{"id":7432,"date":"2023-10-21T15:28:45","date_gmt":"2023-10-21T13:28:45","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/ahbarijiet\/ittra-li-l-provincjal-baghat-lill-ahwa-fl-okkazjoni-tac-celebrazzjoni-tal-175-sena-ta-impenn-fil-missjoni-edukattiva\/"},"modified":"2024-09-13T15:50:10","modified_gmt":"2024-09-13T13:50:10","slug":"ittra-li-l-provincjal-baghat-lill-ahwa-fl-okkazjoni-tac-celebrazzjoni-tal-175-sena-ta-impenn-fil-missjoni-edukattiva","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/ahbarijiet\/ittra-li-l-provincjal-baghat-lill-ahwa-fl-okkazjoni-tac-celebrazzjoni-tal-175-sena-ta-impenn-fil-missjoni-edukattiva\/","title":{"rendered":"Ittra li l-Provin\u010bjal bag\u0127at lill-A\u0127wa fl-okka\u017cjoni ta\u010b-\u010belebrazzjoni tal-175 sena ta\u2019 Impenn fil-Missjoni Edukattiva"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Wie\u0127ed mill-pro\u0121etti kbar ta\u2019 \u0127idma tag\u0127na b\u0127ala Provin\u010bja li kwa\u017ci lkoll kemm a\u0127na missejna mieg\u0127u f\u2019xi waqt jew ie\u0127or huwa l-Kulle\u0121\u0121, u xtaqt li permezz ta\u2019 din i\u010b-\u010birkolari ni\u010b\u010belebaw lil dawk l-a\u0127wa kollha li tul is-snin u llum kienu jew g\u0127adhom parti minn din l-esperjenza.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kien g\u0127adu tista\u2019 tg\u0127id fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Provin\u010bja tag\u0127na meta l-Provin\u010bjal P. Gaetano Pace Forno \u0121ie\u0127 il-\u0127sieb li l-Provin\u010bja, timra\u0127 f\u2019esperjenza \u0121dida. Ir-rapport tal-Kummissjoni Rjali tal-1836, kien wera bi\u010b-\u010bar li wie\u0127ed min-nuqqasijiet kbar li kien hawn f\u2019Malta kien dak ta\u2019 opportunitajiet g\u0127all-edukazzjoni tat-tfal u fi ftit snin, il-Gvern ingli\u017c beda jifta\u0127 l-ewwel skejjel tieg\u0127u. Sensibbli g\u0127al din ir-realt\u00e0, fl-1847 il-Provin\u010bjal kiteb lill-Pirjol \u0120enerali tal-Ordni f\u2019Ruma u qasam mieg\u0127u il-\u0127sieb li kellu li l-Provin\u010bja, tinvesti fi skola bla \u0127las g\u0127at-tfal. Il-Pirjol \u0120enerali malajr approva u esprima s-sodisfazzjon tieg\u0127u g\u0127all-idea sabi\u0127a ta\u2019 din l-opra so\u010bjali li sej\u0127ilha kbira u me\u0127tie\u0121a. L-istess idea kienet imbag\u0127ad diskussa u approvata unanimament fil-Kunsill Provin\u010bjali nhar il-31 ta\u2019 Awissu 1848. Nhar it-23 ta\u2019 Ottubru 1848 fet\u0127et l-ewwel sena akkademika tal-Iskola Santu Wistin li kienet filfatt l-ewwel skola kattolika bla \u0127las fil-g\u017cejjer Maltin. Apparti s-sensibilit\u00e0 g\u0127all-b\u017conn reali tat-tfal, kien hemm bla dubju ta\u2019 xejn fatturi o\u0127ra li mmotivaw dan il-pass b\u0127alma kien in-numru sabi\u0127 ta\u2019 reli\u0121ju\u017ci li setg\u0127u jag\u0127tu kontribut so\u010bjali akbar u s-sentiment li l-Knisja Kattolika tibqa pre\u017cenza valida f\u2019kull qasam, imma fuq kollox jibqa\u2019 l-fatt li f\u2019dawn i\u010b-\u010birkostanzi kien pass profetiku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u017bgur li ma kienx jg\u0127addi minn mo\u0127\u0127 ir-reli\u0121ju\u017ci ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien l-i\u017cviluppi kbar li din l-opra so\u010bjali kellha tg\u0127addi minnhom tul is-snin. Fost dawn, ta\u2019 min isemmi