{"id":542,"date":"2020-07-29T10:32:18","date_gmt":"2020-07-29T10:32:18","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/ahbarijiet\/se-acabo-ma-hemmx-aktar-p-lucjan-borg-osa-jikteb-minn-cuba\/"},"modified":"2020-07-29T10:32:18","modified_gmt":"2020-07-29T10:32:18","slug":"se-acabo-ma-hemmx-aktar-p-lucjan-borg-osa-jikteb-minn-cuba","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/ahbarijiet\/se-acabo-ma-hemmx-aktar-p-lucjan-borg-osa-jikteb-minn-cuba\/","title":{"rendered":"Se acab\u00f3, (ma hemmx aktar) \u2013 P. Lu\u010bjan Borg OSA jikteb minn Cuba"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127al f\u2019pajji\u017ci o\u0127ra, il-Covid-19, jew kif nafuh hawnhekk il-Koronavirus, wasal ukoll f\u2019Kuba, Kellu laqg\u0127a pjuttost bierda g\u0127ax il-kotra kienet qieg\u0127da ta\u0127seb li billi Kuba hija \u0121\u017cira mhux \u0127a jolqotha. G\u0127all-grazzja t\u2019Alla ma laqathiex bil-qawwi b\u0127alma laqat diversi pajji\u017ci. Skont l-a\u0127bar li kienet dehret fuq it-TV kubana, il-Covid-19 da\u0127al ma\u2019 persuna anzjana ta\u2019 nazzjonalit\u00e0 taljana li flimkien ma\u2019 persuni taljani o\u0127ra \u0121ew biex jg\u0127addu ftit jiem ta\u2019 vaganzi f\u2019wa\u0127da mill-isba\u0127 g\u017cejjer tal-Karibe. A\u0127na lanqas konna nafu li dan l-anzjan li kien isofri minn diversi kundizzjonijiet medi\u010bi disgrazzjatament miet hawn ukoll min\u0127abba l-Covid-19. Ftit wara skoprejna li hekk kif wasal Kuba dan ir-ra\u0121el anzjan kien qieg\u0127ed joqg\u0127od <em>f\u2019Rent Room<\/em> \u017cew\u0121 toroq \u2018l bog\u0127od mill-parro\u010b\u010ba u l-kunvent tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kollox beda g\u0127al \u0127abta ta\u2019 nofs Marzu. Sa dak il-\u0127in kollox kien normali, in-nies barra, filg\u0127odu tistenna l-karozza tal-linja bil-pa\u010benzja kollha \u0127alli tmur g\u0127ax-xog\u0127ol, \u00a0jew ti\u0121ri \u2018l hawn u \u2018l hemm biex takkwista l-\u0127ti\u0121ijiet tad-dar, fuq kollox biex il-familja jkollha x\u2019tiekol. Mal-medda tal-lejl sa kmieni tal-g\u0127odwa tal-g\u0127ada fit-toroq jew fil-\u0121onna pubbli\u010bi titkellem, in-nies kienu jid\u0127qu, jkantaw u ji\u017cfnu, bil-mu\u017cika g\u0127olja kemm tifla\u0127. Qed nitkellem minn \u0127ajjitna ta\u2019 kuljum fil-belt kapitali, La Havana. \u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-grupp tat-taljani, wara li g\u0127adda xi jiem f\u2019Havana, telaq lejn il-belt ta\u2019 Santa Clara, daqs 270 kilometru \u2018l bog\u0127od minn hawn, u hemm dan ir-ra\u0121el anzjan marad u hekk fe\u0121\u0121 l-ewwel ka\u017c tal-Covid-19. L-a\u0127bar t\u0127abbret fuq it-TV u minkejja din l-a\u0127bar kollox baqa\u2019 sejjer daqs li kieku ma kien \u0121ara xejn. L-awtoritajiet kemm \u010bivili kif ukoll tal-knisja g\u0127all-ewwel \u0127mistax ma qalu xejn u ma \u0127ar\u0121u l-ebda direttiva. Kienu pjuttost l-istudenti tal-universita ta\u2019 La Havana u tal-Istitut Pontifi\u010bju fejn qieg\u0127ed na\u0127dem jien li \u0127olqu kuxjenza tal-periklu li j\u0121ib mieg\u0127u l-virus u bdew jitolbu biex jing\u0127alqu l-universit\u00e0 u l-Istitut tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-komunit\u00e0 tag\u0127na agostinjana, billi jien kont g\u0127idt dak li kien g\u0127addej fl-Istitut, \u0127sibna biex \u00a0fl-20 ta\u2019 Marzu fl-10 ta\u2019 