{"id":313,"date":"2017-09-11T19:35:21","date_gmt":"2017-09-11T19:35:21","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/200-sena-provincja-ingorru-fqalbna-holma-u-missjoni-mill-isbah\/"},"modified":"2017-09-11T19:35:21","modified_gmt":"2017-09-11T19:35:21","slug":"200-sena-provincja-ingorru-fqalbna-holma-u-missjoni-mill-isbah","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/200-sena-provincja-ingorru-fqalbna-holma-u-missjoni-mill-isbah\/","title":{"rendered":"200 sena Provin\u010bja:  In\u0121orru f\u2019qalbna \u0127olma u missjoni mill-isba\u0127"},"content":{"rendered":"<p><strong><em>Il-\u0127olma li welldet qalb&#8230; qalb li llum g\u0127adha \u0127ajja, tbaqbaq, sabi\u0127a!<\/em><\/strong><\/p>\n<p>13 ta\u2019 Novembru 354.\u00a0 F\u2019Tagaste (<em>Souk-Ahras<\/em>) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin \u017cg\u0127ir kien \u0121a milqug\u0127 fil-katekumenat u ng\u0127ata s-sinjal tal-mel\u0127. Iktar tard hu stess kiteb: \u201c<em>Isem \u0120es\u00f9&#8230;il-qalb \u010bkejkna tieg\u0127i xorbitu bit-tjieba ma\u2019 \u0127alib ommi u \u017cammitu fis-s\u0127i\u0127.\u201d (Stqarrijiet III,4<\/em>).<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Fuq Wistin ta\u2019 Ippona kul\u0127add jaf..min ftit..min \u0127afna! Kemm-il darba \u0127sibt f\u2019twelidu jien! Dakinhar ma twelidx biss Wistin&#8230;.imma twieldet&#8230;\u0127olma! \u0126olma&#8230;\u0127afna ikbar minnu. G\u0127al bosta persuni hu \u0121gant fil-\u0127sieb..li hu..imma f\u2019qalbi dejjem rajtu l-bniedem innamrat&#8230;innamrat ma\u2019 Alla, mal-\u0127ajja, mal-im\u0127abba, mal-\u0127bieb, mal-verit\u00e0, mal-\u0127elsien. F\u2019\u0127ajtu terraq \u0127afna, staqsa \u0127afna, fittex \u0127afna, ipprova minn kollox. Imma mbag\u0127ad sab&#8230;sab lil dak li dejjem fittex&#8230;lil Alla&#8230;dak li kif stqarr hu stess&#8230; <em>\u2018\u0127abbat mal-\u0127\u0121ie\u0121 ta\u2019 \u0127ajtu\u2019<\/em>. Imma xorta l-vja\u0121\u0121 tieg\u0127u komplieh, g\u0127ax fi kliemu stess tajjeb li wie\u0127ed \u201c<em>jfittex biex jiskopri&#8230;imma meta tiskopri&#8230;kompli fittex<\/em>\u201d (<em>De Trinitate<\/em>). Lil Alla \u0127abbu b\u2019im\u0127abba ta\u2019 poeta&#8230;passjonali! Imbag\u0127ad induna li dak li sab u skopra..ma setax i\u017commu g\u0127alih. Ried ikompli jg\u0127ixu f\u2019\u0127ajja ma\u2019 a\u0127wa o\u0127rajn (<em>Cor unum<\/em>). Din ukoll kienet \u0127olma&#8230;wa\u0127da mill-\u0127afna li kellu&#8230;xtaq li \u0127bieb u a\u0127wa jg\u0127ixu flimkien biex ifittxu lil Alla (<em>Regola 1.2<\/em>), billi j\u0127obbuh flimkien u jg\u0127adduh bil-fer\u0127 lill-o\u0127rajn. Wistin imut fit-28 ta\u2019 Awwissu 430 f\u2019dak li hu meqjus b\u0127ala t-tielet xahar tal-assedju tal-Vandali.<\/p>\n<p>Jibda g\u0127addej i\u017c-\u017cmien&#8230;.jibdew jgerbbu s-snin! Persuni minn kull qasam tal-\u0127ajja wkoll saru parti mill-vja\u0121\u0121 u l-\u0127olma tieg\u0127u. B\u0127alma \u0121ara fil-bidu (<em>meta \u0120es\u00f9 kien miet<\/em>)&#8230;.