{"id":3638,"date":"2018-02-24T10:15:19","date_gmt":"2018-02-24T08:15:19","guid":{"rendered":"https:\/\/augustinianheartblog.wordpress.com\/?p=1582"},"modified":"2024-03-05T15:46:58","modified_gmt":"2024-03-05T14:46:58","slug":"dan-hu-ibni-l-ghaziz-isimghu-lilu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/augustinian-heart-blog\/gospel\/dan-hu-ibni-l-ghaziz-isimghu-lilu\/","title":{"rendered":"\u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, isimg\u0127u lilu\u201d"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align:justify;\"><em><img data-recalc-dims=\"1\" fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" class=\"alignnone size-full wp-image-1583\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2018\/02\/sart-2017-02-26-1090x639-1.jpg?resize=1090%2C639&#038;ssl=1\" alt=\"SART-2017-02-26-1090x639\" width=\"1090\" height=\"639\" \/>\u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, isimg\u0127u lilu\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Il-litur\u0121ija tal-kelma ta\u2019 dan il-\u0126add tippre\u017centalna lil Kristu b\u0127ala <strong>l-persuna li a\u0127na irridu nisimg\u0127u fil-\u0127ajja<\/strong> u li <strong>b\u2019fidi fih u bil-g\u0127ajnuna tieg\u0127u<\/strong> nkunu kapa\u010bi <strong>nwettqu<\/strong> dak kollu li Alla jitlob minna fil-\u0127ajja u <strong>nirb\u0127u<\/strong> kull diffikulta li niltaqg\u0127u mag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><u>L-ewwel qari<\/u><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><em>\u201cAqbad lil ibnek il-wa\u0127dieni, li inti t\u0127obb \u2026 u hemm offrih b\u2019sagrifi\u010b\u010bju tal-\u0127ruq\u201d \u2013<\/em>\u00a0 Quddiem ir-rakkont tal-ewwel qari, nibqa mistg\u0127a\u0121eb bil-fidi kbira li kellu Abraham. Nimma\u0121inaw ftit x<strong>\u2019kienet tkun ir-reazzjoni tag\u0127na kieku a\u0127na konna minflok Abraham<\/strong>; qabel Alla jg\u0127idlu biex jitlaq minn fejn kien joqg\u0127od u jmur f\u2019art o\u0127ra ming\u0127ajr ma jg\u0127idlu fejn, wara jg\u0127idlu li kellu jkollu lil I\u017cakk u li \u2018jien nag\u0127mel patt mieg\u0127u g\u0127al dejjem, u ma nislu warajh\u2019 u issa qed jg\u0127idlu biex joffrih b\u2019sagrificcju. Forsi r-reazzjoni tag\u0127na tkun, \u2018Mulej, dan x&#8217;ta\u0127wid hu?\u2019 jew \u2018Idde\u010biedi Mulej xi trid?\u2019. I\u017cda quddiem dan, <strong>Abraham jirrispondi bil-fidi<\/strong> u jag\u0127mel dak li jitlob minnu Alla. Hawnhekk tajjeb nirriflettu ftit fuq kif l-istorja t\u2019Abraham tirrepeti ru\u0127ha kontinwament fil-\u0127ajja tag\u0127na. Ilkoll \u0121ieli esperjenzajna mumenti fejn Alla jitlobna b\u2019sagrifi\u010bju dak li a\u0127na n\u0127obbu u dak il-\u0127in ma nifhmux g\u0127alfejn. Quddiem dawn l-g\u0127a\u017cliet <strong>a\u0127na nistg\u0127u inwie\u0121bu bil-fidi b\u0127al Abraham jew nirrifjutaw, ingergru, nirrabjaw et\u010b\u2026<\/strong> Ir-ri\u017cultat t\u2019Abraham g\u0127aliex afda f\u2019Alla kien mhux talli issagrifika lil ibnu, talli Alla weg\u0127du li nislu jkun mkattar b\u0127al \u2018kwiekeb tas-sema u b\u0127ar-ramel f\u2019xatt il-ba\u0127ar\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><u>Is-Salm<\/u><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><em>Bqajt nemmen, mqar meta g\u0127edt: &#8220;Jiena mdejjaq \u0127afna!