filg\u0127odu nlaqqg\u0127u l-kunsill tal-parro\u010b\u010ba u nistiednu lil \u0127utna s-Sale\u017cjani li joqg\u0127odu fil-parro\u010b\u010ba \u0127alli naraw x\u2019nistg\u0127u nag\u0127mlu sakemm il-gvern u l-knisja \u00a0\u00a0i\u0127abbru l-mi\u017curi me\u0127tie\u0121a. Fil-kunsill parrokkjali dde\u010bidejna li ng\u0127alqu l-knejjes tag\u0127na wara l-a\u0127\u0127ar quddiesa tal-\u0126add tat-22 ta\u2019 Marzu. Konna minn tal-ewwel li f\u2019Kuba \u0127adna dan il-pass. F\u2019dak l-istess jum, wara nofsinhar \u0127adt sehem fil-kunsill akkademiku tal-Istitut li g\u0127alih da\u0127let wa\u0127da mill-istudenti li kienet qed tmexxi il-moviment biex l-Istitut jing\u0127alaq. Hawn ukoll idde\u010bidejna li t-Tnejn, 23 ta\u2019 Marzu, wara l-a\u0127\u0127ar klassi, jing\u0127alaq l-Istitut.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dak in-nhar konna ferm ottimisti. \u0126sibna li kienet tempesta b\u0127at-tempesti tropikali, li ji\u0121u b\u2019qawwa kbira imma jg\u0127addu malajr ukoll jekk fi ftit \u0127in jistg\u0127u jag\u0127mlu \u0127sara kbira u waqt li jkunu g\u0127addejjin trid toqg\u0127od \u0121ewwa u tipprote\u0121i ru\u0127ek u darek. Dak in-nhar, ji\u0121ifieri fl-20 ta\u2019 Marzu, \u0127sibna li f\u2019nofs Mejju konna \u0127a nkunu nistg\u0127u ner\u0121g\u0127u nift\u0127u l-Istitut u kollox jer\u0121a jkompli daqs kieku l-Covid-19 qatt ma g\u0127adda minn fuqna. Kemm morna \u017cmer\u010b u kemm tqarraqna!!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar kemm il-gvern kif ukoll il-knisja tkellmu u\u00a0 \u0127ar\u0121u d-direttivi tag\u0127hom. Prattikament ikkupjaw il-mi\u017curi tal-Ewropa, ming\u0127ajr ir-rigori\u017cmu ta\u2019 dawn il-mi\u017curi ewropej, spe\u010bjalment dwar il-kwarantina, li hawn, f\u2019Kuba, din il-kelma ftit tintu\u017ca; hawn jippreferu l-fra\u017ci \u00a0<em>aislamiento social<\/em>\u00a0 (<em>social isolation<\/em>) jew terminu aktar spanjol milli kuban ta\u2019 <em>confinamiento<\/em> (<em>confinement<\/em>).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Minn jum g\u0127all-ie\u0127or kollox ing\u0127alaq, waqaf it-trasport pubbliku fl-ibliet, fl-ir\u0127ula u bejn l-istess provin\u010bji. Waqa\u2019 skiet kbir, spe\u010bjalment fil-\u0121nien pubbliku li hemm quddiemna. Min-na\u0127a tieg\u0127u l-ministeru tas-sa\u0127\u0127a \u0127a l-mi\u017curi me\u0127tie\u0121a biex jaffronta l-pandemija. G\u0127all-grazzja t\u2019Alla Kuba g\u0127andna strutturi ferm tajbin f\u2019dan il-qasam u esperjenza kbira. Filfatt irnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni tant sewwa li s\u2019issa l-Covid-19 ikka\u0121una biss 86 imwiet u 2,462 infettati li kellhom jid\u0127lu l-isptar g\u0127all-kura. Fil-pre\u017cent, il-pandemija hija kkontrollata mija fil-mija. Il-provin\u010bji kollha, barra dik tag\u0127na \u00a0ta\u2019 La Havana, jinsabu fit-tielet fa\u017ci; imwiet m\u2019hawnx u wie\u0127ed jew \u017cew\u0121 infettati jfe\u0121\u0121u fil-\u0121urnata.