{"id":455,"date":"2020-03-14T22:21:44","date_gmt":"2020-03-14T22:21:44","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli\/id-duluri-ta-marija-u-r-realta-li-ghaddejjin-minnha-bhalissa\/"},"modified":"2020-03-14T22:21:44","modified_gmt":"2020-03-14T22:21:44","slug":"id-duluri-ta-marija-u-r-realta-li-ghaddejjin-minnha-bhalissa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli\/id-duluri-ta-marija-u-r-realta-li-ghaddejjin-minnha-bhalissa\/","title":{"rendered":"Id-Duluri ta\u2019 Marija u r-realt\u00e0 li g\u0127addejjin minnha b\u0127alissa"},"content":{"rendered":"<p><strong>Id-Duluri ta\u2019 Marija u r-realt\u00e0 li g\u0127addejjin minnha b\u0127alissa <\/strong><\/p>\n<p>Ix-xena tal-Madonna ta\u0127t is-salib (\u0120w. 19:25), hija xena iebsa ta\u2019 omm tassisti g\u0127all-mewt ta\u2019 binha. Marija, ta\u0127t is-salib qed tbati mhux biss min\u0127abba l-mewt in\u0121usta ta\u2019 binha, imma hija m\u0127assba dwar kif setg\u0127et tirrikon\u010bilja dak li kienet g\u0127addejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak li kien jing\u0127ad fuq binha \u0120es\u00f9 li kellu jkun is-Salvatur tad-dinja.<\/p>\n<p>Il-kliem li Marija r\u010beviet fit-t\u0127abbira tal-an\u0121lu huma qawwijin \u0127afna: \u201cAra, inti se tnissel fil-\u0121uf u jkollok iben u semmieh \u0120es\u00f9 (Alla jsalva). <strong>Hu jkun kbir<\/strong> u jkun jissejja\u0127 <strong>Bin l-G\u0127oli<\/strong>. Il-Mulej Alla <strong>jag\u0127tih it-tron ta\u2019 David missieru<\/strong> u <strong>jsaltan g\u0127al dejjem<\/strong> fuq dar \u0120akobb, u <strong>ma jkunx hemm tmiem g\u0127as-saltna tieg\u0127u.<\/strong>\u201d (Lq. 1:31-33)<\/p>\n<p>Marija tisma\u2019 li dan hu l-Iben ta\u2019 Alla. U li s-Saltna tieg\u0127u ma jkollhiex tmiem. Imbag\u0127ad Marija tmur g\u0127and Eli\u017cabetta u tisma\u2019 kliem simili g\u0127al dak li wasslilha l-an\u0121lu: \u201cU minn fejn \u0121ieni dan li <strong>omm il-Mulej tieg\u0127i ti\u0121i g\u0127andi.<\/strong>\u201d (Lq. 1:43) \u201cIva, hienja dik li emmnet li jse\u0127\u0127 kulma bag\u0127at jg\u0127idilha l-Mulej.\u201d (v.45)<\/p>\n<p>Imma, wara li tisma\u2019 dan kollu, meta jaslilha \u017c-\u017cmien li twelled&#8230; Marija tag\u0127mel esperjenza ta\u2019 mi\u017cerja kbira. Marija twelled fi dwejra abbandunata, f\u2019solitudni, u jkollha tpo\u0121\u0121i lil dan binha f\u2019maxtura.<\/p>\n<p>Ma jistax ikun li Marija qatt ma \u0127asbet, li dan l-iben, li kien Iben Alla l-G\u0127oli, is-Salvatur tad-dinja, u l-eredi tat-tron ta\u2019 David&#8230; kien ser ikollu xi twelid straordinarju. Imma mbag\u0127ad fil-fatt kellha twelldu f\u2019sitwazzjoni ta\u2019 mi\u017cerja assoluta. U allura kif kienet ser tasal tirrikon\u010bilja dan kollu?<\/p>\n<p>Iktar minn hekk, l-ewwel li \u017caru lil \u0120es\u00f9 tarbija, kienu r-rag\u0127ajja li f\u2019dak i\u017c-\u017cmien ma kienu stmati xejn. Kienu meqjusin b\u0127ala briganti, u ma setg\u0127ux jid\u0127lu fit-tempju jew fis-sinagogi. Imma kien propju lil din il-kategorija ta\u2019 nies, ir-rag\u0127ajja, li Alla \u0127abbrilhom li kien twieled il-Messija, is-Salvatur. U allura l-ewwel \u017cjara lil dan is-Salvatur li twieled, kellha ssir minn dawn in-nies fost l-iktar fqar tas-so\u010bjet\u00e0 ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien. U Marija riedet tirrikon\u010bilja l-kliem li semg\u0127u r-rag\u0127ajja ming\u0127and Alla dwar din it-tarbija, mal-\u0121rajja li fil-fatt kienet qed isse\u0127\u0127&#8230; il-mi\u017cerja li kellu jitwieled fiha dan is-Salvatur.<\/p>\n<p>Qatt ma nistg\u0127u nimma\u0121inaw bi\u017c\u017cejjed kemm kien diffi\u010bli g\u0127al Marija li tkun ta\u0127t is-salib. Marija kienet ta\u0127t is-salib li fuqu kien hemm miktub: Dan huwa s-Sultan tal-Lhud. Marija ma setg\u0127etx hemmhekk ma tiftakarx il-Kelma li kienet intqalitilha fit-t\u0127abbira mill-an\u0121lu: li kellu jkun fuq it-tron ta\u2019 David. U issa l-uniku post li fuqu kellu miktub li huwa sultan huwa s-salib. Dan huwa t-tron li fuqu jinsab Kristu.