{"id":3480,"date":"2016-09-16T10:53:33","date_gmt":"2016-09-16T08:53:33","guid":{"rendered":"https:\/\/augustinianheartblog.wordpress.com\/?p=712"},"modified":"2024-03-12T15:21:48","modified_gmt":"2024-03-12T14:21:48","slug":"mind-the-gap-u-l-fidi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/augustinian-heart-blog\/article\/mind-the-gap-u-l-fidi\/","title":{"rendered":"Mind the gap u l-fidi"},"content":{"rendered":"<p><span style=\"color:#000000;\"><img data-recalc-dims=\"1\" fetchpriority=\"high\" decoding=\"async\" class=\"alignnone size-full wp-image-715\" src=\"https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2016\/09\/titles-mind-the-gap-large.jpg?resize=1024%2C724&#038;ssl=1\" alt=\"titles Mind the Gap (Large).jpg\" width=\"1024\" height=\"724\" \/>Kull min ra xi dokumentarju jew qara xi artiklu dwar Londra jew kien xi darba f\u2019din il-belt metropolitana, u g\u0127amel u\u017cu mis-servizz tal-<em>underground<\/em> f\u2019din il-belt, jinduna li dan huwa avvi\u017c biex wie\u0127ed joqg\u0127od attent g\u0127al vojt li jkun hemm bejn il-<em>platform<\/em> u t-<em>tube<\/em> tal-<em>underground<\/em>. <em>Mind the gap<\/em> saret l-fra\u017ci\u00a0 li ssibha fuq flokkijiet, tazez u elf \u0127a\u0121a o\u0127ra biex tfakkrek f\u2019Londra. Hemm distanza, li tista\u2019 tkun \u010bkejkna jew kbira skont il-ka\u017c, pero li tista\u2019 tkun li tfixxklek u ttelfek.\u00a0 Dan il-vojt bejn \u0127a\u0121a u o\u0127ra, bejn punt u ie\u0127or, b\u0127alma fid-da\u0127la tal-Belt Valletta hemm d-di\u010b\u010b, li fl-arkitettura tal-belt kien sar bi skop li dawk li qeg\u0127din barra l-belt mdawra bis-swar ma tkunx fa\u010bli g\u0127alihom li jid\u0127lu fil-belt sakemm ma jkunx hemm pont minn post g\u0127al ie\u0127or li wie\u0127ed ikollu a\u010b\u010bess g\u0127alih biex jid\u0127ol fil-Belt. \u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Nimma\u0121ina jkun hemm min jistaqsi: Dan is-sinjal <em>Mind the gap<\/em> u l-fidi, x\u2019g\u0127andhom x\u2019jaqsmu flimkien? F\u2019udjenza \u0121enerali f\u2019Ottubru 2012, meta matul dak ix-xahar f\u2019Ruma kien g\u0127addej is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evangelizzazzjoni l-\u0121dida, l-Papa Benedittu XVI semma li fost o\u0127rajn hemm qasma, firda u vojt bejn l-\u0127ajja u l-fidi; bejn dak li ng\u0127ixu u dak li nemmnu. U hawnhekk naraw l-importanza li ng\u0127aqqdu u nwa\u0127\u0127du ma\u2019 xulxin l-fidi u l-\u0127ajja tag\u0127na.<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Qeg\u0127din ng\u0127ixu f\u2019so\u010bjet\u00e0 li tara valur kbir li quddiem sfida kbira, kemm personali jew ukoll ta\u2019 pajji\u017c, wie\u0127ed (jew wa\u0127da) jaqsam f\u2019bi\u010b\u010biet din l-isfida biex ikun jista\u2019 jiddiskutiha, janalizzha, jist\u0127arri\u0121ha, u jsib tarf tal-kobba m\u0127abbla. Jasal ukoll li l-isfida tintreba\u0127 ukoll.\u00a0 Dan huwa punt importanti fejn sfida tinbidel ukoll f\u2019opportunit\u00e0 posittiva. Fl-istess \u0127in, qeg\u0127din ng\u0127ixu f\u2019kompatamentalizazzjoni fil-\u0127ajja tag\u0127na \u2013 kelma twila, li tg\u0127ajjik biex tg\u0127idha u li wkoll jista\u2019 jkun li ma tg\u0127idix tajba, b\u0127alma ji\u0121ri lili! Din il-kelma tfisser li kull aspett tal-\u0127ajja qieg\u0127ed f\u2019kompartament g\u0127alih, f\u2019kaxxa g\u0127alih ming\u0127ajr ma jkun hemm dik il-<em>connection<\/em> bejn \u0127a\u0121a u o\u0127ra, bejn aspett u ie\u0127or.\u00a0 \u0126a nag\u0127ti e\u017cempji.<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Meta konna \u017cg\u0127ar tg\u0127allimna fidi mill-\u0121enituri jew familjari tag\u0127na. Ma hemmx \u0121ideb. Le g\u0127al vjolenza. Nikkopera. Nkun \u0121eneru\u017c. Na\u0127seb fl-o\u0127rajn. Nafda fl-o\u0127rajn. Nkun f\u2019pa\u010bi. Punti kollha bba\u017cati fuq il-parabboli u t-tg\u0127alim ta\u2019 \u0120es\u00f9.