\u0121ara wkoll ma\u2019 Wistin! Dawk li g\u0127exu mieg\u0127u kienu jafu fiex emmen Wistin u x\u2019kien dak li \u0127abb. Qraw dak li kiteb&#8230;fost dawn l-Istqarrijiet tieg\u0127u. Ir-ra\u0121unijiet g\u0127alfejn kitibhom Wistin huma \u0127afna &#8230; letterarji, filosofi\u010bi, stori\u010bi&#8230; \u017cgur li fihom ried jaqsam il-vja\u0121\u0121 ta\u2019 \u0127ajtu. Infatti kif kiteb hu stess&#8230; \u201c<em>l-ewwel g\u0127axar kotba kienu jit\u0127addtu dwaru u t-tlieta l-o\u0127ra jit\u0127addtu dwar il-Kotba Mqaddsa<\/em>.\u201d (<em>Retractationes II, 6<\/em>) Kien kitibhom 14-il sena wara l-konver\u017cjoni tieg\u0127u meta kellu xi 46 sena..meta kien ilu di\u0121\u00e0 9 snin sa\u010berdot u 5 snin Isqof. \u0126aga tal-iskantament kif, ming\u0127ajr ma g\u0127amel xi disa\u2019 snin formazzjoni, kien sar jaf daqshekk \u2019il \u0121ewwa l-A\u0127bar it-Tajba tal-Iskrittura kif ukoll sar mid\u0127la tal-filosofija u tat-teolo\u0121ija nisranija.\u00a0 Il-fatt hu, li kemm meta kien g\u0127adu \u0127aj kif ukoll wara mewtu&#8230;.l-istess \u0127ajja li g\u0127ex u xtaq Wistin, bdew jg\u0127ixuha o\u0127rajn ukoll&#8230;.fil-bidu min wa\u0127du u \u0121ieli fi gruppi sakemm se\u0127\u0127 dak li nistg\u0127u ng\u0127idulu t-\u2018twaqqif\u2019 (<em>fundazzjoni<\/em>) tal-Ordni Agostinjan&#8230;l-ewwel fl-1244 (<em>Parva Unio<\/em>) u wara \u0121ie mkabbar fl-1256 (<em>Magna Unio<\/em>). Kienu mag\u0127rufa b\u0127ala l-A\u0127wa Eremiti ta\u2019 Santu Wistin. Hi xi \u0127a\u0121a mill-iktar profonda li f\u2019dawn is-sekli kollha r-<em>Regola<\/em>\u00a0 (<em>miktuba minn Santu Wistin fis-sena 397<\/em>) baqg\u0127et ir-rabta distintiva u l-ispirazzjoni ewlenija bejn il-qalb u l-mo\u0127\u0127 ta\u2019 Wistin u l-\u0127ajja li g\u0127exu dawk kollha li xtaqu jkompli jimxu warajh.<\/p>\n<p>Ikompli jg\u0127addi \u017c-\u017cmien&#8230;ninsabu lejn tmiem is-Seklu XIV. Il-\u0127olma ta\u2019 Wistin tersaq lejn \u0121ensna. L-ir\u0127ieb Agostinjani ji\u0121u Malta&#8230;u minn hemm tkompli l-\u0127olma ta\u2019 Wistin: il-missier spiritwali tag\u0127na&#8230;issa tant qribna, fostna, f\u2019artna. Din il-\u0127olma g\u0127exuha tant reli\u0121ju\u017ci li b\u2019im\u0127abbithom, b\u2019\u0127idmithom u bix-xhieda tag\u0127hom \u017cguraw li din il-qalb tibqa\u2019 tg\u0127ix u ddawwal il-\u0127ajja ta\u2019 bosta persuni. Bnew kunventi, knejjes imma l-iktar&#8230;bnew komunitajiet&#8230;komunitajiet mibnija fuq il-Kelma ta\u2019 Alla li kienet l-istess ispirazzjoni ta\u2019 Wistin. G\u0127amlu dan f\u2019pajji\u017cna u barra minn xtutna. Sakemm wasal il-jum tal-14 ta\u2019 Settembru 1817 meta minn Ruma nkisbu d-digrieti sabiex titwaqqaf uffi\u010bjalment il-Provin\u010bja Agostinjana Maltija.