{"id":315,"date":"2017-09-16T06:25:53","date_gmt":"2017-09-16T06:25:53","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/ahbarijiet\/messagg-tal-provincjal-fil-bidu-tal-pontifikal-tal-bicentinarju-tal-provincja\/"},"modified":"2017-09-16T06:25:53","modified_gmt":"2017-09-16T06:25:53","slug":"messagg-tal-provincjal-fil-bidu-tal-pontifikal-tal-bicentinarju-tal-provincja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/ahbarijiet\/messagg-tal-provincjal-fil-bidu-tal-pontifikal-tal-bicentinarju-tal-provincja\/","title":{"rendered":"Messa\u0121\u0121 tal-Provin\u010bjal fil-bidu tal-Pontifikal tal-Bi\u010bentinarju tal-Provin\u010bja"},"content":{"rendered":"<p><strong>Messa\u0121\u0121 tal-Provin\u010bjal fil-bidu tal-Pontifikal\u00a0<\/strong><strong>tal-Bi\u010bentinarju tal-Provin\u010bja: 14 ta\u2019 Settembru 2017\u00a0<\/strong><\/p>\n<p><strong>Kon-Kattidral ta\u2019 San \u0120wann &#8211; Malta<\/strong><\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>E\u010b\u010bellenza u ma\u0127bub Mons Ar\u010bisqof<\/p>\n<p>E\u010b\u010bellenza Nunzju Apostoliku Mons Alessandro D\u2019Errico<\/p>\n<p>E\u010b\u010bellenza Mons Mario Grech \u2013 Isqof ta\u2019G\u0127awdex<\/p>\n<p>E\u010b\u010bellenza Mons Pawlu Cremona \u2013 Ar\u010bisqof Emeritu<\/p>\n<p>Vigarji \u0120enerali ta\u017c-\u017cew\u0121 Djo\u010besijiet, \u0127uti sa\u010berdoti, \u0127uti lkoll.<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>G\u0127a\u017ci\u017c Missier,<\/p>\n<p>Il-Provin\u010bja Agostinjana Maltija &#8211;\u00a0 <em>u mag\u0127na tant a\u0127wa o\u0127ra li b\u0127alna j\u0121orru f\u2019qalbhom il-\u0127olma ta\u2019 Santu Wistin<\/em> &#8211; illum tinsab madwarek biex trodd \u0127ajr lil Alla l-Missier, fl-okkazjoni tal-Bi-\u010aentinarju tat-Twaqqif tag\u0127ha \u2013 <em>ezattament f\u2019dan il-jum tal-14 ta\u2019 Settembru tal-1817<\/em> &#8211; mitejn sena ilu! Fil-verita\u2019, kif taf tajjeb inti, l-pre\u017cenza Agostinjana hija \u0127afna iktar bikrija, meta tqis li l-karizma tag\u0127na ilha tg\u0127ix fi xtutna sa ma tmiem is-seklu XVI.<\/p>\n<p>Meta xtaqna li nfakkru din il-\u0121rajja, ridna li dan ma jkunx sempli\u010biment anniversarju ta\u2019 dati, jew ta\u2019 xi \u2018awtonomija\u2019 li ksibna, imma ridna fuq kollox, li dan jkun mument iehor qawwi biex infakkru l-\u0127olma ta\u2019 Santu Wistin: \u0127ajtu, l-esperjenza tieg\u0127u, dak li emmen, dak li g\u0127ex u g\u0127allem, il-mixja li g\u0127amel fih nnifsu u ma\u2019 o\u0127rajn&#8230;dawn kollha nixtiequhom jibqg\u0127u jg\u0127ixu. Xtaqna li dan ukoll jkun mument ta\u2019 grazzja u ta\u2019 stimolu \u0121did g\u0127alina lkoll.<\/p>\n<p>Illum in\u0127arsu lura&#8230;lejn dak li Alla g\u0127amel fina u permezz tag\u0127na. Mhix \u0127arsa ta\u2019 nostal\u0121ija&#8230; bil-maqlub, hi iktar \u0127arsa ta\u2019 ringrazzjament u ta\u2019 barka. Nag\u0127raf kemm fil-passat tag\u0127na kien hemm a\u0127wa fostna li ng\u0127ataw, taw \u0127ajjithom kollha f\u2019artna u barra minn xtutna, kemm dawl, kemm \u0121enero\u017cit\u00e0, kemm sagrifi\u010b\u010bji fis-skiet, kemm xhieda sabi\u0127a u qaddisa, kemm fedelta\u2019 u servizz. <em>Fost dawn il-\u0127ajja ta\u2019 Fra Grazzja Gauci OSA li f\u2019din l-a\u0127\u0127ar sena u nofs bdejna l-kawza tieg\u0127u<\/em>. Nag\u0127raf kemm \u0127utna stinkaw, kemm baqg\u0127u sodi quddiem kull saram, kemm afdaw fl-abbundanza tal-Providenza ta\u2019 Alla. Nemmnu li llum dawn \u0127utna kollha qed igawdu lil Dak li biex tarah \u201c<em>je\u0127tie\u0121lek is-skiet<\/em>\u201d (<em>Kummentarju tal-Van\u0121elu ta\u2019 San \u0120wann 17,11<\/em>).