{"id":678,"date":"2020-06-27T16:11:07","date_gmt":"2020-06-27T16:11:07","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/qaddisin-u-beati-agostinjani\/beati-agostinjani\/beatu-marjanu-de-la-mata-5-ta-novembru\/"},"modified":"2024-06-27T12:51:11","modified_gmt":"2024-06-27T10:51:11","slug":"beatu-marjanu-de-la-mata-5-ta-novembru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/qaddisin-u-beati-agostinjani\/beati-agostinjani\/beatu-marjanu-de-la-mata-5-ta-novembru\/","title":{"rendered":"Beatu Marjanu de la Mata &#8211; 5 ta&#8217; Novembru"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Nhar il-5 ta\u2019 April 1983 \u0127alla din l-art P. Marjanu de la Mata Aparicio, sa\u010berdot Agostinjan, missjunarju fil-Bra\u017cil, wara \u0127ajja ta\u2019 77 sena. \u017bgur li hu stess, persuna umli u ming\u0127ajr pretensjonijiet, qatt ma basar li 14-il sena wara ser isib ru\u0127u b\u0127ala protagonist ta\u2019 \u010berimonja ta\u2019 beatfikazzjoni fil-kattidral ta\u2019 Sao Paolo, Bra\u017cil.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Twieled nhar l-a\u0127\u0127ar jum tas-sena 1905 f\u2019villa\u0121\u0121 \u010bkejken qrib il-belt ta\u2019 Palencia, fi Spanja. L-ambjent familjari g\u0127enu qatig\u0127 sabiex irawwem fih il-valur insara sa mit-tfulija. Ommu Martina, flimkien ma\u2019 missieru Manuel g\u0127amlu \u0127ilithom sabiex jag\u0127tu trobbija tajba u nisranija lil Marjanu u lit-tliet \u0127utu. G\u0127al dan il-g\u0127an, bosta kienu s-sagrifi\u010b\u010bji li wettqu, u dan kien ta\u2019 e\u017cempju g\u0127all-ulied.\u00a0 \u00a0 \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Frott din it-trobbija u d-dispo\u017cizzjoni personali sabiex jilqa\u2019 s-sej\u0127a minn Alla, Marjanu dde\u010bieda li jing\u0127aqad mal-Ordni ta\u2019 S. Wistin. Dan se\u0127\u0127 nhar id-9 ta\u2019 Settembru 1921. Fer\u0127 kbir kien g\u0127alih dan il-jum, g\u0127ax xidd fuqu g\u0127all-ewwel darba, imma fer\u0127 akbar kellu f\u2019qalbu sena wara, hekk kif g\u0127amel il-professjoni tal-voti tal-faqar, tal-kastit\u00e0 u tal-ubbidjenza. Minn dakinhar ipprova kemm fela\u0127, meg\u0127jun mill-grazzja ta\u2019 Alla, sabiex ma jonqosx milli josservahom. Il-professjoni reli\u0121ju\u017ca g\u0127amilha f\u2019ri\u0121lejn beatu ie\u0127or, il-martri Agostinjani Alselmo Polanco, li kien il-pirjol tad-dar. Aktar tard, Polanco kellu jsofri l-martirju fil-persekuzzjoni tal-Knisja fi Spanja b\u0127ala isqof tad-djo\u010besi ta\u2019 Teruel. Fra Marjanu kompla l-istudji tieg\u0127u sakemm \u0121ie ordnat presbiteru nhar il-25 ta\u2019 \u0120unju 1930.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kwa\u017ci immedjatament wara l-ordinazzjoni, \u0121ie mag\u0127\u017cul sabiex jintbag\u0127at ja\u0127dem fil-Bra\u017cil, fejn midd idejh g\u0127ax-xog\u0127ol. Kellu g\u0127al qalbu l-pastorali edukattiva g\u0127all-formazzjoni s\u0127i\u0127a tat-tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127. L-e\u017cempju ta\u2019 \u0127ajtu kien innutat mill-a\u0127wa missjunarji u bejn l-1945 u l-1948 kien mag\u0127\u017cul b\u0127ala superjur tal-vi\u010bi provin\u010bja tal-Bra\u017cil. G\u0127al diversi snin wara baqa\u2019 involut fit-tmexxija tal-Agostinjani billi n\u0127atar diversi drabi b\u0127ala kunsillier. Mill-1951 beda ja\u0127dem fil-kulle\u0121\u0121 li l-patrijiet kellhom fil-belt \u010bkejkna ta\u2019 Engenheiro Schmitt. Ta\u0127t it-tmexxija tieg\u0127u din l-iskola mxiet \u0127afna \u2019l quddiem, mhux biss mill-aspett akkademiku, imma fuq kollox fil-formazzjoni nisranija tal-istudenti. Re\u0121a\u2019 lura definittivament g\u0127all-belt ta\u2019 Sao Paolo fl-1961, fil-kulle\u0121\u0121 u l-parro\u010b\u010ba ta\u2019 Santu Wistin, ftit \u2019il bog\u0127od mi\u010b-\u010bentru tal-belt.