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Meta kbirna ftit u tfarfarna, l-affarijiet bdew jikkumplikaw ftit ru\u0127hom. Barra dawn il-valuri kien hemm affarijiet o\u0127ra b\u0127all-popolarit\u00e0, li wie\u0127ed ikun makak; li jg\u0127id xi \u0121idba; wie\u0127ed jammira l-qawwa, s-sa\u0127\u0127a u s-sbu\u0127ija minflok l-umilt\u00e0 u s-servizz; fta\u0127ir; li wie\u0127ed iqarraq jimxi iktar il-quddiem; fost affarijiet o\u0127ra.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Imbag\u0127ad meta wie\u0127ed beda jistudja fl-livell aktar avvanzat jew ja\u0127dem beda jara l-affarijiet iktar differenti, fejn l-qasma u l-vojt bejn il-fidi u l-\u0127ajja kompla jikber. Wie\u0127ed jitg\u0127allem il-vanta\u0121\u0121i li ma jg\u0127idx il-verit\u00e0 s\u0127i\u0127a. Jitg\u0127allem kif jimmanipula lil o\u0127rajn. Jitg\u0127allem kif i\u0121ib dak li jrid u ma joqg\u0127odx jinkwieta \u0127afna wie\u0127ed x\u2019g\u0127amel biex \u0121ab dak li ried, anke jekk jag\u0127mel favuri lill-persuni o\u0127ra basta j\u0121ib dak li kellu b\u017conn.<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Barra dawn hemm ukoll dawk li persuna jkollha attributi interni differenti g\u0127al persuna tieg\u0127u s\u0127i\u0127a, b\u0127ar-reli\u0121jon, politika, xjenza, \u0121udikatura, professjoni, sesswalit\u00e0, g\u0127anijiet fil-\u0127ajja, interessi personali, divertiment, etc li ftit li xejn ikun hemm <em>overlap<\/em>, li parti tkun fuq l-o\u0127ra u mag\u0127quda ma\u2019 xulxin: dak li nag\u0127mel fin-negozju, waqt il-\u0127in tax-xoghol huwa differenti mir-reli\u0121jon li nemmen; l-aspett tal-politika huwa differenti mill-fidi, b\u0127alma hija x-xjenza, l-ispiritwalit\u00e0 u l-flus, <em>issues<\/em> morali u l-affarijiet o\u0127ra li ssemmew.\u00a0 Dan kollu juri li wie\u0127ed ma hux integrat. Wie\u0127ed integrat ikollu dawn l-affarijiet kollha mag\u0127qudin u mag\u0127\u0121unin ma\u2019 xulxin \u2013 b\u0127al kejk m\u0127awwad tajjeb u li fih ma tarax is-saffi li tara fi <em>trifle, <\/em>per e\u017cempju.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Dan naraw ukoll fl-ispiritwalit\u00e0, fejn l-mistoqsijiet ba\u017ci\u010bi tal-\u0127ajja b\u0127al, g\u0127aliex twelidna, g\u0127aliex it-tbatija, g\u0127aliex hawn il-\u0127a\u017cen; l-mistoqisja tal-\u0121u\u0127 u l-g\u0127atx g\u0127al Alla; u t-tfixxija g\u0127al dak kollu li jag\u0127mel sens, ikunu separati minn dak li ng\u0127ixu, minn dak li nemmnu, u allura tkun spiritwalit\u00e0 bla ankra. Pero l-ankra tag\u0127na huwa \u0120es\u00f9 Kristu.\u00a0 Ir-relazzjoni personali u intima ma\u2019 dan Alla, ma tkunx biss f\u2019ritwali u talb imma wkoll f\u2019impenn prattiku, b\u0127alma ma naraw fl-Evan\u0121elju skont San Luqa fil-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb, fejn l-kompassjoni, il-\u0127niena, l-umilta, l-pa\u010benzja u l-im\u0127abba qeg\u0127din pre\u017centi.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Dak li nemmnu, dak li ni\u010b\u010bellebraw, dak li ng\u0127ixu u dak li nitolbu huma mwa\u0127\u0127da u mag\u0127qudin ma\u2019 xuxlin, kif jenfazizza l-Papa Benedittu, meta kien g\u0127adu Kardinal fl-2005, fid-da\u0127la tieg\u0127u g\u0127all-Kompendju tal-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika. Jer\u0121a\u2019 mbag\u0127ad jag\u0127mel din l-enfasi fl-En\u010biklika tieg\u0127u <em>Deus Caritas Est <\/em>&#8211; Alla hu M\u0127abba \u2013 fejn isemmi l-interdipendenza tal-fidi, l-qima u l-g\u0127ixien fejn huma mag\u0127qdin f\u2019realt\u00e0 wa\u0127da li jkunu msawrin mil-laqg\u0127a tag\u0127na tal-im\u0127abba ta\u2019 Alla. Meta no\u0127or\u0121u mill-knisja u mill-quddiesa, l-Ewkaristija tkompli anke fit-toroq tal-belt tag\u0127na, fejn meta nkunu g\u0127amilna talb g\u0127al dawk li jkunu fil-b\u017conn waqt il-quddiesa, dan it-talb jitkompla fil-komunit\u00e0 permezz tal-g\u0127ajnuna u l-impenn fil-qasam politiku u so\u010bjali. Din hija l-invitazzjoni fl-a\u0127\u0127ar tal-quddiesa \u2013 Morru fil-pa\u010bi u l-im\u0127abba biex taqdu u taqsmu l-im\u0127abba t\u2019Alla.