{"id":749,"date":"2021-03-18T07:54:12","date_gmt":"2021-03-18T07:54:12","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/ahbarijiet\/wahda-u-shiha-hija-l-imhabba-ktieb-gdid-ta-p-salvino-caruana-osa-u-p-francis-calleja-osa\/"},"modified":"2021-03-18T07:54:12","modified_gmt":"2021-03-18T07:54:12","slug":"wahda-u-shiha-hija-l-imhabba-ktieb-gdid-ta-p-salvino-caruana-osa-u-p-francis-calleja-osa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/ahbarijiet\/wahda-u-shiha-hija-l-imhabba-ktieb-gdid-ta-p-salvino-caruana-osa-u-p-francis-calleja-osa\/","title":{"rendered":"Wa\u0127da u S\u0127i\u0127a hija l-Im\u0127abba &#8211; Ktieb \u0121did ta&#8217; P. Salvino Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA"},"content":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol tal-Professur P. Salvinu Caruana OSA, Direttur tal-<em>Istitut Agostinjan, <\/em>flimkien ma\u2019 P. Frans Calleja OSA, huwa kitba ta\u2019 Wistin ta\u2019 Ippona <em>In Epistolam Joannis ad Parthos Tractatus X<\/em>, maqlub mit-test bil-Latin g\u0127all-Malti. Huwa kontribut ie\u0127or tal-Provin\u010bja Agostinjana f\u2019Malta mhux biss g\u0127all-kitba reli\u0121ju\u017ca Agostinjana bl-Ilsienna, i\u017cda wkoll g\u0127at-tixrid tal-kitbiet u tat-tag\u0127lim bnin ta\u2019 S. Wistin g\u0127alina b\u0127ala Nsara. \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn l-g\u0127axar<em> Omeliji<\/em> huma fost l-iprem ta\u2019 Missierna S. Wistin li huwa g\u0127amel matul il-\u0121img\u0127a tal-G\u0127id il-Kbir, u matul xi jumejn wara din il-\u0121img\u0127a. X\u2019iktarx li huwa g\u0127amilhom \u0121ewwa l-<em>Basilica Pacis<\/em>, imma filg\u0127axija, f\u2019\u0127in meta s-semmieg\u0127a seta\u2019 kellhom iktar \u0127in, u kienu iktar kalmi, jisimg\u0127u prietki ta\u2019 dak it-tul!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara li g\u0127add ta\u2019 studju\u017ci tal-<em>Omeliji<\/em> ta\u2019 S. Wistin dehrilhom li Wistin ipprietkahom iktarx f\u2019xi sena wara l-420, illum kollha jaqblu li mhux hekk, g\u0127ax, skont u\u0127ud minnhom, jidher \u010bar li hu g\u0127amilhom fis-sena 407. Hija sensiela ta\u2019 <em>Omeliji<\/em> ta\u2019 siwi kbir l-g\u0127aliex mis-su\u0121\u0121etti li kellem lis-semmieg\u0127a tieg\u0127u dwarhom, jidher b\u0127allikieku huwa kien qieg\u0127ed jis\u0127aq fuq kemm kien me\u0127tie\u0121 li huma jifhmu tajjeb minn xhiex g\u0127addew meta tg\u0127ammdu ftit tal-\u0121ranet qabel. G\u0127aldaqstant, imbag\u0127ad, qamet il-mistoqsija ewlenija: jekk kemm-il darba dawn l-<em>Omeliji<\/em> jistg\u0127ux jitqiesu b\u0127ala g\u0127amla ta\u2019 prietki fuq is-sagrament tal-G\u0127id, g\u0127amla ta\u2019 kateke\u017ci mistago\u0121ika, b\u0127al dik li kienu jag\u0127mlu, ng\u0127idu a\u0127na, Ambro\u0121 ta\u2019 Milan, jew il-qaddis patrijarka ta\u2019 \u0120erusalemm, \u010airillu. Il-prietki ta\u2019 dawn fuq is-su\u0121\u0121ett, kienu jkunu f\u2019g\u0127amla ta\u2019 tifsira, pass pass, ta\u2019 kull waqt tal-g\u0127otja ta\u2019 dan is-sagrament.