<\/p>\n<p>Imma n\u0127ares lejna llum u lejn dak li nixtiequ nkomplu nkunu fil-\u0121ejjieni. In\u0127ares lejn \u0127uti kollha u lejn tant persuni li mag\u0127na jaqsmu u jg\u0127ixu l-istess ideal. U g\u0127adni nara tant im\u0127abba, passjoni kbira, entuzjazmu u \u0127e\u0121\u0121a bla limiti. G\u0127adna bennejja ta\u2019 komunitajiet..forsi bla storbju..kif g\u0127andu jkun&#8230;imma \u017c-\u017cerrieg\u0127a hemm hi..nag\u0127rafha&#8230; u naf li Alla Sid il-\u0127sad, g\u0127ad jkompli ikabbar meta u kif jaf hu l-a\u0127jar. Nara fil-komunitajiet tag\u0127na xewqa kbira li jkun hemm adorazzjoni vera u awtentika lejn Alla u lejn xulxin. L-istess kif nara fostna impenn qawwi u dinamiku ta\u2019 servizz \u0121eneru\u017c lejn tant persuni, f\u2019bosta postijiet u okka\u017cjonijiet.<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><strong>Fl-Ar\u010bidjo\u010besi ta\u2019 Malta<\/strong>..<em>a\u0127na<\/em>:<\/p>\n<ul>\n<li>Nservu fil-qasam edukattiv mill-Pieta u mill-Marsa fejn illum nil\u0127qu madwar 1000 familja kull sena bejn studenti u edukaturi. Ilna naqdu f\u2019dan is-settur g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar 170 sena (<em>mis-sena 1848<\/em>).<\/li>\n<li>Nservu mill-Komunita tal-Belt fejn f\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar 50 sena g\u0127andna l-Parro\u010b\u010ba ta\u2019 Santu Wistin.<\/li>\n<li>Nservu mill-komunitajiet ta\u2019 Paceville u tas-Swieqi fejn g\u0127andna l-esperjenza sabi\u0127a tal-<em>Millennium Chapel<\/em> u hemm na\u0127dmu ma\u2019 tant nies &#8211; maltin u barranin &#8211; li qed jag\u0127mlu tfittxija f\u2019\u0127ajjithom, kif wkoll noffru esperjenzi ta\u2019 formazzjoni \u0127olistika u ng\u0127inu fil-qasam so\u010bjali u ta\u2019 djakonija.<\/li>\n<li>Nservu mill-Komunita\u2019 tar-Rabat \u2013 li hi d-Dar Provin\u010bjali. Dan hu post li fih \u017ceww\u0121ina l-aspett kulturali u l-patrimonju rikk li joffri l-post minnu nnifsu, ma esperjenzi \u0121odda u ta\u2019 \u0127ajja, fosthom il-post li pprovdejna g\u0127al familji refu\u0121jati. Minn dan l-istess kunvent a\u0127na naqdu lill-Provin\u010bja, nilqg\u0127u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li mag\u0127na ji\u0121u jag\u0127mlu esperjenzi vokazzjonali u ta\u2019 dixxerniment, noffru spazji g\u0127al tant mumenti ta\u2019 djalogu, inservu l-komunita\u2019 tal-Buskett, u kif taf ukoll tajjeb int, minn dawn l-a\u0127\u0127ar tliet snin, bdejna is-servizz tag\u0127na fiz-zona pastorali tal-Ba\u0127rija \u2013 esperjenza ta\u2019 tant entuzjazmu u evan\u0121elizazzjoni friska. U ta\u2019 barka.<\/li>\n<li>Nservu f\u2019\u0126al Tarxien fejn hemm ukoll issa, g\u0127al tant snin twal ilna noffru servizzi pastorali fokondi \u0127afna u \u0127idmiet o\u0127ra fl-Oratorju li fih jintla\u0127qu faxex diversi ta\u2019 nies minn \u017cg\u0127ar sa kbar.