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Covid-19 \u0121ab \u0127sara kbira, imma x\u2019tag\u0127lima kbira ta lill-umanita tallum! B\u0127alma qal sewwa l-Papa Fran\u0121isku fid-diskors Urbi et Orbi tas-27 ta\u2019 Marzu 2020, il-pandemija tal-Covid-19 \u00abkixfet l-vulnerabbilit\u00e0 tag\u0127na u kixfet fil-bera\u0127 s-sigurtajiet foloz u superfi\u010bjali li bihom \u0127dimna l-a\u0121endi tag\u0127na, il-pro\u0121etti tag\u0127na, ir-rutini u l-prioritajiet tag\u0127na, &#8230;\u00a0 ne\u0127\u0127itilna <em>l-make-up<\/em> ta\u2019 dawk l-istereotipi [ji\u0121ifieri l-mudelli ta\u2019 \u0127ajja li a\u010b\u010bettajna ming\u0127ajr lanqas biss staqsejna lilna nfusna x\u2019jiswew] li bihom libbisna l-egos tag\u0127na\u00bb li ma jinteressawx rwie\u0127hom, jekk mhux biex jidhru sbie\u0127 u qawwija minn barra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fuq kollox il-pandemija tal-Covid-19, ikompli jg\u0127id il-Papa Fran\u0121isku, fakkritna li a\u0127na nag\u0127mlu parti mill-istess familja, li a\u0127na lkoll a\u0127wa, u dan il-fatt, jispi\u010b\u010ba jg\u0127id Fran\u0121isku, \u00abla nistg\u0127u u lanqas irridu na\u0127arbu minnu\u00bb. Dan id-diskors tal-Papa Fran\u0121isku jiswa l-aktar g\u0127all-\u0121nus tal-pajji\u017ci g\u0127onja tal-O\u010b\u010bident u b\u2019mod partikulari g\u0127all-Ewropa u l-Amerika ta\u2019 Fuq fejn il-bniedem stag\u0127na materjalment u tfaqqar spiritwalment, tne\u017c\u017ca minn ru\u0127u biex jidher sabi\u0127 f\u2019\u0121ismu, il-persuna tieg\u0127u saret art niexfa, bla valuri, u wied ta\u2019 superfi\u010bjalitajiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019effett kellha l-pandemija tal-Covid-19 f\u2019Kuba, spe\u010bjalment f\u2019La Havana? Bla dubju ta\u2019 xejn hawn tfaqqarna minn barra u materjalment imma mhux il-\u0121ewwieni tag\u0127na u tal-Kubani li mag\u0127hom nag\u0127mlu familja wa\u0127da. Il-fatt li a\u0127na lkoll a\u0127wa ma intilef qatt. Huwa fatt li \u0127add ma jista\u2019 ji\u010b\u0127du li l-pandemija faqritna ekonomikament. Fil-pre\u017cent la hawn la\u0127am, la \u0127ut, la majjal, fl-istess kampanja ma hemmx \u0127xejjex u prodotti essenzjali agrikoli o\u0127ra, sa\u0127ansitra lanqas kaxxa sufarini ma ssib!!!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Minn qabel d\u0127alna fil-ewwel fa\u017ci, hawn f\u2019La Havana, \u00a0meta jasal t-ti\u0121ie\u0121, \u017cejt u prodotti me\u0127tie\u0121a o\u0127ra, trid tinkiteb fil-lista, tistenna sieg\u0127at twal biex tkun tista\u2019 tid\u0127ol fil-\u0127anut b\u2019qalbek dejjem ittertaq g\u0127ax mhux l-ewwel darba li x\u0127in tasal int dak li jkun qieg\u0127ed jg\u0127asses mal-bieb jg\u0127idlek: <em>se acab\u00f3<\/em>, <em>ma hemmx aktar<\/em>. \u0126mistax ilu wa\u0127da mill-parru\u010b\u010bani tag\u0127na rnexxielha tikteb ismi fuq il-lista. Kont in-numru 283. \u0126adna \u0127amest ijiem biex wasalna u konna ffortunati li nixtru bor\u017ca bit-8 saqajn tat-ti\u0121ie\u0121 g\u0127al 3 persuni u dawn kellhom iservu sakemm jer\u0121a\u2019 jasal stokk ie\u0127or ta\u2019 ti\u0121ie\u0121!!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta f\u2019dan l-artiklu tkellimt mill-kwarantina g\u0127idt li l-Kubani ma tantx ju\u017caw din il-kelma u li din il-kwarantina ma kienetx daqshekk iebsa. Ta\u2019 kuljum it-TV jav\u017ca: <em>quedate en casa (ibqa\u2019 d-dar). <\/em>G\u0127alxejn, g\u0127ax il-Kuban ma jissaportix id-dar, irid jo\u0127rog barra, jiltaqa\u2019 mal-o\u0127rajn. G\u0127alih li jinfired so\u010bjalment mill-o\u0127rajn jag\u0127millu swied il-qalb u dieqa. Il-Pandemija xorta ma rnexxiliex \u017c\u017comm lil Kuban \u0121ewwa fid-dar. In-nuqqas ta\u2019 ikel u ta\u2019 \u0127wejje\u0121 o\u0127ra kien l-isba\u0127 sku\u017ca biex il-Kuban je\u0127les ru\u0127u mill-qfil \u0121ewwa d-dar u fih innifsu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-toroq qatt ma kienu ba\u0127\u0127. U issa li g\u0127adna biss fl-ewwel fa\u017ci tar-rekuperazzjoni, it-toroq u l-\u0121onna re\u0121g\u0127u bdew jimtlew bit-tfal, \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u adulti. Il-kant u l-mu\u017cika re\u0121g\u0127u bdew jag\u0127tu r-ru\u0127 lis-skiet li g\u0127alih il-Kuban mhux imdorri.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk il-bniedem g\u0127ani o\u010b\u010bidentali permezz tal-pandemja tal-Covid-19 kellu u g\u0127ad g\u0127andu l-okka\u017cjoni li mill-\u0121did jirkupra s-sens tal-familja u tas-so\u010bjet\u00e0, il-Kuban kellu u g\u0127ad g\u0127andu l-oka\u017cjoni li jg\u0127o\u017c\u017c is-skiet, spe\u010bjalment interjuri, jg\u0127ix r-realt\u00e0 tal-familja mhux biss fil-materjalit\u00e0 tag\u0127ha i\u017cda wkoll fil-valuri umani u spiritwali tag\u0127ha. Fuq kollox jinbena a\u0127jar f\u2019personalit\u00e0 li filwaqt li tgawdi kundizzjonijiet ta\u2019 \u0127ajja materjali u umana xierqa, tinfeta\u0127 aktar g\u0127all-valuri traxxendentali u g\u0127all-fidi nisranija. Din hija l-isfida li n\u0127oss li g\u0127andna quddiemna, a\u0127na l-Agostinjani f\u2019La Havana,\u00a0 issa li tqarribna lejn in-normalit\u00e0 \u0121dida: kemm fil-parro\u010b\u010ba kif ukoll fis-seminarju u l-Istitut pontifi\u010bju P. F. Varela, flimkien mal-Kubani, &#8211; tfal, \u017cag\u0127\u017cazg\u0127 u adulti li l-Mulej afdalna f-idejna -, irridu nissieltu biex intejbu l-\u0121ewwieni tag\u0127na u naslu, ukoll jekk imperfettament, biex nibnu knisja u so\u010bjet\u00e0 aktar denji ta\u2019 umanit\u00e0 u ta\u2019 \u0127ajja nisranija \u00a0li jwasslu g\u0127all-veru hena tar-ru\u0127 u tal-\u0121isem. Dan il-veru hena huwa dak li \u00a0jintegra l-materjali u l-ispiritwali, l-individwali u s-so\u010bjali f\u2019vi\u017cjoni aktar wiesg\u0127a, miftu\u0127a u armonju\u017ca, fejn il-bniedem, b\u0127alma jg\u0127id Santu Wistin, g\u0127alkemm fost \u0127afna diffikultajiet u provi i\u017cda b\u2019\u0127afna sliem u pa\u010bi, jg\u0127ix b\u2019impenn kbir \u0127ajtu fuq din l-art b\u0127ala pellegrin li riesaq lejn il-patrija vera tieg\u0127u li hija l-\u0127ajja eterna, l-g\u0127aqda dejjiema ma\u2019 Alla u l-\u0121emg\u0127a tal-an\u0121li u tal-qaddisin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>P. Lu\u010bjan Borg O.S.A<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0<\/p>\n<table>\n<tbody>\n<tr>\n<td><img data-recalc-dims=\"1\" fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" class=\" size-full wp-image-1791\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid03.jpg?resize=800%2C500&#038;ssl=1\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"500\" srcset=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid03.jpg?w=800&amp;ssl=1 800w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid03.jpg?resize=300%2C188&amp;ssl=1 300w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid03.jpg?resize=768%2C480&amp;ssl=1 768w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/td>\n<td><img data-recalc-dims=\"1\" decoding=\"async\" class=\" size-full