{"id":503,"date":"2020-05-20T16:17:21","date_gmt":"2020-05-20T16:17:21","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli\/erfa-ghajnejk-u-hares-lejn-l-ghelieqi\/"},"modified":"2020-05-20T16:17:21","modified_gmt":"2020-05-20T16:17:21","slug":"erfa-ghajnejk-u-hares-lejn-l-ghelieqi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli\/erfa-ghajnejk-u-hares-lejn-l-ghelieqi\/","title":{"rendered":"Erfa&#8217; g\u0127ajnejk u \u0127ares lejn l-g\u0127elieqi"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">L-en\u010bi\u010blika <em>Laudato Si<\/em>, ippubblikata fl-24 ta\u2019 Mejju 2015, fis-Solennit\u00e0 ta\u2019 G\u0127id il-\u0126amsin, hija dwar l-g\u0127o\u017c\u017ca tad-dar komuni, ji\u0121ifieri dwar il-\u0127olqien u l-ambjent. Tfittex kemm tfittex tistenniex li ser issib xi kwotazzjoni minn Santu Wistin f\u2019din l-en\u010bi\u010blika&#8230;Lanqas wa\u0127da! U g\u0127alhekk tistaqsuni, mela dan kollu fuq l-ambjent, \u0127olqien, l-ekolo\u0121ija, l-en\u010bi\u010blika u llum l-festa ta\u2019 Santu Wistin, x\u2019g\u0127andu x\u2019jaqsam?\u00a0<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Matul l-a\u0127\u0127ar snin kibret \u0127afna l-preokkupazzjoni g\u0127all-qerda tal-ambjent. Bil-pro\u010bess ta\u2019 \u017cvilupp mhux sostenibbli, bla \u0127sieb, bla vi\u017cjoni u bla \u0127arsa g\u0127all- futur, spi\u010b\u010bajna b\u2019kontaminazzjoni fid-dinja, u konsegwenzi koroh g\u0127all- umanita`, min\u0127abba l-global warming. Ix-xjenza ilha tindika \u0127afna din l-isfida, imma mhux dejjem kien hemm ir-rieda politika biex tie\u0127u bis-serjet\u00e0 u b\u2019ur\u0121enza dan kollu. Fl-Ordni tag\u0127na, fil-Kapitlu \u0120enerali Intermedju tal-1998, f\u2019punt minnhom jissemma li r-relazzjoni mal-\u0127olqien u n-natura f\u2019Santu Wistin tikseb valur etiku&#8230;In-natura li hija tajba, li titkellem fuq Alla hija sinjal tat-Trinit\u00e0. Li tag\u0127mel xi \u0127a\u0121a kontra l-ambjent huwa li tkisser l-unit\u00e0.\u00a0 A\u0127na n\u0127arsu lejn l-ambjent b\u0127ala don ta\u2019 Alla, mog\u0127ti lill-bnedmin kollha, g\u0127alina u g\u0127al tal-futur. Din il-vi\u017cjoni nisranija u profondament agostinjan tal-ambjent, illum hija aktar mhedda minn qatt qabel u je\u0127tie\u0121 risposti \u0121odda, kreattivi u sodi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku, f\u2019din l-en\u010biklika <em>Laudato Si,<\/em> b\u2019referenza g\u0127all-kliem tal-Papa San \u0120wann Pawlu II, jg\u0127id li Alla kiteb ktieb mill-isba\u0127, \u201cli l-ittri tieg\u0127u huma l-kotra tal-\u0127lejjaq pre\u017centi fl-univers\u201d.\u00a0 Min-na\u0127a tieg\u0127u, fil-kitbiet tieg\u0127u Santu Wistin u\u017ca din l-immagini: \u201cis-sbu\u0127ija tal-\u0127olqien huma ktieb enormi. Alla ma g\u0127amilhomx b\u2019ittri tal-linka, imma po\u0121\u0121a quddiem g\u0127ajnejh l-affarijiet ma\u0127luqa kollha\u201d&#8230;U meta kien qieg\u0127ed jargumenta ma\u2019 Fausto qallu: \u201cIffissa l-\u0127arsa ta\u2019 g\u0127ajnjek fuq il-\u0127olqien kollu, b\u0127al wie\u0127ed li jaqra ktieb importanti fuq l-affarijiet.