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Dawn huma <em>l-postijiet \/il-binjiet<\/em> ..imma li g\u0127al grazzja ta\u2019 Alla minnhom g\u0127arafna dejjem tul is-snin, no\u0127olqu \u2018pro\u010bessi\u2019 u \u2018spazji\u2019 ta\u2019 \u0127ajja \u0121dida. Il-Provin\u010bja issa ilha snin twal, fost affarijiet o\u0127ra, impenjata bis-s\u0127i\u0127 fil-qasam tal-istudju u l-kultura, partikolarment bl-Istitut Agostinjan u \u010b-\u010bentru g\u0127all-Istudji Agostinjani u r-Ri\u010berka tal-Provin\u010bja, li frott tieg\u0127u tul is-snin \u0127ri\u0121na tant xog\u0127olijiet ta\u2019 Santu Wistin bil-malti, u saru u baqg\u0127u jsiru kull sena, tant mumenti ta\u2019 formazzjoni fuq l-ispiritwalita\u2019 agostinjana u studji patristi\u010bi. F\u2019din l-a\u0127\u0127ar sena biss \u0127ar\u0121u mill-Provin\u010bja 14 il-pubblikazzjoni u nehdejna l-ini\u017cjattiva \u0121dida ta\u2019 \u2018<em>Djologi Agostinjani fit-Toroq tal-\u0126ajja\u2019<\/em>. A\u0127wa o\u0127ra mbag\u0127ad fil-Provin\u010bja huma impenjati bis-s\u0127i\u0127 fuq kull front fis-servizz li nag\u0127tu lill-Knisja:\u00a0 (a) Hemm it-t\u0127ejjija u l-formazzjoni li nipprovdu lill-gruppi li ga\u0127l dawn l-a\u0127\u0127ar 23 sena tellajna kull sena biex jag\u0127mlu esperjenzi missjunarji fil-Brazil, fil-Kenya u fil-Mozamibque, (b) hemm l-a\u0127wa li ja\u0127dmu fil-qasam ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127&#8230;ministeru sabi\u0127 \u0127afna li nservu fih kemm individwalmenu kif ukoll b\u0127ala komunita\u2019 provin\u010bjali, (c) hemm il-\u0127idma pastorali li naqdu fl-iskejjel kemm tal-Knisja u tal-istat b\u0127ala Diretturi Spiritwali; (c) hemm id-diversi inizjattivi so\u010bjo-edukattivi li ilna issa snin nag\u0127mlu u no\u0127olqu; u hemm mbag\u0127ad (d) a\u0127wa o\u0127ra li huma mpenjati fil-qasam tat-tag\u0127lim, fl-Universita\u2019, fil-predikazzjoni, fl-irtiri, f\u2019mumenti ta\u2019 formazzjoni, f\u2019direzzjoni spiritwali, f<em>\u2019counselling<\/em>, u f\u2019esperjenzi ta\u2019 <em>life coaching <\/em>fid-diversi kuntatti personali u <em>seminars<\/em> li nipprovdu<em>.<\/em> Ninsabu mpenjati wkoll biex immexxu litur\u0121iji u mumenti ta\u2019 talb\u00a0 li fihom tisboq is-sbu\u0127ija, is-sempli\u010bita\u2019 u l-kreajjtivita\u2019 u dan mhux biss b\u2019g\u0127a\u017cla ta\u2019 fidi profonda imma wkoll fid-dawl tax-xenarju f\u2019pajjizna li nbidel drastikament. Ng\u0127inu wkoll tant persuni fil-b\u017conn minn kull latt u rajna li dejjem qsamna dak li g\u0127andna ma\u2019 \u0127addiehor..anke dan fis-skiet u b\u2019\u0121enerozita\u2019. Matul is-snin offrejna wkoll binijiet tag\u0127na b\u2019xejn g\u0127al \u0127idmiet u istituzzjonijiet ta\u2019 karita\u2019. G\u0127alija jibqa profondament sabi\u0127 il-mod, kif b\u2019mod naturali dejjem konna hemm g\u0127al xulxin u kemm minkejja n-numru tag\u0127na, noffru li nwieznu lil xulxin fid-diversi \u0127idmiet u appostolati tag\u0127na. <em>Dan id-don ta\u2019 g\u0127otja totali hi rikkezza kbira li g\u0127andna fostna<\/em>! \u00a0<\/p>\n<p>Irrid ng\u0127id, li g\u0127amilna u bqajna ninvestu f\u2019dawn l-g\u0127a\u017ciet kollha, flimkien ma\u2019 affarijiet o\u0127ra li nixtiequ nesperimentaw fis-snin li \u0121ejjin, fid-dawl ta\u2019 dixxerniment kontinwu \u2013 <em>din