l-investiment kontienwu fl-ispazji u r-ri\u017corsi, il-qtig\u0127 il-qalb ta\u2019 \u017cmien il-gwerra, l-g\u0127a\u017cliet li saru meta r-reli\u0121ju\u017ci ma setg\u0127ux jibqg\u0127u ila\u0127\u0127qu mal-impenn me\u0127tie\u0121 we\u0127idhom u allura il-kollaborazzjoni tal-laj\u010bi, l-espansjoni tal-Kulle\u0121\u0121, u diversi fatturi o\u0127ra. F\u2019nota li sibt fl-arkivju tas-segreterija xi \u0127add kien \u0127alla miktub li matul is-snin tat-tieni gwerra dinjija r-reli\u0121ju\u017ci g\u0127amlu li setg\u0127u biex baqg\u0127u isibu modi kif jg\u0127allmu lit-tfal, anke jekk il-bibien tal-iskola formalment kellhom jing\u0127alqu. Ftit forsi kien jg\u0127addilna minn mo\u0127na li din l-istorja kellna ner\u0121g\u0127u ng\u0127addu minna fi \u017cmienna meta faqqg\u0127et il-Pandemija Covid-19 u l-bibien tal-Kulle\u0121\u0121 re\u0121g\u0127u ing\u0127alqu. Grazzi g\u0127at-tmexxija pre\u017centi, anke din id-darba l-Kulle\u0121\u0121 impenja lilu nnifsu li jibqa\u2019 g\u0127addej u kien minn ta\u2019 l-ewwel biex jimra\u0127 f\u2019sistemi virtwali li setg\u0127u jibqg\u0127u iwasslu t-tag\u0127lim lit-tfal fid-djar tag\u0127hom. Meta t\u0127ares lejn dan kollu tirrealizza kemm l-istorja tirrepeti ru\u0127ha anke jekk quddiem strutturi, u ri\u017corsi li huma ferm differenti minn ta\u2019 qabilhom. L-isba\u0127 fuq kollox huwa l-fatt li dak li baqa jirripeti ru\u0127u huwa l-ispirtu u l-impenn li l-iskola jew il-Kulle\u0121\u0121 tag\u0127na jibqa\u2019 jag\u0127ti l-a\u0127jar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum in\u0127arsu lejn din il-missjoni edukattiva u tassew g\u0127andna g\u0127ax irroddu \u0127ajr lil Alla g\u0127al dak kollu li g\u0127amel mag\u0127na tul is-snin. Kemm hu sabi\u0127 li napprezzaw dak li sar qabilna li jitwa\u0127\u0127ad f\u2019esperjenza kontienwa ma dak kollu li g\u0127adu jsir illum f\u2019istorja wa\u0127da twila. Nixtieq minn qalbi nsellem lill-a\u0127wa kollha li tul is-snin \u0127admu fil-Kulle\u0121\u0121 u li llum m\u2019g\u0127adhomx mag\u0127na. Il-Mulej jilqag\u0127hom fi \u0127danu u jag\u0127tihom il-premju tal-eternita\u2019 li tant \u0127admu g\u0127alih. Insellem anke lil dawk kollha li g\u0127adhom mimlija bil-g\u0127omor u li \u0127admu b\u2019mod jew ie\u0127or fil-Kulle\u0121\u0121. \u017bgur li \u017c-\u017cmien tag\u0127hom fil-Kulle\u0121\u0121 immarkahom b\u2019xi mod jew ie\u0127or g\u0127al \u0127ajjithom, b\u0127alma l-marka ta\u2019 kull wie\u0127ed minna tibqa\u2019 fil-qalb tal-istudenti u familji kollha li xi darba kienu parti mill-komunita\u2019 edukattiva tal-Kulle\u0121\u0121. Fuq kollox insellem lill-a\u0127wa li huma impenjati fil-Kulle\u0121\u0121 illum, partikolarment il-Komunit\u00e0 tag\u0127na f\u2019Tal-Pieta li, barra responsabiltajiet o\u0127ra fil-Provin\u010bja, janimaw fuq kollox din il-Missjoni Edukattiva; ir-Rettur P. David Cortis, ic-<em>Chaplain<\/em> P. Terence Spiteri u l-Pirjol tal-Komunit\u00e0 P. Mario Abela. Grazzi tal-\u0127idma li qed tag\u0127mlu f\u2019isimna lkoll, waqt li f\u2019isimkom, ilkoll kemm a\u0127na ng\u0127ixu l-pre\u017cenza u l-qadi tag\u0127na f\u2019servizzi u komunitajiet o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alkemm din i\u010b-\u010birkolari hija indirizzata aktar g\u0127ar-reli\u0121ju\u017ci, ma