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta wie\u0127ed jaqra lil Santu Wistin jiskopri kemm kien f\u2019kuntatt mal-\u0127olqien u man-natura, u kemm kien josserva u dan jurih fl-omeliji u l-kitbiet tieg\u0127u..isemmi diversi tipi ta\u2019 annimali, \u0127xejjex, e\u010b\u010b. Tinnota li Wistin kien jieqaf u josserva n-na\u0127la ta\u0127dem qatig\u0127 biex ma tkunx bil-\u0121u\u0127 fix-xitwa. Kien i\u0127obb jog\u0127xa josserva l-bdiewa fl-g\u0127elieqi tag\u0127hom. U dan l-isqof, li kellu \u0127afna affarijiet x\u2019jag\u0127mel, kien isib il-\u0127in u jikkontempla kif l-g\u0127asafar jibnu l-bejtiet tag\u0127hom, kif jitimg\u0127u li\u017c-\u017cg\u0127ar tag\u0127hom u kif jg\u0127allmuhom itiru.\u00a0 G\u0127al Wistin kollox kien iservi biex jg\u0127allmu, biex jag\u0127mel xi tixbiha jew analo\u0121ija g\u0127al xi verit\u00e0 diffi\u010bli li tispjega.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif ifakkarna l-Papa Fran\u0121isku: \u201cIl-Mulej seta\u2019 jistieden o\u0127rajn biex ikunu attenti g\u0127all-\u0121miel li hawn fid-dinja, g\u0127ax Hu nnifsu kien f\u2019kuntatt bla waqfien man-natura u kien juriha attenzjoni s\u0127i\u0127a ta\u2019 m\u0127abba u stag\u0127\u0121ib.\u00a0 Meta kien ji\u0121ri minn rokna g\u0127all-o\u0127ra ta\u2019 art twelidu, kien jieqaf jikkontempla l-\u0121miel mi\u017crug\u0127 minn Missieru, u jistieden lid-dixxipli biex fil-\u0127wejje\u0121 ta\u2019 madwarhom jilm\u0127u\u00a0l-messa\u0121\u0121 divin: \u201cErfg\u0127u g\u0127ajnejkom u \u0127arsu ftit kif l-g\u0127elieqi bjadu g\u0127all-\u0127sad!\u201d (\u0120w 4:35).\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jfakkarna li meta ng\u0127idu na\u0127kmu l-art (li naqrawha fil-Ktieb tal-\u0120enesi), \u201cl-interpretazzjoni korretta tal-kun\u010bett tal-bniedem b\u0127ala sid l-univers hi dik li tarah b\u0127ala <em>amministratur responsabbli<\/em>.\u201d Fil-ver\u017cjoni bl-Ingli\u017c tal-<em>Laudato Si, <\/em>dan huwa l-kun\u010bett ta\u2019 <em>stewardship<\/em>. Dan l-i<em>stewardship<\/em> (jew forsi wkoll \u0127arriesa tal-ambjent) huwa wie\u0127ed mit-temi l-kbar fit-Tag\u0127lim So\u010bjali tal-Knisja. Il-Knisja tg\u0127allem li l-\u0121id tad-dinja huma doni ming\u0127and Alla u dan g\u0127al kul\u0127add, u huma ma\u0127suba li jkunu g\u0127all-\u0121id komuni ta\u2019 kul\u0127add. U hawn niftakru fis-<em>sub-title<\/em> tal-en\u010biklika&#8230;dwar l-g\u0127o\u017c\u017ca tad-dar komuni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-kun\u010bett ta\u2019 <em>stewardship<\/em> jid\u0127ol tajjeb fl-\u0127sieb agostinjan tal-\u0121did fil-komun, fejn huwa wie\u0127ed mill-prin\u010bipji basi\u010bi ta\u2019 Santu Wistin fil-vi\u017cjoni u fl-ispiritwalit\u00e0 tal-\u0127ajja komunitarja. Fir-Regola Wistin jg\u0127idilna \u201ctg\u0127idux li g\u0127andkom xi \u0127a\u0121a tag\u0127kom, i\u017cda kollox g\u0127andu jkun ta\u2019 kul\u0127add&#8230;Hekk taqraw fl-Atti tal-Appostli, li \u201ckellhom kollox ta\u2019 kul\u0127add\u201d (Kapitlu 1). U mbag\u0127ad f\u2019Kapitlu 5 jg\u0127id: \u201caktar ma tib\u017cg\u0127u g\u0127all-\u0121id ta\u2019 kul\u0127add qabel il-\u0121id wa\u0127dieni tag\u0127kom, aktar tinteb\u0127u kemm tkunu mexjin \u2019il quddiem fil-\u0127ajja tar-ru\u0127.