\u00a0 \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kull fejn kien, kien imidd idejh g\u0127al dak li hemm b\u017conn, ming\u0127ajr pretensjoni jew ambizzjoni. Kien attiv \u0127afna u l-mistrie\u0127 ftit li xejn kien jaf xi jfisser g\u0127ax l-ispirtu \u0121eneru\u017c tieg\u0127u kien jimbuttah sabiex ikun disponibbli dejjem. Bil-kelma u l-manjieri \u0121entili tieg\u0127u, kien iwassal b\u2019mod sempli\u010bi l-Kelma ta\u2019 Alla kull fejn kien jissejja\u0127 g\u0127all-ministeru tal-predikazzjoni. \u0126afna kienu jin\u0121ibdu lejh g\u0127as-simpatija naturali tieg\u0127u, li kienet tesprimi ru\u0127ha fit-tbissima hienja li kienet dejjem fuq wi\u010b\u010bu. Is-sempli\u010bit\u00e0 tieg\u0127u kienet marka partikolari tal-istil ta\u2019 \u0127ajtu: dejjem bit-tonka Agostinjana, \u2019il bog\u0127od minn kwalunkwe tendenza ta\u2019 moda u kapri\u010b\u010bi.\u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-essenzjalit\u00e0 u s-sempli\u010bit\u00e0 fl-g\u0127a\u017cliet tieg\u0127u kienet riflessa mhux biss fl-ilbies, imma f\u2019kull aspett tal-\u0127ajja. Kellu g\u0127al qalbu l-ikkultivar tal-pjanti, \u0127a\u0121a li kienet tag\u0127tih mistrie\u0127 mit-ta\u0127bit tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum. Kellu d-drawwa li jit\u0127addet mag\u0127hom f\u2019forma ta\u2019 djalogi simpati\u010bi, \u0127afna drabi b\u2019referenzi g\u0127as-sbu\u0127ija ta\u2019 Alla li naraw fil-\u0127olqien ta\u2019 madwarna. Dan il-passatemp kien irawmu fuq il-bejt tal-kunvent, fejn spiss kien jag\u0127mel \u201cil-passi\u0121\u0121ata\u201d. Sal-lum dan il-bejt g\u0127adu m\u017cewwaq b\u2019g\u0127add ta\u2019 pjanti b\u2019tifkira tal-passatemp tal-beatu.\u00a0 \u00a0 \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din is-sempli\u010bit\u00e0 ta\u2019 \u0127ajja kienet riflessa wisq aktar fuq livell spiritwali. L-im\u0127abba tieg\u0127u lejn \u0120es\u00f9, li mieg\u0127u kien iqatta\u2019 \u0127inijiet twal ta\u2019 talb, kienet issuqu sabiex ikun vi\u010bin ta\u2019 kul\u0127add. Imma l-aktar li kellu g\u0127al qalbu kienu t-tfal u \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Fihom kien jara lit-tfajjel \u0120es\u00f9. L-istess jista\u2019 jing\u0127ad g\u0127al dawk li kienu esklu\u017ci mis-so\u010bjet\u00e0, u kif nafu, fil-Bra\u017cil dawn huma kotrana. G\u0127al kul\u0127add kellu mhux biss tbissima u kelma tajba, imma fejn seta\u2019, g\u0127ajnuna konkreta. Sabiex iwettaq din it-tip ta\u2019 \u0127idma karitattiva b\u2019mod aktar konkret u organizzat, permezz ta\u2019 aktar minn 200 <em>workshop<\/em> ta\u2019 \u0127jata msemmijin <em>Talleres de caridad de S. Rita<\/em>, kien jg\u0127in kif jista\u2019 lill-foqra, lill-anzjani, lill-morda.\u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Beatu Marjanu kien i\u0127ossi mi\u0121bud lejn il-pre\u017cenza Ewkaristika. I\u010b-\u010belebrazzjoni tal-quddiesa kienet il-mument l-aktar spe\u010bjali tal-\u0121urnata, g\u0127ax kien jag\u0127raf li hemm rabta intima bejn l-azzjoni pastorali tieg\u0127u u l-mument tal-Ewkaristija. Ma tonqosx id-devozzjoni lejn Ommna Marija, l-aktar permezz tat-titli Marjani li nsibu fl-ispiritwalit\u00e0 tal-Ordni Agostinjan: Omm tal-Parir it-Tajjeb u Omm tal-Konsolazzjoni.\u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0127afna ta\u0127bit tal-\u0127ajja pastorali flimkien mal-et\u00e0 bdew i\u0127allu l-marka fuq is-sa\u0127\u0127a ta\u2019 P. Marjanu. Beda jbatti mil-\u0127idma min\u0127abba l-u\u0121ig\u0127 li kien spiss i\u0127oss fl-istonku tieg\u0127u, sakemm wasal fi stat fejn il-mard beda jag\u0127fas \u0127afna fuqu, minkejja l-attenzjoni medika li kien jir\u010bievi bi premura ta\u2019 \u0127utu fil-komunit\u00e0. \u0126alla din id-dinja nhar il-5 ta\u2019 April 1983 fl-et\u00e0 ta\u2019 77 sena. Il-fdalijiet ta\u2019 \u0121ismu jinsabu fl-altar tal-\u0121enb fuq il-lemin fil-knisja Agostinjana ta\u2019 Sao Paolo, fejn \u0127adem g\u0127al \u0127afna snin. Bosta huma l-opri so\u010bjali li \u0127alla warajh jew li llum i\u0121ibu ismu jew jispiraw rwie\u0127hom mill-qdusija tieg\u0127u.