\u00a0 Naqsmu din l-im\u0127abba permezz ta\u2019 sapport, g\u0127ajnuna, djakonija, smieg\u0127 lil persuni, pre\u017cenza tag\u0127na u kelma ta\u2019 kura\u0121\u0121, g\u0127aliex b\u0127alma jg\u0127idilna \u0120es\u00f9: \u201cminn dan jag\u0127raf kul\u0127add li intom dixxipli tieg\u0127i, jekk ikollkom l-im\u0127abba bejnietkom\u201d (\u0120w 13, 35).\u00a0 \u00a0\u00a0\u00a0\u00a0<\/span><\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\">Din hija l-a\u0127bar it-tajba li \u0121abilna \u0120esu Kristu \u2013 \u201cJekk dawn il-\u0127wejje\u0121 tafuhom, henjin intom jekk tag\u0127mluhom\u201d (\u0120w 13,17).\u00a0 Jekk nafu li hemm dawn il-<em>gaps<\/em>, dan il-vojt u qasmiet fil-\u0127ajja tag\u0127na, henjin a\u0127na jekk nibnu l-pontijiet u naraw l-bniedem s\u0127i\u0127, fit-totalit\u00e0 tieg\u0127u, mag\u0127qud, u fejn s-sinjal <em>Mind the gap<\/em> ma jkunx hemm aktar b\u017connu!<\/span><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><span style=\"color:#000000;\"><em>David Cortis osa<\/em><\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kull min ra xi dokumentarju jew qara xi artiklu dwar Londra jew kien xi darba f\u2019din il-belt metropolitana, u g\u0127amel u\u017cu mis-servizz tal-underground f\u2019din il-belt, jinduna li dan huwa avvi\u017c biex wie\u0127ed joqg\u0127od attent g\u0127al vojt li jkun hemm bejn il-platform u t-tube tal-underground. Mind the gap saret l-fra\u017ci\u00a0 li ssibha fuq flokkijiet, tazez u elf \u0127a\u0121a o\u0127ra biex tfakkrek f\u2019Londra. Hemm distanza, li tista\u2019 tkun \u010bkejkna jew kbira skont [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":7,"featured_media":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[144,188],"tags":[],"class_list":["post-3480","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-article","category-words-of-wisdom"],"uagb_featured_image_src":{"full":false,"thumbnail":false,"medium":false,"medium_large":false,"large":false,"1536x1536":false,"2048x2048":false,"gform-image-choice-sm":false,"gform-image-choice-md":false,"gform-image-choice-lg":false},"uagb_author_info":{"display_name":"Provin\u010bja Agostinjana","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/agostinjani\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Kull min ra xi dokumentarju jew qara xi artiklu dwar Londra jew kien xi darba f\u2019din il-belt metropolitana, u g\u0127amel u\u017cu mis-servizz tal-underground f\u2019din il-belt, jinduna li dan huwa avvi\u017c biex wie\u0127ed joqg\u0127od attent g\u0127al vojt li jkun hemm bejn il-platform u t-tube tal-underground. Mind the gap saret l-fra\u017ci\u00a0 li ssibha fuq flokkijiet, tazez u&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3480","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/7"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3480"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3480\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":5647,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3480\/revisions\/5647"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3480"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3480"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3480"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}