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-prin\u010bipju ta\u2019 <em>stewardship<\/em> jg\u0127idilna li d-dinja hija tag\u0127na fil-komun, u li n-nies kollha huma responsabbli g\u0127all-kura tad-Dinja b\u0127ala stewards. A\u0127na \u0127afna iktar minn sempli\u010bi konsumaturi u dawk li nu\u017caw r-risorsi naturali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif nie\u0127du \u0127sieb il-\u0121id komuni fl-ambjent hija mezz ta\u2019 kif a\u0127na qed in\u0127addmu dan il-prin\u010bipju ta\u2019 <em>stewardship<\/em>, u wkoll fl-im\u0127abba lejn l-o\u0127rajn u lejn il-\u0126allieq, lejn Alla.\u00a0 U dan huma mod agostinjan ta\u2019 kif in\u0127asru lejn id-dinja. Meta n\u0127arsu lejn l-ekolo\u0121ija ma ninsewx l-antropolo\u0121ija, u sempli\u010biment ma nistg\u0127ux in\u0127arsu lejn id-dinja ma\u0127luqa ming\u0127ajr ma n\u0127arsu lejn il-persuna umana f\u2019dan il-\u0127olqien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U jekk a\u0127na b\u0127ala persuni nirrikonoxxu l-antropolo\u0121ija nisranija tag\u0127na (li g\u0127al Wistin kienet tant importanti u tkellem fuqha, li a\u0127na xhieda ta\u2019 Alla, li d-dnub da\u0127al fid-dinja, li hemm il-grazzja u s-salvazzjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9 Kristu), u l-parte\u010bipazzjoni tag\u0127na fil-\u0127olqien, imbag\u0127ad inkunu nistg\u0127u naraw b\u0127al Papa Fran\u0121isku kif g\u0127amel fl-en\u010biklika li \u0127adha mil-lenti antropolo\u0121ika; fejn naraw li r-relazzjoni tag\u0127na mal-\u0127olqien hija riflessa fir-relazzjoni mal-bnedmin u ma\u2019 Alla. Jekk in\u0127arsu lejn l-ekolo\u0121ija, l-ambjent u d-dinja ma\u0127luqa, b\u0127ala u\u017cu tieg\u0127i personali u g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tieg\u0127i biss, kif ser nu\u017ca l-art g\u0127all-benefi\u010b\u010bju tieg\u0127i, il-\u0127olqien g\u0127all-benefi\u010b\u010bju u dam b\u2019mod utilitarist\u00e0, hemmhekk dan jirrifletti fir-relazzjoni mal-persuni, u kif nirrelata mag\u0127hom&#8230;g\u0127ax nibda nara kif ser nu\u017ca l-persuna, g\u0127ax g\u0127andi b\u017conn min jag\u0127milli xi \u0127a\u0121a, g\u0127ax ma nistax inla\u0127\u0127aq, e\u010b\u010b&#8230;.G\u0127andna naraw il-persuni, u l-\u0127addiema b\u0127ala xi \u0127add li nie\u0127u gost bihom fil-vja\u0121\u0121 tag\u0127na lejn Alla u f\u2019dan il-pro\u0121ett komuni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Niftakru dejjem li kull ministeru tag\u0127na g\u0127andu jkun konxju u fejn ting\u0127ata l-importanza ta\u2019 dik li tissejja\u0127 \u201c\u0121ustizzja ambjentali\u201d, jew \u201cekolo\u0121ija integrali\u201d. Din tirreferi g\u0127al <em>connection<\/em> li hemm bejn il-mistoqsijiet