\u00a0 \u00a0 \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-fama ta\u2019 qdusija ta\u2019 grazzji maqlug\u0127a permezz tieg\u0127u kompliet tikber. Dan wassal biex l-Ordni Agostinjan jitlob li jinfeta\u0127 il-pro\u010bess ta\u2019 beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni. P. Marjanu kien ibbeatifikat nhar il-31 ta\u2019 Mejju 1997. Il-qdusija ta\u2019 dan is-sa\u010berdot Agostinjan tfakkarna fl-impenn li kull nisrani g\u0127andu li jtaffi t-tbatija ta\u2019 dawk ta\u2019 madwaru, l-aktar ta\u2019 dawk vulnerabbli fis-so\u010bjet\u00e0. Dan jista\u2019 isir b\u2019affarijiet \u017cg\u0127ar u sempli\u010bi, l-istess kif it-tbissima fuq wi\u010b\u010b il-Beatu Marjanu biddlet il-\u0127ajja ta\u2019 tant nies!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Fr. Josef Sciberras osa<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Nhar il-5 ta\u2019 April 1983 \u0127alla din l-art P. Marjanu de la Mata Aparicio, sa\u010berdot Agostinjan, missjunarju fil-Bra\u017cil, wara \u0127ajja ta\u2019 77 sena. \u017bgur li hu stess, persuna umli u ming\u0127ajr pretensjonijiet, qatt ma basar li 14-il sena wara ser isib ru\u0127u b\u0127ala protagonist ta\u2019 \u010berimonja ta\u2019 beatfikazzjoni fil-kattidral ta\u2019 Sao Paolo, Bra\u017cil. Twieled nhar l-a\u0127\u0127ar jum tas-sena 1905 f\u2019villa\u0121\u0121 \u010bkejken qrib il-belt ta\u2019 Palencia, fi Spanja. L-ambjent familjari g\u0127enu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":2019,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[125],"tags":[],"class_list":["post-678","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-beati-agostinjani"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=400%2C550&ssl=1",400,550,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=218%2C300&ssl=1",218,300,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=400%2C550&ssl=1",400,550,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=400%2C550&ssl=1",400,550,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=400%2C550&ssl=1",400,550,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?fit=400%2C550&ssl=1",400,550,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/06\/058Marjanu_de_la_Mata_400px.jpg?resize=400%2C550&ssl=1",400,550,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Nhar il-5 ta\u2019 April 1983 \u0127alla din l-art P. Marjanu de la Mata Aparicio, sa\u010berdot Agostinjan, missjunarju fil-Bra\u017cil, wara \u0127ajja ta\u2019 77 sena. \u017bgur li hu stess, persuna umli u ming\u0127ajr pretensjonijiet, qatt ma basar li 14-il sena wara ser isib ru\u0127u b\u0127ala protagonist ta\u2019 \u010berimonja ta\u2019 beatfikazzjoni fil-kattidral ta\u2019 Sao Paolo, Bra\u017cil. Twieled nhar&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/678","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=678"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/678\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6800,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/678\/revisions\/6800"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2019"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=678"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=678"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=678"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}