{"id":3631,"date":"2017-12-24T09:02:04","date_gmt":"2017-12-24T07:02:04","guid":{"rendered":"https:\/\/augustinianheartblog.wordpress.com\/?p=1561"},"modified":"2024-03-05T15:56:11","modified_gmt":"2024-03-05T14:56:11","slug":"ha-jsir-minni-skond-kelmtek","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/augustinian-heart-blog\/gospel\/ha-jsir-minni-skond-kelmtek\/","title":{"rendered":"\u2018\u0126a jsir minni skond kelmtek\u2019"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align:justify;\"><img data-recalc-dims=\"1\" fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" class=\"alignnone size-full wp-image-1562\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/12\/godswill.jpg?resize=3600%2C1933&#038;ssl=1\" alt=\"Godswill\" width=\"3600\" height=\"1933\" \/>Il-figura \u010bentrali f\u2019dan l-a\u0127\u0127ar \u0126add tal-Avvent hija Marija. Ir-rakkont tal-Van\u0121elu li l-knisja qeghda tippre\u017centalna g\u0127al dan il-\u0126add jitkellem dwar it-t\u0127abbira tal-an\u0121lu Gabriel lil Marija, rakkont li min jaf kemm-il darba smajnieh sa minn meta konna \u017cg\u0127ar fil-klassijiet tad-duttrina. Minkejja dan, huwa rakkont attwali \u0127afna, rakkont li g\u0127adna nistg\u0127u narawh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Dan g\u0127aliex Marija tista tkun mudell g\u0127alina b\u2019 diversi modi.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Lilna Alla, b\u0127alma g\u0127amel ma\u2019 Marija, jistedinna biex fil-\u0127ajja tag\u0127na nkunu parte\u010bipi fil-pjan tieg\u0127U ta\u2019 salvazzjoni,\u00a0 biss jista ji\u0121ri li ahna inkunu aljenati u allura ma nindunawx bis-sej\u0127a tieg\u0127u jew inkella nidde\u010biedu li ma nag\u0127tux kaz. Nemmen li Marija qatt ma bassret li kellu jidrilha an\u0121lu u jg\u0127idliha dak li qalilha u li b\u0127alna kellha hafna pjanijiet g\u0127all-\u0127ajja u \u0127olm sabih. I\u017cda Alla kellu pjanijiet differenti g\u0127aliha. Din hija ukoll ir-realta&#8217; li a\u0127na ng\u0127ixu ta\u2019 kuljum. \u0126afna drabi ji\u0121rilna li Alla jkun qed jitlob minna affarijiet li g\u0127alina jkunu diffi\u010bli, jo\u0127olqulna skumdita, bi\u017ca u forsi anke j\u0127arbtulna xi ftit il-pjanijiet tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Sej\u0127at li jag\u0127mlilna Alla jistg\u0127u ikunu diversi fosthom li nag\u0127mel xi xog\u0127ol volontarju , nag\u0127ti xi servizz\u00a0 fil-knisja li nifrekwenta, nattendi g\u0127al xi laqg\u0127a ta\u2019 talb jew ta&#8217; formazzjoni\u00a0 u \u0127afna o\u0127rajn u jien nag\u0127zel li ma na\u010b\u010bettax l-istedina g\u0127ax min jaf in-nies jew s\u0127abi x\u2019\u0127a jg\u0127idu fuqi, g\u0127ax ma nkunx irrid in\u0127arbat il-pjan tal-\u0121img\u0127a tieg\u0127i,u nistg\u0127u nibqg\u0127u insemmu \u0127afna diffikultajiet o\u0127rajn. Ejjew b\u0127alma qal il-Papa Fran\u0121isku li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, inkunu protagonisti tal-istorja billi nag\u0127\u017clu lil \u0120esu\u2019, li kif ikompli jg\u0127id il-Papa, huwa Alla tar-riskju u mhux tal-kumdita. Bl-iva tag\u0127ha, Marija irriskjat il-pjanijiet tag\u0127ha, irriskjat li tit\u0127a\u0121\u0121ar, irriskjat li n-nies jg\u0127idu fuqha u dan kollu biex tag\u0127mel ir-rieda t\u2019Alla g\u0127aliha.