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Minkejja li anki f\u2019dawn li g\u0127amel Wistin jinstemg\u0127u g\u0127add ta\u2019 drabi klimijiet b\u0127al, <em>\u0127ajja \u0121dida, dawl, dlik, ilma<\/em>, u ismijiet ta\u2019 xi elementi o\u0127rajn marbuta mas-sagrament tal-mag\u0127mudija, i\u017cda xorta wa\u0127da ma jidhirx li g\u0127amel xi kateke\u017ci fit-tul dwarhom. Tant hu hekk, li minn kif fisser fehemtu Wistin, jin\u0127ass li kien qieg\u0127ed iktarx ikellem semmieg\u0127a li kienu ilhom li \u0127addnu t-Twemmin, u li kienu hemm b\u0127al qishom spettaturi, u mhux fost dawk li kienu qed jir\u010bievu l-mag\u0127mudija. Tant li mill-<em>Omelija <\/em>7 \u1fbdl quddiem, Wistin ma jsemmi qatt iktar is-Sagrament tal-Mag\u0127mudija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Barra minn hekk, dawn l-<em>Omeliji<\/em> ma jsemmu qatt lil Kristu Rxoxt, jew xi \u0127jiel ta\u2019 dak kollu li se\u0127\u0127 fil-Qawmien ta\u2019 Kristu mill-Imwiet. Dawn l-<em>Omeliji<\/em> huma g\u0127aldaqstant prietki ta\u2019 Wistin fuq ktieb partikulari minn dawk tal-Patt il-\u0120did, f\u2019dan il-ka\u017c l-<em>Ewwel Ittra <\/em>ta\u2019 S. \u0120wann Appostlu, u li bla ebda mod ma huma marbuta ma\u017c-\u017cmien litur\u0121iku li fih g\u0127amilhom Wistin. Tant li fil-bidu, fil-<em>Prologu<\/em>, li matulu fisser l-g\u0127an ta\u2019 kitbietu, kiteb hekk: <em>\u0120wanni qal bosta \u0127wejje\u0121, u tista\u2019 tg\u0127id li kulma qal kien kollu marbut mal-im\u0127abba<\/em>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-im\u0127abba tal-a\u0127wa kien su\u0121\u0121ett li dwaru Wistin kiteb, u t\u0127added, ta\u2019 spiss, u, minn kif jin\u0127ass kliemu, kien hekk \u0127erqan sabiex jasal g\u0127as-su\u0121\u0121ett tal-im\u0127abba, li, ma\u2019 tmiem l-ewwel <em>Omelija<\/em>, kien di\u0121\u00e0, tista\u2019 tg\u0127id, fisser kwint mill-ittra kollha, sa, u lil hinn ukoll, minn fejn \u0120wanni nnifsu semma, g\u0127all-ewwel darba, l-im\u0127abba! Dan kien ukoll su\u0121\u0121ett li kien jingasta sewwa ma\u2019 dak kollu li kien qieg\u0127ed ikisser ras Wistin fi\u017c-\u017cmien li fih kien jipprietka, it-tilwim mad-Donatisti f\u2019Ippona (fit-taqsima 16 tal-ktieb, P. Salvinu nise\u0121 \u0121rajja mirquma ta\u2019 dan il-muviment) hekk li tul l-<em>Omeliji<\/em> l-\u0127in kollu jtambar fuq il-fatt li x-xi\u017cma Donatista huwa kien jaraha b\u0127ala ksur gravi tal-im\u0127abba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nitlob lill-qarrejja ta\u2019 dan il-ktieb sabiex ma jg\u0127a\u0121\u0121lux fil-qari tieg\u0127u. Jistg\u0127u tajjeb je\u0127duh b\u0127ala ktieb g\u0127all-meditazzjoni, jew g\u0127al ftit tal-\u0127in ta\u2019 qari spiritwali. Bi\u017c\u017cejjed ng\u0127arrafhom li hu fl-<em>Omelija<\/em> 7, (p. 161) fejn Wistin t\u0127added, u fisser il-kliem: <em>\u0127obb, u li trid g\u0127amel <\/em>(<em>dilige et quod uis fac<\/em>), kliem li tant \u0127asad lis-semmieg\u0127a, u qarrejja ta\u2019 kitbet Wistin, u li tant qala\u2019 g\u0127ajdut mal-Afrika ta\u2019 Fuq kollha! Kien wie\u0127ed mill-istili ta\u2019 Wistin sabiex ja\u0127sad lis-semmieg\u0127a, jew lill-qarrejja tieg\u0127u, billi jinqeda b\u2019tixbihat mill-iktar qawwija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wie\u0127ed mill-korsijiet tas-sena akkademika 2021-2022 (mill-\u0120img\u0127a l-1 t\u2019Ottubru 2021 \u2013 sal-10 ta\u2019 Di\u010bembru 2021; u t-tieni semestru mill-\u0120img\u0127a, 21 ta\u2019 Jannar 2022, sal-\u0120img\u0127a 11 t\u2019April 2022 (<em>Jum il-Gradwazzjoni<\/em>) tal-<em>Istitut Agostinjan<\/em>, jekk Alla jrid, sejjer ikun tifsira ta\u2019 dawn