&#8221; \u2013<\/em> Dak li qed jg\u0127id is-salmista hija esperjenza qawwija \u0127afna. Is-salmista ukoll juri l-istess element pre\u017centi fil-\u0127ajja t\u2019Abraham u fil-\u0127ajja ta\u2019 kull wie\u0127ed minna. B\u0127alna <strong>s-salmista kellu mumenti fejn g\u0127adda minn perjodi ta\u2019 dwejjaq, ta\u2019 qtieg\u0127 il-qalb, fejn \u0127assu qieg\u0127ed jereq, fejn beda jara dlam biss et\u010b\u2026<\/strong> i\u017cda quddiem dan kollu m\u2019abbandunax il-fidi. Ippersevera fil-fidi!!! U g\u0127ax baqa jemmen is-salmista jasal f&#8217;punt fejn lil Alla jg\u0127idlu, \u2018Int \u0127allejtli l-irbit tieg\u0127i\u2019. Is-salmista huwa e\u017cempju g\u0127alina li meta nibdew in\u0127ossu li il-mixja spirtiwali qeg\u0127da taqtalna nifisna u nkunu ittentati biex nabbandunaw kollox, <strong>niftakru li dan kollu jifforma parti essenjali f\u2019din il-mixja tag\u0127na wara Kristu<\/strong> u b\u2019hekk il-problemi nibdew narawhom f\u2019perspettiva o\u0127ra. In\u017commu quddiem mo\u0127\u0127na il-kliem mill-ktieb ta\u2019 Bin Sirak, \u2018\u017comm s\u0127i\u0127, biex ma tinfixilx fi \u017cmien l-g\u0127aw\u0121\u2019 u nag\u0127mlu kura\u0121\u0121 bil-kliem ta\u2019 San Pawl fit-tieni qari meta qal, <strong>\u2018jekk Alla hu mag\u0127na min jista\u2019 jkun kontra tag\u0127na?\u2019<\/strong>. Irridu nemmnu li <strong>Alla huwa dejjem pre\u017centi anke f\u2019dawk il-mumenti fejn ma n\u0127ossuhx, fil-mumenti ta\u2019 diffikulta&#8217;<\/strong>.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><u>L-Evangelju<\/u><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">\u00a0<em>\u2018Mg\u0127allem, kemm hu sew li a\u0127na hawn!\u2019<\/em> \u2013 Ir-reazzjoni ta\u2019 Pietru g\u0127al dak li beda jara u j\u0127oss fit-trasfigurazzjoni ta\u2019 \u0120esu\u2019 hija xi \u0127a\u0121a sabiha. Hawnhekk it-tlett dixxipli esperjenzaw il-glorja t\u2019Alla, dak li a\u0127na nesperjenzaw meta mmorru l-\u0121enna. <strong>Hija din l-esperjenza li lilna timmotivana ng\u0127ixu tajjeb f\u2019din id-dinja<\/strong>, g\u0127aliex a\u0127na ukoll b\u0127al Pietru irridu li qalbna tkun mimlija b\u2019kuntentizza infinita, inkomparabli mall-pja\u010bir li a\u0127na n\u0127ossu f\u2019din id-dinja. <strong>Jekk verament nemmnu li dak li ra Pietru hu veru, allura l-vi\u017cjoni tag\u0127na tal-\u0127ajja u l-mewt jinbdilu<\/strong>. G\u0127alina d-dinja ma\u2019 tibqax post fejn l-g\u0127anijiet tag\u0127na jkunu; g\u0127atx esa\u0121erat g\u0127all-\u0121id u l-flus, li nirrombla fuq l-o\u0127rajn basta nasal fejn g\u0127andi nasal, karriri\u017cmu sfrenat, post fejn jekk jien \u2018ok\u2019 kul\u0127add \u2018ok\u2019, imma issir opportunita\u2019 biex nuri l-im\u0127abba tieg\u0127i lejn Alla bis-serjeta\u2019 billi no\u0127loq relazzjonijiet sani ma\u2019 persuni o\u0127ra ming\u0127ajr ma jkolli agenda mo\u0127bija, nkun sensibli g\u0127al b\u017connijiet tal-o\u0127rajn anke tal-i\u017cg\u0127ar fis-so\u010bjeta\u2019 et\u010b\u2026 u dan g\u0127aliex il-\u0127ajja issir post fejn inkunu nistg\u0127u <strong>nirrispondu g\u0127as-sej\u0127a li g\u0127amlilna Alla , igifieri li n\u0127obbu<\/strong>. <strong>Huwa meta nwie\u0121eb g\u0127al din is-sej\u0127a li nibda nduq ftit minn dik l-glorja li deheret fit-trasfigurazzjoni.<\/strong> Dawn huma sfidi li kul\u0127add irid ja\u0127dem fuqhom u nibqg\u0127u hekk sakemm immutu. Il-vi\u017cjoni tag\u0127na tal-mewt ukoll tinbidel. <strong>G\u0127alina l-mewt issir tlug\u0127 fuq il-muntanja biex nitg\u0127axxqu bil-glorja t\u2019Alla u biex ma\u2019 Pietru ng\u0127idu, \u2018Kemm hu sew li a\u0127na hawn!\u2019 <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><em>\u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, isimg\u0127u lilu\u201d<\/em> \u2013 G\u0127al darb o\u0127ra \u0120esu\u2019 huwa muri lilna b\u0127ala l-peruna li a\u0127na g\u0127andna nsegwu\/nisimg\u0127u fil-\u0127ajja tag\u0127na. Marija ukoll fit-tie\u0121 ta\u2019 Kana tistedinna biex nag\u0127mlu, \u2018dak li jg\u0127idilkom hu\u2019. Fil-\u0127ajja tag\u0127na a\u0127na mdawrin b\u2019nies li g\u0127andhom ideat differenti tal-\u0127ajja li xi kultant mhux dejjem jaqblu mall-Van\u0121elu. Jista jkun li quddiem \u010berta sitwazzjonijiet a\u0127na naqbdu lilna nfusna f\u2019kunflitt fuq minn min \u0127a naqbad nisma. <strong>Jista\u2019 jkun li qed nisma minn kul\u0127add (minni nnifsi, minn tal-familja, mill-partit, mill-\u0127bieb, mid-destin et\u010b\u2026) barra minn \u0120esu\u2019 jew nisma minn \u0120esu\u2019 biss meta jaqbilli.