wp-image-1793\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid04.jpg?resize=800%2C500&#038;ssl=1\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"500\" srcset=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid04.jpg?w=800&amp;ssl=1 800w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid04.jpg?resize=300%2C188&amp;ssl=1 300w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid04.jpg?resize=768%2C480&amp;ssl=1 768w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/td>\n<td><img data-recalc-dims=\"1\" decoding=\"async\" class=\" size-full wp-image-1795\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid05.jpg?resize=800%2C500&#038;ssl=1\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"500\" srcset=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid05.jpg?w=800&amp;ssl=1 800w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid05.jpg?resize=300%2C188&amp;ssl=1 300w, https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid05.jpg?resize=768%2C480&amp;ssl=1 768w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>B\u0127al f\u2019pajji\u017ci o\u0127ra, il-Covid-19, jew kif nafuh hawnhekk il-Koronavirus, wasal ukoll f\u2019Kuba, Kellu laqg\u0127a pjuttost bierda g\u0127ax il-kotra kienet qieg\u0127da ta\u0127seb li billi Kuba hija \u0121\u017cira mhux \u0127a jolqotha. G\u0127all-grazzja t\u2019Alla ma laqathiex bil-qawwi b\u0127alma laqat diversi pajji\u017ci. Skont l-a\u0127bar li kienet dehret fuq it-TV kubana, il-Covid-19 da\u0127al ma\u2019 persuna anzjana ta\u2019 nazzjonalit\u00e0 taljana li flimkien ma\u2019 persuni taljani o\u0127ra \u0121ew biex jg\u0127addu ftit jiem ta\u2019 vaganzi f\u2019wa\u0127da mill-isba\u0127 g\u017cejjer [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":1789,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[83],"tags":[],"class_list":["post-542","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=800%2C600&ssl=1",800,600,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=300%2C225&ssl=1",300,225,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=768%2C576&ssl=1",768,576,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=800%2C600&ssl=1",800,600,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=800%2C600&ssl=1",800,600,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?fit=800%2C600&ssl=1",800,600,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/07\/CubaCovid06.jpg?resize=600%2C600&ssl=1",600,600,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"B\u0127al f\u2019pajji\u017ci o\u0127ra, il-Covid-19, jew kif nafuh hawnhekk il-Koronavirus, wasal ukoll f\u2019Kuba, Kellu laqg\u0127a pjuttost bierda g\u0127ax il-kotra kienet qieg\u0127da ta\u0127seb li billi Kuba hija \u0121\u017cira mhux \u0127a jolqotha. G\u0127all-grazzja t\u2019Alla ma laqathiex bil-qawwi b\u0127alma laqat diversi pajji\u017ci. Skont l-a\u0127bar li kienet dehret fuq it-TV kubana, il-Covid-19 da\u0127al ma\u2019 persuna anzjana ta\u2019 nazzjonalit\u00e0 taljana li&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/542","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=542"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/542\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1789"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=542"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=542"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=542"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}