{"id":470,"date":"2020-04-09T10:21:44","date_gmt":"2020-04-09T10:21:44","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli\/l-ghid-tifsira-gdida-lil-dak-li-ghaddejjin-minnu-3\/"},"modified":"2020-04-09T10:21:44","modified_gmt":"2020-04-09T10:21:44","slug":"l-ghid-tifsira-gdida-lil-dak-li-ghaddejjin-minnu-3","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli\/l-ghid-tifsira-gdida-lil-dak-li-ghaddejjin-minnu-3\/","title":{"rendered":"L-G\u0127id: Tifsira \u0121dida lil dak li g\u0127addejjin minnu"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>L-G\u0127id: Tifsira \u0121dida lil dak li g\u0127addejjin minnu<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fid-dinja kollha, fl-g\u0127odwa tal-G\u0127id, permezz tal-Mass Media u tas-Social Media, ser titwassal l-A\u0127bar it-Tajba tal-Qawmien ta\u2019 Kristu mill-imwiet, lil miljuni ta\u2019 nies. Din l-a\u0127bar tal-G\u0127id, din is-sena ser titwassal, kif ilkoll nafu, fi \u017cmien partikulari \u0127afna, min\u0127abba l-Covid-19. Dawn il-messa\u0121\u0121i ser jaslu lil nies li huma morda, imbe\u017c\u017cg\u0127in, b\u2019qalbhom maqtug\u0127a, f\u2019solitudni, mag\u0127luqin f\u2019darhom, nies li g\u0127addejjin minn tbatija u t\u0127assib, min\u0127abba li qed jaraw il-mezzi finanzjarji tag\u0127hom sejrin lura, nies li tilfu x-xog\u0127ol jew il-post tag\u0127hom tax-xog\u0127ol huwa in\u010bert. Ser tasal lil \u0127afna nies li ja\u0127dmu fil-qasam tas-sa\u0127\u0127a, sa\u010berdoti li jservu fl-isptarijiet, nies li ja\u0127dmu fil-qasam tal-ordni pubblika, \u0121urnalisti, voluntiera ta\u2019 diversi NGO\u2019s li qed jag\u0127mlu dak kollu li jistg\u0127u f\u2019sitwazzjoni diffi\u010bli. Insomma wasal l-G\u0127id u l-virus g\u0127adu mag\u0127na! U ma nafux kemm ser idum!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-messa\u0121\u0121 tal-G\u0127id lil kul\u0127add huwa wie\u0127ed: Il-mewt u d-dnub \u0121ew mirbu\u0127a! Il-Mulej qam mill-imwiet! Alleluia Alleluia.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan huwa messa\u0121\u0121 profond ta\u2019 barka: li kif deher fil-qawmien ta\u2019 Kristu mill-imwiet, l-im\u0127abba ta\u2019 Alla hija ikbar minn kull \u0127a\u0121a o\u0127ra li nistg\u0127u nsibu ru\u0127na fiha, li r-reb\u0127a tal-a\u0127\u0127ar hija \u010berta. L-a\u0127bar it-tajba tal-Qawmien mill-imwiet ta\u2019 Kristu ma tfissirx li ser jitwarrbu l-vulnerabbiltajiet tag\u0127na fil-\u0121enb, qisu mhux ser ninkwetaw iktar. Imma issa, bir-reb\u0127a a\u0127\u0127arija tal-im\u0127abba ta\u2019 Alla fuq kull sitwazzjoni li nsibu ru\u0127na fiha, is-sitwazzjonijiet diffi\u010bli tag\u0127na jsiru parti minn storja ikbar ta\u2019 salvazzjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fis-silta mill-Evan\u0121elju skont San \u0120wann, l-enfasi hija fuq il-ftit \u0127in meta dehru l-ewwel indikazzjonijiet tal-Qawmien. Tliet persuni pprivile\u0121\u0121ati jkollhom l-ewwel laqg\u0127a ma\u2019 realt\u00e0 ta\u2019 \u0121rajja ta\u2019 sinifikat enormi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nibdew b\u2019Marija ta\u2019 Magdala, fl-Evan\u0121elju skont San \u0120wann narawha tibki \u0127dejn il-qabar. Imma fis-silta li naqraw f\u2019\u0126add il-G\u0127id filg\u0127odu, naqraw li qabel, kienet waslet u sabet il-blata mne\u0127\u0127ija mill-qabar. Hija, minflok da\u0127let fil-qabar biex tara x\u2019\u0121ara, marret ti\u0121ri g\u0127and Xmun Pietru u d-dixxiplu l-ma\u0127bub biex tg\u0127idilhom: \u201cNe\u0127\u0127ew lill-Mulej Sidi mill-qabar, u ma nafx fejn qeg\u0127duh.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kienet ma\u0127kuma mid-dwejjaq u mill-bi\u017ca\u2019. Hija kienet semg\u0127et kemm-il darba lil \u0120es\u00f9 jitkellem fuq li kellu jbati, imut, imbag\u0127ad iqum mill-imwiet; imma ma kinitx g\u0127adha fi stat li setg\u0127et tifhem mill-ewwel il-kobor tal-\u0121rajja li kienet se\u0127\u0127et. Imma d-dmug\u0127 tag\u0127ha juri l-im\u0127abba li kellha; id-dmug\u0127 tag\u0127ha kellu valur u tifsira. Billi kellha din l-im\u0127abba g\u0127all-Mulej, im\u0127abba li wriet bid-dmug\u0127 li xerrdet, kienet malajr \u0127a tasal biex tifhem fil-fond dak kollu li kien \u0121ara.