sistema Edukattiva Kattolika.  Huwa dmir u dritt ta’ kull persuna li tfittex u tikber fil-għerf għal ġid u l-avanż tagħha nfisha u tas-soċjetà ta’ madwara.  Infatti fid-dokumenti tal-Knisja Kattolika dwar l-edukazzjoni nsibu: “Education is not given for the purpose of gaining power but as an aid towards a fuller understanding of, and communion with man, events and things…it is a call to serve and to be responsible for others” (The Catholic School; no. 56).

  

F’dinja mmexxija mill-prinċipji tas-suq, fejn dak li jgħodd huwa dak li jgħin lill-ekonomija sabiex tiġġenera  suppost aktar ġid, ħafna drabi huwa f’konflitt qawwi mal-prinċipju tal-Ġid Komuni kif iħares lejh Wistin ta’ Ippona u anki l-Knisja.  Il-prinċipji tas-suq mhux dejjem iħarsu lejn il-persuna fis-sħuħija tagħha.  Ħafna drabi l-valur tal-persuna huwa kbir jew żgħir daqs kemm wieħed jiflaħ ikun ta’ għajnuna għal-esiġenzi tas-suq.  Wistin jgħidilna f’waħda mill-ittri tiegħu “nobody is able to lift someone else up to their level, if they cannot in some sense descend and put themselves in the situation of the other” (Epistulae; 11:4).  Għalhekk tisħaq il-knisja li l-ġid iġġenerat mill-qawwa tas-suq irid ikunu msejjes tajjeb fuq prinipji etiċi u mibnija f’qafas legali li jħares id-dinjita u l-progress ta’ kull persuna, ħadd eskluż, b’mod speċjali ta’ dawk l-aktar vurnerabli. Jekk noftmu l-progress u l-ġid tas-soċjetà mill-prinċipju li dak il-ġid jappartieni lil kull bniedem, allura nkunu  qed nippartiċipaw fil-ħolqien ta’ soċjetà nġusta u disumana.  L-oppost ta’ dak li għalih jistedinna Wistin ta’ Ippona, li l-ewwel irrid immis l-polz ta’ hija fil-bżonn sabiex jirnexxieli ntellgħu għad-dinjita li hija tiegħu bi dritt (ibid).

 

Protagonist importanti fis-sistema edukativa, minbarra l-student hemm ukoll l-għalliem.  Anki hawn Wistin għandu x’jgħidilna.  Huwa jistqarr li jeżistu tliet tipi ta’ għalliema.  Dawk li hu jsejħilhom “Papagalli” u “Ħallelin” għaliex ma jagħmlu xejn ħlief jisirqu u jirrepetu dak li qal u kiteb ħaddieħor, għalliema li jindikawlek it-triq iżda huma stess qiegħdin mwaħħlin mingħajr ma jagħmlu progress u dawk li ħajjithom u l-entużjażmu tagħhom iqanqal fik interess u jimbuttak biex issegwi l-passi tagħhom (De Doctrine Christiana; 4:29-61).  Ikompli jgħid Wistin: “If you are not blessed with great eloquence, at least make your manner of life an eloquent speech” (ibid.)  Ħsieb li jirrepeti ruħu kontinwament fid-dokumenti kollha tal-Knisja Kattolika dwar l-Edukazzjoni “The teacher…is not simply a professional person who systematically transmits a body of knowledge in the context of a school: “teacher” is to be understood as “educator” – one who helps to form human persons” (Lay Catholics in Schools: Witness to Faith; no. 16).  Huwa dan li jagħmel mill-professjoni ta’ għalliem Sejħa, għax kif jgħidilna Wistin “Consider yourself happy not because you exercise authority over those for whom you are responsible, but rather because you have been given the opportunity of serving them with love” (Regula; 7: 3).

 

Din il-pedagogija dejjem iddistingwiet ruħa fil-ħajja u t-tmexxija ta’ universitajjiet, kulleġġi u skejjel, mxerdin b’mod speċjali fl-Ewropa, l-Statai Uniti u l-Amerika Latina li jaqgħu taħt ir-responsabilita tar-reliġjużi agostinjani.  Anki f’Malta sa mill-1848, sew qabel l-introduzjoni tas-sistema edukattiva obligatorja għal kulħadd, l-Agostinjani fetħu l-ewwel skola tal-Knisja.  Din kienet tifforma parti mill-kunvent tagħhom fil-belt Valletta għall-istudenti tal-madwar, iġifieri l-Belt u l-Kottonera; dak li llum huwa l-Kulleġġ Santu Wistin.  Skola mingħajr ħlas, miftuħa għal ulied il-poplu, mibnija fuq imħabba, kura u servizz għall-ħafna generazzjonijiet imgħoddija, prezenti u futuri tal-poplu tagħna (Ellul. P. 1999).  Nagħlaq bil-ħsieb ta’ Wistin fl-opra tiegħu De Ordine: “Let us be at their service (students’) as if we were embarrassed at having power over them, and use the power in such a way that we enjoy serving them” (De Ordine; 2: 8-25)

 

Alan Scerri osa

(PhD Lincoln U.K.)

 

References: 

Augustine, St., Epistule. [on line] Available from www.newadvent.org/ [Accessed 28th August 2016]

 

Augustine, St., De Doctrine Christiane. [on line] Available from www.newadvent.org/ [Accessed 28th August 2016]

 

Augustine, St., Confessiones. [on line] Available from www.newadvent.org/ [Accessed 28th August 2016]

 

Augustine, St., De Ordine. [on line] Available from www.newadvent.org/ [Accessed 28th August 2016]

 

Augustine, St., De Catechizandis Rudibus. [on line] Available from www.newadvent.org/ [Accessed 28th August 2016]

 

Augustine, St., Regula Sancti Augustini. [on line] Available from http://faculty.georgetown.edu/jod/augustine/textstrans.html [Accessed 28th August 2016]

 

Congregation for Catholic Education. (1977) The Catholic School. Rome: Congregation for Catholic Education.

 

Congregation for Catholic Education. (1982) Lay Catholics In Schools: Witnesses To Faith. Rome: Congregation for Catholic Education.

 

Ellul, P., (1999) IL-Kulleġġ Santu Wistin; Storja ta’ mija u ħamsin sena (1848-1998). Pieta’: Publikazzjoni Kulleġġ Santu Wistin.

 

Scroll to Top