tinkludi l-g\u0127arfien umli ta\u2019 dak li hu essenzjali, dak li g\u0127adda u dak li rridu ni\u017cirg\u0127u u nwelldu<\/em> &#8211;\u00a0 biex il-Provin\u010bja tag\u0127na tkompli dejjem ta\u0121\u0121orna u ssa\u0127\u0127a\u0127 l-karizma interna u l-istrate\u0121ija pastorali g\u0127as-snin li \u0121ejjin fl-isfond tal-prijorit\u00e0 tal-Evan\u0121elizzazzjoni, li tag\u0127ha rridu nkunu qaddejja b\u2019vi\u017cjoni, b\u2019impenn u direzzjoni \u010bara; u b\u2019fidi kbira fil-Kelma tal-Mulej tag\u0127na Sidna \u0120es\u00f9 Kristu biex \u201cnaqdfu \u2019l barra fil-fond\u201d u nintelqu f\u2019idejH.<\/p>\n<ul>\n<li><strong>Fid-Djo\u010besi ta\u2019 G\u0127awdex<\/strong> mbag\u0127ad a\u0127na g\u0127andna l-presenza tal-Komunita\u2019 tag\u0127na fil-Kunvent ta\u2019 Santu Wistin fir-Rabat \u2013 pre\u017cenza ta\u2019 iktar minn 300 sena u li prezentament qed na\u0127dmu \u0127afna biex din il-binja storika, nittrasformawha f\u2019post ta\u2019 dixxeriniment u akkumpanjment g\u0127al dawk il-persuni kollha li jkunu jixtiequ jag\u0127mlu mixja f\u2019\u0127ajjithom jew jkunu jixtiequ jag\u0127mlu jiem ta\u2019 rtiri jew mumenti ta\u2019 talb u tfittxija personali. Grupp minna fil-Provin\u010bja se nkunu mpenjati biex nakkumpanjaw f\u2019dan il-ministeru \u0121did.<\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li><strong>Barra minn xtutna<\/strong>, mbag\u0127ad a\u0127wa o\u0127ra jservu fis-Santa Sede, fil-Kurja tal-\u0120eneral, fil-Kulle\u0121\u0121 Internazzjonali ta\u2019 Santa Monika, fil-Provin\u010bja Taljana, f\u2019dik Braziljana kif ukoll f\u2019Cuba. Dawn \u0127utna wkoll huma xhieda sabi\u0127a tal-\u0121enerozita\u2019 tag\u0127na b\u0127ala Provin\u010bja tul is-snin. Meta konna iktar numeruzi servejna wkoll g\u0127al tant snin u b\u2019tant fedelta\u2019 u sagrifi\u010b\u010bju mhux \u017cg\u0127ir spe\u010bjalment \u0121ewwa l-Al\u0121erija (<em>l-art ta\u2019 Santu Wistin<\/em>) u g\u0127amilna dan fi \u017cmien ta\u2019 sogru kbir. F\u2019dak i\u017c-\u017cmien, l-a\u0127wa \u0127utna kienu xorta g\u0127amlu l-g\u0127a\u017cla li jibqg\u0127u jaqdu qalb dan l-poplu minkejja l-periklu li kien hemm. F\u2019mumenti o\u0127ra tal-istorja tag\u0127na tajna wkoll servizz pastorali fit-Tunesija kif ukoll fl-Amerika.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Xi ftit jew wisq dawn huma l-\u2018kwadri\u2019 prin\u010bipali ta\u2019 \u0127ajjitna. Fihom hemm pa\u0121ni sbie\u0127 ta\u2019 fedelta\u2019 kbira. Ta\u2019 dan kollu illum qed inroddu \u0127ajr lil Alla. Meta kien hemm mumenti meta f\u2019qalbi staqsejt lili nnifsi jag\u0127milx sens li llum tfakkar \u0121rajjiet ta\u2019 tant snin ilu, mal-ewwel imbag\u0127ad ftakart, li dan wara kollox, hu legat li g\u0127adna ng\u0127ixu b\u2019mod frisk u b\u2019tant im\u0127abba sal-lum stess. \u00a0U kull darba li no\u0127lom f\u2019Santu Wistin f\u2019qalbi, fhimt li nkunu qed nonqsu jekk ma nag\u0127mlux hekk. Hu g\u0127alhekk li kif semmejt, a\u0127na mhux qed infakkru sempli\u010biment storja, pro\u0121etti u \u0127idmiet \u2013 li \u0121ustament tassew ukoll jist\u0127oqqilkom kull \u0121ie\u0127 \u2013 imma qed infakkru din il-\u0127olma li welldet qalb&#8230;qalb li llum g\u0127adha \u0127ajja, tbaqbaq&#8230;u hi tant sabi\u0127a.