l-<em>Omeliji<\/em>, u l-ktieb jing\u0127ata mal-applikazzjoni g\u0127all-attendenza g\u0127all-korsijiet sena akkademika. L-applikazzjonijiet jinfet\u0127u fil-bidu ta\u2019 Mejju 2021. G\u0127al kull tag\u0127rif ie\u0127or dwar ix-xiri tal-volum, u dwar l-<em>Istitut Agostinjan<\/em>, \u010bemplu lil P. Salvinu Caruana OSA, Kunvent S. Wistin, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta, fuq: 7929 4177 \u2013 21249407, jew <em>email <\/em><a href=\"mailto:caruana.salvino@gmail.com\">caruana.salvino@gmail.co<\/a>m\u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Santu Wistin ta\u2019 Ippona. <em>Wa\u0127da u S\u0127i\u0127a hija l-Im\u0127abba<\/em>. <em>10 Omeliji ta\u2019 S. Wistin fuq l-I-Ewwel Ittra ta\u2019 S. \u0120wann lill-Parti <\/em>(Malta: Provin\u010bja Agostinjana, 2020) (284p.) (ISBN 978-99957-1-881-7) Prezz: \u20ac15.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol tal-Professur P. Salvinu Caruana OSA, Direttur tal-Istitut Agostinjan, flimkien ma\u2019 P. Frans Calleja OSA, huwa kitba ta\u2019 Wistin ta\u2019 Ippona In Epistolam Joannis ad Parthos Tractatus X, maqlub mit-test bil-Latin g\u0127all-Malti. Huwa kontribut ie\u0127or tal-Provin\u010bja Agostinjana f\u2019Malta mhux biss g\u0127all-kitba reli\u0121ju\u017ca Agostinjana bl-Ilsienna, i\u017cda wkoll g\u0127at-tixrid tal-kitbiet u tat-tag\u0127lim bnin ta\u2019 S. Wistin g\u0127alina b\u0127ala Nsara. \u00a0 Dawn l-g\u0127axar Omeliji huma fost l-iprem ta\u2019 Missierna S. Wistin [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":2085,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[83],"tags":[],"class_list":["post-749","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=762%2C373&ssl=1",762,373,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=300%2C147&ssl=1",300,147,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=762%2C373&ssl=1",762,373,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=762%2C373&ssl=1",762,373,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=762%2C373&ssl=1",762,373,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?fit=762%2C373&ssl=1",762,373,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?resize=400%2C373&ssl=1",400,373,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/03\/Ktieb_P_Salvino_-_open_cover.jpg?resize=600%2C373&ssl=1",600,373,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Dan l-a\u0127\u0127ar xog\u0127ol tal-Professur P. Salvinu Caruana OSA, Direttur tal-Istitut Agostinjan, flimkien ma\u2019 P. Frans Calleja OSA, huwa kitba ta\u2019 Wistin ta\u2019 Ippona In Epistolam Joannis ad Parthos Tractatus X, maqlub mit-test bil-Latin g\u0127all-Malti. Huwa kontribut ie\u0127or tal-Provin\u010bja Agostinjana f\u2019Malta mhux biss g\u0127all-kitba reli\u0121ju\u017ca Agostinjana bl-Ilsienna, i\u017cda wkoll g\u0127at-tixrid tal-kitbiet u tat-tag\u0127lim bnin ta\u2019 S.&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/749","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=749"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/749\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2085"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=749"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=749"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=749"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}