<\/p>\n<p>Meta ma\u2019 \u0120u\u017ceppi, Marija ppre\u017centat lil \u0120es\u00f9 fit-tempju, intqalilha li sejf g\u0127ad jinfdilha qalbha, anzi l-\u0127ajja tag\u0127ha. Is-sejf huwa xi \u0127a\u0121a li taqta\u2019, tissepara. Fl-Ittra lil-Lhud, dan is-sejf, ix-xabla, hija l-kelma: \u201cIl-kelma ta\u2019 Alla hi \u0127ajja u qawwija, taqta\u2019 aktar minn xabla b\u2019\u017cew\u0121t ixfar; hija tinfed sa tifred minn xulxin ir-ru\u0127 u l-ispirtu u l-\u0121ogi u l-mudullun; u tg\u0127arbel il-\u0127sibijiet u l-fehmiet tal-qalb.\u201d (Lhud 4:12) Ta\u0127t is-salib, Marija \u0127asset dan is-sejf, din ix-xabla li taqta\u2019.<\/p>\n<p>Imma di\u0121\u00e0 fil-bidu tal-Evan\u0121elju tieg\u0127u, San Luqa g\u0127al darbtejn jg\u0127id li \u201cMarija, min-na\u0127a tag\u0127ha, baqg\u0127et tg\u0127o\u017c\u017c f\u2019qalbha dawn il-\u0127wejje\u0121 kollha u ta\u0127seb fuqhom bejnha u bejn ru\u0127ha.\u201d (Lq. 2:19 u Lq. 2:51) F\u2019qalbha Marija kienet qed i\u0121\u0121orr xi \u0127a\u0121a prezzju\u017ca: ir-rikon\u010biljazzjoni bejn il-kliem li semg\u0127et u l-\u0121rajjiet li kienet g\u0127addejja minnhom. Kienet tipprova tirrikon\u010bilja dan kollu flimkien.<\/p>\n<p>Marija kienet f\u2019konver\u017cjoni kontinwa. Hija tirrapre\u017centa persuna li t\u0127obb lil Alla, imma kontinwament tkun trid tmur lil hinn minnha nfisha. Riedet dejjem tirrikon\u010bilja dak li dejjem tg\u0127allmet fis-sinagoga fuq il-Messija, dak li t\u0127abbrilha, u dak li issa kien qed ji\u0121ri madwarha.<\/p>\n<p>A\u0127na llum imdorrijin na\u0127sbu b\u2019dan il-mod: li l-ewwel hemm l-idea, imbag\u0127ad skont dik l-idea, ir-realt\u00e0. Il-qawwa tag\u0127na huwa l-pro\u0121ett, il-programm li nkunu fassalna, imbag\u0127ad dan irid jikkorrispondi mal-istorja tag\u0127na. Imma fil-fatt, fil-\u0127ajja ma ji\u0121rix hekk. Kieku kien hekk, konna nsiru l-iktar nies suppervi, g\u0127aliex l-affarijiet imorru kif ippjanajna a\u0127na. U ma jistax ji\u0121rilna xi \u0127a\u0121a ag\u0127ar spiritwalment milli nkunu suppervi.<\/p>\n<p>Min jaf kemm kellna pro\u0121etti u pjanijiet u ideat g\u0127al dawn ix-xhur li g\u0127addejjin minnhom, u issa kollox tar mar-ri\u0127, g\u0127aliex spi\u010b\u010bajna mag\u0127luqin f\u2019darna min\u0127abba l-Covid-19. Spi\u010b\u010bajna be\u017cg\u0127anin, qalbna maqtug\u0127a, ixxukkjati g\u0127aliex din mhix ir-realt\u00e0 kif konna \u0127sibnieha a\u0127na, qatt ma stennejnieha. Mhix kif nixtieqha, kif irridha jien&#8230; allura l-bniedem jitkisser. Hawn min qed jiddubita anke mill-im\u0127abba t\u2019Alla.<\/p>\n<p>Marija turina l-maqlub ta\u2019 din il-mentalit\u00e0 tag\u0127na<strong>: mhux stenniet li r-realt\u00e0 ssir skont il-Kelma, skont kif \u0127asbitha hi li ser tkun, imma \u0127alliet ir-realt\u00e0 \u0121\u0121eg\u0127elha tikkore\u0121i l-mod kif hi fehmet il-Kelma. Hija kellha dejjem tifhem il-kelma b\u2019mod \u0121did. U dan kienet tag\u0127mlu l-\u0127in kollu.<\/strong> Dan g\u0127aliex il-\u0121rajjiet jibqg\u0127u dawk li huma. Imma dawn il-\u0121rajjiet iwasslu lil Marija tifhem il-Kelma b\u2019mod differenti.<\/p>\n<p><strong>Marija ti\u0121i ppre\u017centata b\u0127ala persuna f\u2019konver\u017cjoni kontinwa. Il-mimlija bil-grazzja, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, kontinwament tifhem il-Kelma b\u2019mod \u0121did u b\u2019din il-kelma tifhem ir-realt\u00e0. <\/strong><\/p>\n<p>San Pawl jg\u0127idilna: \u201cA\u0127na ma \u0127adniex l-ispirtu ta\u2019 din id-dinja, imma l-Ispirtu ta\u2019 Alla, biex nag\u0127rfu d-doni li Alla g\u0127o\u0121bu jag\u0127tina.