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Il-fatt li Marija a\u010b\u010bettat ma jfissirx li fehemet kollox jew inkella li minn dakin\u0127ar il-\u0127ajja tag\u0127ha saret bla problemi. Dan narawh f\u2019diversi mumenti tul il-\u0127ajja ta\u2019 Marija fosthom il-mewt fuq is-salib ta\u2019 binha \u0120esu\u2019. Fil-\u0127ajja tag\u0127na dejjem ser niltaqg\u0127u ma\u2019 problemi kemm jekk nag\u0127\u017clu u kemm jekk ma nag\u0127\u017clux li nwie\u0121bu g\u0127as-sej\u0127at li jag\u0127milna \u0120esu\u2019. Id-differenza qeg\u0127da li l-bniedem li jwie\u0121eb g\u0127as-sej\u0127at li jag\u0127millu Alla, ikunu xi jkunu, igawdi minn fer\u0127 u pa\u010bi li ebda \u0127a\u0121a o\u0127ra fid-dinja ma tista tatihomlu u g\u0127alhekk jaffronta l-problemi li jiltaqa\u2019 mag\u0127hom b\u2019perspettiva nisranija g\u0127ax jaf li Alla m\u2019hu ser jinsieh qatt u li ebda diffikulta m\u2019hi ikbar minn Alla \u2018g\u0127ax g\u0127al Alla m\u2019hemm xejn li ma jistax isir\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Marija g\u0127alkemm bid-duluri \u0127abba l-mewt ta&#8217; binha, il-Van\u0121elu jg\u0127idilna li hi kienet wieqfa that is-salib, turiha li Marija g\u0127alkemm bid-dulur hija xorta baqg\u0127et mhux merbu\u0127a u pperseverat fil-kelma li tag\u0127at lill-an\u0121lu.<\/p>\n<p style=\"text-align:justify;\">Imsa\u0127\u0127in mill-fidi kbira li kellha Marija, ejjew ma nib\u017cg\u0127ux ng\u0127idu iva lil Alla g\u0127al dak li jitlob minna biex b\u0127alma permezz ta\u2019 Marija, Gesu&#8217; da\u0127al fid-dinja, hekk ukoll permezz tag\u0127na jid\u0127ol fil-qlub ta\u2019 dawk kollha li niltaqg\u0127u mag\u0127hom fil-\u0121ranet ta\u2019 kuljum.<\/p>\n<p><em><strong>Andrea Naudi<\/strong><\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-figura \u010bentrali f\u2019dan l-a\u0127\u0127ar \u0126add tal-Avvent hija Marija. Ir-rakkont tal-Van\u0121elu li l-knisja qeghda tippre\u017centalna g\u0127al dan il-\u0126add jitkellem dwar it-t\u0127abbira tal-an\u0121lu Gabriel lil Marija, rakkont li min jaf kemm-il darba smajnieh sa minn meta konna \u017cg\u0127ar fil-klassijiet tad-duttrina. Minkejja dan, huwa rakkont attwali \u0127afna, rakkont li g\u0127adna nistg\u0127u narawh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Dan g\u0127aliex Marija tista tkun mudell g\u0127alina b\u2019 diversi modi. Lilna Alla, b\u0127alma g\u0127amel ma\u2019 Marija, jistedinna biex fil-\u0127ajja [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":7,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[146,188],"tags":[],"class_list":["post-3631","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-gospel","category-words-of-wisdom"],"uagb_featured_image_src":{"full":false,"thumbnail":false,"medium":false,"medium_large":false,"large":false,"1536x1536":false,"2048x2048":false,"gform-image-choice-sm":false,"gform-image-choice-md":false,"gform-image-choice-lg":false},"uagb_author_info":{"display_name":"Provin\u010bja Agostinjana","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/agostinjani\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Il-figura \u010bentrali f\u2019dan l-a\u0127\u0127ar \u0126add tal-Avvent hija Marija. Ir-rakkont tal-Van\u0121elu li l-knisja qeghda tippre\u017centalna g\u0127al dan il-\u0126add jitkellem dwar it-t\u0127abbira tal-an\u0121lu Gabriel lil Marija, rakkont li min jaf kemm-il darba smajnieh sa minn meta konna \u017cg\u0127ar fil-klassijiet tad-duttrina. Minkejja dan, huwa rakkont attwali \u0127afna, rakkont li g\u0127adna nistg\u0127u narawh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Dan g\u0127aliex Marija tista&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3631","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/7"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3631"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3631\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5241,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3631\/revisions\/5241"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3631"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3631"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3631"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}