ekolo\u0121i\u010bi u l-<em>issues<\/em> tal-faqar, tal-pa\u010bi u tal-\u0121ustizzja, li Wistin tant tkellem fuqhom fi \u017cmienu, u li a\u0127na mistiedna nirriflettu u nitkellmu g\u0127a\u017c-\u017cmien li qed ng\u0127ixu fih u fis-so\u010bjet\u00e0 Maltija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na mistiedna nitolbu fil-Jum Dinji ta\u2019 Talb g\u0127all-\u0126arsien tal-\u0126olqien, li l-Papa waqqaf fl-10 ta&#8217; Awwissu 2015, u li qieg\u0127ed ikun i\u010b\u010belebrat kull sena fl-1 ta\u2019 Settembru.\u00a0 Il-\u0121urnata ta\u2019 talb hija biex toffri lilna l-individwi u l-komunitajiet l-opportunit\u00e0 li naffirmaw il-vokazzjoni tag\u0127na li nkunu <em>stewards<\/em> tal-\u0127olqien.\u00a0 Naqraw u nimmeditaw din l-en\u010bi\u010blika, li wkoll tag\u0127tina l-opportunit\u00e0 li ner\u0121g\u0127u lura lejn Santu Wistin u nitg\u0127allmu minnu kif ng\u0127ixu f\u2019kuntatt mal-ambjent, mal-\u0127olqien u man-natura.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-en\u010bi\u010blika Laudato Si, ippubblikata fl-24 ta\u2019 Mejju 2015, fis-Solennit\u00e0 ta\u2019 G\u0127id il-\u0126amsin, hija dwar l-g\u0127o\u017c\u017ca tad-dar komuni, ji\u0121ifieri dwar il-\u0127olqien u l-ambjent. Tfittex kemm tfittex tistenniex li ser issib xi kwotazzjoni minn Santu Wistin f\u2019din l-en\u010bi\u010blika&#8230;Lanqas wa\u0127da! U g\u0127alhekk tistaqsuni, mela dan kollu fuq l-ambjent, \u0127olqien, l-ekolo\u0121ija, l-en\u010bi\u010blika u llum l-festa ta\u2019 Santu Wistin, x\u2019g\u0127andu x\u2019jaqsam?\u00a0<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":1725,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[96],"tags":[],"class_list":["post-503","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=300%2C169&ssl=1",300,169,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=768%2C432&ssl=1",768,432,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/05\/20200520_-_human-800px.jpg?resize=600%2C450&ssl=1",600,450,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"L-en\u010bi\u010blika Laudato Si, ippubblikata fl-24 ta\u2019 Mejju 2015, fis-Solennit\u00e0 ta\u2019 G\u0127id il-\u0126amsin, hija dwar l-g\u0127o\u017c\u017ca tad-dar komuni, ji\u0121ifieri dwar il-\u0127olqien u l-ambjent. Tfittex kemm tfittex tistenniex li ser issib xi kwotazzjoni minn Santu Wistin f\u2019din l-en\u010bi\u010blika&#8230;Lanqas wa\u0127da! U g\u0127alhekk tistaqsuni, mela dan kollu fuq l-ambjent, \u0127olqien, l-ekolo\u0121ija, l-en\u010bi\u010blika u llum l-festa ta\u2019 Santu Wistin, x\u2019g\u0127andu&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/503","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=503"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/503\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1725"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=503"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=503"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=503"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}