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad g\u0127andna lil Xmun Pietru u d-dixxiplu l-ma\u0127bub. \u0126afna jistaqsu g\u0127aliex l-Evan\u0121elista qag\u0127ad jid\u0127ol fid-dettall ta\u2019 min wasal l-ewwel \u0127dejn il-qabar u min da\u0127al l-ewwel fil-qabar. Wa\u0127da mit-tifsiriet li ting\u0127ata g\u0127al dan hija li d-dixxiplu l-ma\u0127bub, barra li huwa persuna, jisinifika l-im\u0127abba: hija l-im\u0127abba li tasal l-ewwel. U bl-im\u0127abba li issa ssib postha, Xmun Pietru li jirrappre\u017centa l-Knisja, jista\u2019 jid\u0127ol hu l-ewwel fil-qabar. Dak li kien importanti g\u0127al Pietru kien li jara l-evidenza. Imma jibqa\u2019 dejjem il-fatt li d-dixxiplu l-ma\u0127bub, dak li l-Evan\u0121elju jg\u0127idilna li \u0120es\u00f9 kien i\u0127obb, i\u0127oss li hemm xi \u0127a\u0121a ta\u2019 kobor enormi li se\u0127\u0127et u jemmen.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tliet persuni differenti, tliet reazzjonijiet differenti quddiem l-istess realt\u00e0. Illum skont il-lingwa tal-istatistika ng\u0127idu li meta qed nitkellmu fuq tliet persuni, g\u0127andna sample rappre\u017centattiv \u017cg\u0127ir wisq. Imma anke dan is-sample \u017cg\u0127ir jirrifletti l-modi differenti kif in-nies jirrea\u0121ixxu g\u0127all-istess a\u0127bar: Il-mewt u d-dnub \u0121ew mirbu\u0127a! Il-Mulej qam mill-imwiet! Alleluia Alleluia!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-realtajiet tal-\u0127ajja huma dawk li huma. L-a\u0127bar glorju\u017ca tal-Qawmien ma twarrabhomx \u2019l hemm minna. Imma din l-a\u0127bar it-tajba tibqa\u2019 tg\u0127idilna xi \u0127a\u0121a f\u2019kull sitwazzjoni. Anke fis-sitwazzjoni li qeg\u0127din g\u0127addejjin minnha tal-Covid-19! Huwa fatt minn dejjem, li proprju minn dik il-g\u0127odwa tal-G\u0127id, li \u0121rat \u2019il fuq minn elfejn sena ilu, jo\u0127ro\u0121 is-ser\u0127an tar-ras tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126add u xejn ma jista\u2019 jbiddel din ir-realt\u00e0 tal-Qawmien. Realt\u00e0 li hija ikbar \u0127afna minn kull sitwazzjoni personali jew kollettiva li nistg\u0127u nkunu g\u0127addejjin minnha. Hija realt\u00e0 li tag\u0127ti tifsira \u0121dida lil kull sitwazzjoni umana. Il-mewt u d-dnub intreb\u0127u! Il-Mulej qam mill-imwiet! Alleluia! Alleluia!<\/p>\n<div class=\"text_exposed_show\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0<\/p>\n<\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-G\u0127id: Tifsira \u0121dida lil dak li g\u0127addejjin minnu Fid-dinja kollha, fl-g\u0127odwa tal-G\u0127id, permezz tal-Mass Media u tas-Social Media, ser titwassal l-A\u0127bar it-Tajba tal-Qawmien ta\u2019 Kristu mill-imwiet, lil miljuni ta\u2019 nies. Din l-a\u0127bar tal-G\u0127id, din is-sena ser titwassal, kif ilkoll nafu, fi \u017cmien partikulari \u0127afna, min\u0127abba l-Covid-19. Dawn il-messa\u0121\u0121i ser jaslu lil nies li huma morda, imbe\u017c\u017cg\u0127in, b\u2019qalbhom maqtug\u0127a, f\u2019solitudni, mag\u0127luqin f\u2019darhom, nies li g\u0127addejjin minn tbatija u t\u0127assib, min\u0127abba li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":1691,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[95],"tags":[],"class_list":["post-470","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=500%2C331&ssl=1",500,331,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?resize=350%2C331&ssl=1",350,331,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=300%2C199&ssl=1",300,199,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=500%2C331&ssl=1",500,331,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=500%2C331&ssl=1",500,331,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=500%2C331&ssl=1",500,331,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?fit=500%2C331&ssl=1",500,331,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?resize=400%2C331&ssl=1",400,331,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/04\/00_spring.jpg?resize=500%2C331&ssl=1",500,331,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"L-G\u0127id: Tifsira \u0121dida lil dak li g\u0127addejjin minnu Fid-dinja kollha, fl-g\u0127odwa tal-G\u0127id, permezz tal-Mass Media u tas-Social Media, ser titwassal l-A\u0127bar it-Tajba tal-Qawmien ta\u2019 Kristu mill-imwiet, lil miljuni ta\u2019 nies. Din l-a\u0127bar tal-G\u0127id, din is-sena ser titwassal, kif ilkoll nafu, fi \u017cmien partikulari \u0127afna, min\u0127abba l-Covid-19. Dawn il-messa\u0121\u0121i ser jaslu lil nies li huma morda,&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/470","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=470"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/470\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1691"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=470"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=470"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=470"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}