<\/strong> Irridu naraw ilkoll kemm a\u0127na fejn \u0127a nitfg\u0127u widnejna \u0127alli nisimg\u0127u u eventwalment na\u0121ixxu. <strong>Abraham kien dispost li jisma minn Alla anke meta forsi ma fehemx jew bil-kalkoli tieg\u0127u ra li ma jaqbillux<\/strong>. <strong>Jien \u0127a nibqa nag\u0127mel ta\u2019 rasi?<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\"><em>\u2018ne\u017clin minn fuq il-muntanja\u2019 \u2013 <\/em>Wara t-trasfigurazzjoni t-tlett appostli ni\u017clu lura flimkien ma\u2019 \u0120esu\u2019 biex ikomplu l-missjoni tag\u0127hom. A\u0127na ukoll, minkejja li \u0127erqana biex immorru ngawdu lil Alla g\u0127al dejjem, <strong>l-ewwel irridu ng\u0127ixu l-\u0127ajja f\u2019din d-dinja u naqdu l-missjoni li Kristu jrid minna anke jekk din tkun tinvolvi sagrifi\u010b\u010bji kbar.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">\n<p style=\"text-align:justify;\">Iva, meta a\u0127na nkunu \u0121eneruzi m\u2019Alla, meta nkunu disposti li nag\u0127mlu dak li jitlob minna (anke meta f\u2019g\u0127ajnejna jista\u2019 jidher b\u0127ala ta\u0127wid u \u0121enn tal-mo\u0127\u0127!!!) minkejja t-tbatijiet kollha li \u0121\u0121ib mag\u0127ha s-sitwazzjoni, a\u0127na nsibu s-sens ta&#8217; \u0127ajjitna u finalment niksbu l-premju tal-\u0127ajja bla tmiem.<\/p>\n<p><em>Andrea Naudi<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, isimg\u0127u lilu\u201d Il-litur\u0121ija tal-kelma ta\u2019 dan il-\u0126add tippre\u017centalna lil Kristu b\u0127ala l-persuna li a\u0127na irridu nisimg\u0127u fil-\u0127ajja u li b\u2019fidi fih u bil-g\u0127ajnuna tieg\u0127u nkunu kapa\u010bi nwettqu dak kollu li Alla jitlob minna fil-\u0127ajja u nirb\u0127u kull diffikulta li niltaqg\u0127u mag\u0127ha. L-ewwel qari \u201cAqbad lil ibnek il-wa\u0127dieni, li inti t\u0127obb \u2026 u hemm offrih b\u2019sagrifi\u010b\u010bju tal-\u0127ruq\u201d \u2013\u00a0 Quddiem ir-rakkont tal-ewwel qari, nibqa mistg\u0127a\u0121eb bil-fidi kbira li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":7,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[146,188],"tags":[],"class_list":["post-3638","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-gospel","category-words-of-wisdom"],"uagb_featured_image_src":{"full":false,"thumbnail":false,"medium":false,"medium_large":false,"large":false,"1536x1536":false,"2048x2048":false,"gform-image-choice-sm":false,"gform-image-choice-md":false,"gform-image-choice-lg":false},"uagb_author_info":{"display_name":"Provin\u010bja Agostinjana","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/agostinjani\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"\u201cDan hu Ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c, isimg\u0127u lilu\u201d Il-litur\u0121ija tal-kelma ta\u2019 dan il-\u0126add tippre\u017centalna lil Kristu b\u0127ala l-persuna li a\u0127na irridu nisimg\u0127u fil-\u0127ajja u li b\u2019fidi fih u bil-g\u0127ajnuna tieg\u0127u nkunu kapa\u010bi nwettqu dak kollu li Alla jitlob minna fil-\u0127ajja u nirb\u0127u kull diffikulta li niltaqg\u0127u mag\u0127ha. L-ewwel qari \u201cAqbad lil ibnek il-wa\u0127dieni, li inti t\u0127obb \u2026&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3638","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/7"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3638"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3638\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5215,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3638\/revisions\/5215"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3638"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3638"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3638"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}