\u201d (2 Kor. 2:12) A\u0127na b\u0127al Marija, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, nistg\u0127u nifhmu li r-realt\u00e0 ta\u2019 tbatija li ng\u0127addu minnha, anke jekk iebsa, tista\u2019 tkun don prezzju\u017c:<\/p>\n<p><strong>It-tbatija hija prezzju\u017ca g\u0127aliex turina a\u0127na min a\u0127na<\/strong>. A\u0127na m\u2019a\u0127niex \u201callat\u201d, g\u0127alkemm nixtiequ nkunu hekk. Hi tqeg\u0127edna f\u2019postna. Idda\u0127\u0127alna fil-qies veru tag\u0127na. Tedukana.<\/p>\n<p><strong>It-tbatija hija g\u0127a\u017ci\u017ca g\u0127aliex tg\u0127allimna nistrie\u0127u fuq dak li hu sod<\/strong>. A\u0127na li bnejna \u0127ajjitna fuq ir-ramel tal-flus, tas-su\u010b\u010bess, nitg\u0127allmu nistrie\u0127u fuq il-blata li ma ti\u010b\u010baqlaqx, il-\u0127ellies li jifdi&#8230; il-karriera hija vojta, il-flus jispi\u010b\u010baw, is-sa\u0127\u0127a tmur, il-\u0127bieb ma ssibhomx, ir-ra\u0121el jew il-mara jmutu&#8230; Hu biss jibqa\u2019.<\/p>\n<p><strong>It-tbatija hija te\u017cor g\u0127ax tista\u2019 \u0121\u0121eg\u0127elna ndawru g\u0127ajnejna lejh<\/strong>. Tg\u0127allimna nwer\u017cqu g\u0127all-g\u0127ajnuna. Tg\u0127allimna niggranfaw mieg\u0127u. Abraham fis-salib tieg\u0127u skopra li Alla jipprovdi. Pietru meta kien se jeg\u0127req skopra li \u0120es\u00f9 jsalva. A\u0127na fit-tbatija nistg\u0127u niskopru li Hu jimpurtah \u0127afna minna. Hu jaf sewwa u tajjeb kif jo\u0127ro\u0121 il-\u0121id mid-deni.<\/p>\n<p>Marija wieqfa ta\u0127t is-salib tg\u0127allimna dan kollu.<\/p>\n<div class=\"text_exposed_show\">\n<p>\u00a0<\/p>\n<\/div>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-Duluri ta\u2019 Marija u r-realt\u00e0 li g\u0127addejjin minnha b\u0127alissa Ix-xena tal-Madonna ta\u0127t is-salib (\u0120w. 19:25), hija xena iebsa ta\u2019 omm tassisti g\u0127all-mewt ta\u2019 binha. Marija, ta\u0127t is-salib qed tbati mhux biss min\u0127abba l-mewt in\u0121usta ta\u2019 binha, imma hija m\u0127assba dwar kif setg\u0127et tirrikon\u010bilja dak li kienet g\u0127addejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak li kien jing\u0127ad fuq binha \u0120es\u00f9 li kellu jkun is-Salvatur tad-dinja. Il-kliem li Marija r\u010beviet [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":1673,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[95],"tags":[],"class_list":["post-455","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-franco-grech-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=718%2C473&ssl=1",718,473,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=300%2C198&ssl=1",300,198,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=718%2C473&ssl=1",718,473,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=718%2C473&ssl=1",718,473,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=718%2C473&ssl=1",718,473,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?fit=718%2C473&ssl=1",718,473,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/03\/Our_Lady_of_Sorrows.jpg?resize=600%2C473&ssl=1",600,473,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Id-Duluri ta\u2019 Marija u r-realt\u00e0 li g\u0127addejjin minnha b\u0127alissa Ix-xena tal-Madonna ta\u0127t is-salib (\u0120w. 19:25), hija xena iebsa ta\u2019 omm tassisti g\u0127all-mewt ta\u2019 binha. Marija, ta\u0127t is-salib qed tbati mhux biss min\u0127abba l-mewt in\u0121usta ta\u2019 binha, imma hija m\u0127assba dwar kif setg\u0127et tirrikon\u010bilja dak li kienet g\u0127addejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/455","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=455"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/455\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1673"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=455"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=455"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=455"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}