nixtieqx nag\u0127laq dawn il-kelmtejn bla ma nsellem in-numru dejjem jikber ta\u2019 laj\u010bi li jikkollaboraw mag\u0127na f\u2019din il-\u0127idma\u00a0 partikolarment il-kapijiet rispettivi u l-assistenti kapijiet, imma mag\u0127hom dawk kollha li jservu f\u2019kull qasam. Is-sabi\u0127 ta\u2019 din l-istorja kollha, kemm bit-tant reli\u0121ju\u017ci tul is-snin, u anke bil-\u0127afna laj\u010bi llum, huwa l-fatt li jirnexxielna n\u0121ibu flimkien tant karattri differenti li i\u017cda jinag\u0127qdu fi spirtu u g\u0127an wie\u0127ed li huwa l-missjoni edukattiva tat-tfal tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew nitolbu l-Mulej inissel l-ispirtu tieg\u0127u fuq il-Komunit\u00e0 edukattiva kollha tal-Kulle\u0121\u0121 tag\u0127na waqt li jg\u0127inna nkomplu ninvestu b\u2019kull mezz possibbli fi struttura li tag\u0127ti stabilita\u2019 u kontinwita\u2019 lil din il-missjoni tag\u0127na.<\/p>\n<p>P. Leslie Gatt osa<\/p>\n<p><em>Pirjol Provin\u010bjali<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Wie\u0127ed mill-pro\u0121etti kbar ta\u2019 \u0127idma tag\u0127na b\u0127ala Provin\u010bja li kwa\u017ci lkoll kemm a\u0127na missejna mieg\u0127u f\u2019xi waqt jew ie\u0127or huwa l-Kulle\u0121\u0121, u xtaqt li permezz ta\u2019 din i\u010b-\u010birkolari ni\u010b\u010belebaw lil dawk l-a\u0127wa kollha li tul is-snin u llum kienu jew g\u0127adhom parti minn din l-esperjenza. Kien g\u0127adu tista\u2019 tg\u0127id fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Provin\u010bja tag\u0127na meta l-Provin\u010bjal P. Gaetano Pace Forno \u0121ie\u0127 il-\u0127sieb li l-Provin\u010bja, timra\u0127 f\u2019esperjenza \u0121dida. Ir-rapport tal-Kummissjoni Rjali [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":7430,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[83,160],"tags":[],"class_list":["post-7432","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet","category-edukazzjoni"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=768%2C432&ssl=1",768,432,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/10\/202310_-_175yrs_800px.png?resize=600%2C450&ssl=1",600,450,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Wie\u0127ed mill-pro\u0121etti kbar ta\u2019 \u0127idma tag\u0127na b\u0127ala Provin\u010bja li kwa\u017ci lkoll kemm a\u0127na missejna mieg\u0127u f\u2019xi waqt jew ie\u0127or huwa l-Kulle\u0121\u0121, u xtaqt li permezz ta\u2019 din i\u010b-\u010birkolari ni\u010b\u010belebaw lil dawk l-a\u0127wa kollha li tul is-snin u llum kienu jew g\u0127adhom parti minn din l-esperjenza. Kien g\u0127adu tista\u2019 tg\u0127id fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Provin\u010bja tag\u0127na meta&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7432","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=7432"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7432\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":7626,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/7432\/revisions\/7626"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/7430"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=7432"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=7432"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=7432"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}