<\/p>\n<p>Din il-\u0127olma jisimha Wistin&#8230;g\u0127alija mhux biss Missier Spiritwali..imma wkoll \u0127una l-kbir, l-iktar \u0127una mag\u0127ruf, il-poeta, il-profeta, dak li qanqal tant kuxjenzi, il-bniedem ta\u2019 fidi, il-bniedem ta\u2019 Alla, il-\u0127abib ta\u2019 kul\u0127add.<\/p>\n<p>Lil \u0127uti kollha u lil dawk li jaqsmu mag\u0127na dan l-ispirtu, nawgura li nkomplu nibqg\u0127u nixbhuh u b\u0127alu nkunu nies mimlija (\u2018tqal\u2019) b\u2019Alla, mimlija dawl, mimlija fer\u0127. B\u0127al Wistin&#8230;<em>Mulej: a\u0127na rridu nibqg\u0127u nfittxuk, nixtiequ nkomplu nsibuk u nag\u0127rfuk..imma fuq kollox rridu nkomplu n\u0127obbuk dejjem iktar. <\/em><\/p>\n<p>Fl-a\u0127\u0127arnett g\u0127aziz Mons Ar\u010bisqof, waqt li llum ninsabu madwarek, nixtiequ nizgurawk li b\u0127ala reli\u0121juzi Agostinjani kkonsagrati, se nkomplu b\u2019fedelta\u2019 u b\u2019sens ta\u2019 komunjoni li dejjem iddistingwitna, nibqg\u0127u naqdu lill-Knisja b\u2019kura\u0121\u0121, b\u2019fer\u0127, b\u2019ispirazzjoni, bi kreajjtivita\u2019 u b\u2019entuzjazmu&#8230;waqt li bil-frisk interjuri li n\u0121orru f\u2019qalbna&#8230; nibqg\u0127u ni\u010b\u010belebraw it-tama. G\u0127ax l-isem l-iehor tat-tama&#8230;. huwa Alla nnifsu. \u00a0<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>Ta\u2019 dan kollu: <em>lil Alla wa\u0127du: kull \u0121ie\u0127 u glorja. Amen.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p>Patri Raymond<\/p>\n<p>Provin\u010bjal<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>14 ta\u2019 Settembru 2017<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Messa\u0121\u0121 tal-Provin\u010bjal fil-bidu tal-Pontifikal\u00a0tal-Bi\u010bentinarju tal-Provin\u010bja: 14 ta\u2019 Settembru 2017\u00a0 Kon-Kattidral ta\u2019 San \u0120wann &#8211; Malta<\/p>\n","protected":false},"author":3,"featured_media":1337,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[83],"tags":[],"class_list":["post-315","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?resize=150%2C150&ssl=1",150,150,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?fit=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?resize=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?resize=263%2C184&ssl=1",263,184,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/04\/Fr_Ray_pic.jpg?resize=263%2C184&ssl=1",263,184,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr David Cortis","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frdavidc\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Messa\u0121\u0121 tal-Provin\u010bjal fil-bidu tal-Pontifikal\u00a0tal-Bi\u010bentinarju tal-Provin\u010bja: 14 ta\u2019 Settembru 2017\u00a0 Kon-Kattidral ta\u2019 San \u0120wann &#8211; Malta","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/315","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/3"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=315"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/315\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1337"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=315"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=315"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=315"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}