<\/p>\n<p>Din is-sena xtaqna li nfakkru din il-\u0121rajja..imma iktar mill-\u2018awtonomija\u2019 li ksibna, nixtiequ nfakkru l-\u0127olma ta\u2019 Wistin: \u0127ajtu, l-esperjenza tieg\u0127u, dak li emmen, g\u0127ex u g\u0127allem, il-mixja li g\u0127amel fih nnifsu u ma\u2019 o\u0127rajn&#8230;dawn kollha nixtiquhom jibqg\u0127u jg\u0127ixu. In\u0127arsu lura..lejn dak li Alla g\u0127amel fina u permezz tag\u0127na. Mhix \u0127arsa ta\u2019 nostal\u0121ija&#8230;iktar hi \u0127arsa ta\u2019 ringrazzjament u ta\u2019 barka. Nag\u0127raf kemm fil-passat tag\u0127na kien hemm a\u0127wa (\u2018tag\u0127na\u2019) fostna li ng\u0127ataw, taw \u0127ajjithom kollha f\u2019artna u barra minn xtutna, kemm dawl, kemm \u0121enero\u017cit\u00e0, kemm sagrifi\u010b\u010bji fis-skiet, kemm xhieda sabi\u0127a u qaddisa, kemm servizz. Nag\u0127raf kemm \u0127utna stinkaw, kemm baqg\u0127u sodi quddiem kull saram, kemm afdaw fl-abbundanza tal-Providenza ta\u2019 Alla. Nemmnu li llum qed igawdu lil Dak li biex tarah \u201c<em>je\u0127tie\u0121lek is-skiet<\/em>\u201d (<em>Kummentarju tal-Van\u0121elu ta\u2019 San \u0120wann 17,11<\/em>).<\/p>\n<p>Imma n\u0127ares lejna llum u lejn dak li nixtiequ nkomplu nkunu fil-\u0121ejjieni. In\u0127ares lejn \u0127uti kollha u lejn tant persuni li mag\u0127na jaqsmu u jg\u0127ixu l-istess ideal. U g\u0127adni nara tant im\u0127abba, passjoni kbira, \u0127e\u0121\u0121a bla limiti. G\u0127adna bennejja ta\u2019 komunitajiet..forsi bla storbju..kif g\u0127andu jkun&#8230;imma \u017c-\u017cerrieg\u0127a hemm hi..nag\u0127rafha u naf li Alla Sid il-\u0127sad, g\u0127ad ikabbar meta u kif jaf hu l-a\u0127jar. Nara fil-komunitajiet tag\u0127na xewqa kbira li jkun hemm adorazzjoni vera u awtentika lejn Alla u lejn xulxin. U nara fostna impenn qawwi u dinamiku ta\u2019 servizz \u0121eneru\u017c lejn tant persuni, f\u2019bosta postijiet u okka\u017cjonijiet.<\/p>\n<p>F\u2019qalbi&#8230;. lil Wistin in\u0127obbu hekk&#8230;g\u0127al din il-\u0127olma li welled! Nammirah g\u0127ax baqa\u2019 \u010bkejken u veru mieg\u0127u nnifsu. Baqa\u2019 jimxi u jikkonverti sal-a\u0127\u0127ar. Il-konver\u017cjoni tieg\u0127u kienet twila..mixja b\u2019\u0127afna tidwir, waqfien, waqg\u0127at u mixi lura&#8230;tista\u2019 ssej\u0127ilhom \u2018\u0127afna\u2019 konver\u017cjonijiet. Il-Papa Emeritu Benedittu XVI li wkoll \u0127abb \u0127afna lil Wistin&#8230;jg\u0127id li Wistin kellu tliet \u2018konver\u017cjonijiet\u2019: (i) Hemm il-mixja twila ta\u2019 Wistin minn tfulitu ma\u2019 ommu Monika sal-\u2018konver\u017cjoni tal-\u0121nien f\u2019Milan\u2019; (ii) hemm il-bidla li a\u010b\u010betta f\u2019\u0127ajtu meta ssagrifika l-\u0127olma tieg\u0127u li jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127alkollox g\u0127all-\u0121abra f\u2019monasteru ma\u2019 komunit\u00e0, biex ikun ta\u2019 servizz lill-Knisja b\u0127ala sa\u010berdot u isqof; u (iii) hemm il-mument meta fil-missjoni tieg\u0127u b\u0127ala sa\u010berdot u isqof, inteba\u0127 li ma kien se jasal qatt biex id-diskors tal-Muntanja se jkun mexa fuqu kollu u kellu jg\u0127ix konver\u017cjoni bla waqfien.<\/p>\n<p>Kemm-il darba \u0127sibt f\u2019dan kollu u n\u0127oss li forsi aktarx din hi l-ikbar eredit\u00e0 li g\u0127andna tieg\u0127u u li jekk rridu nibqg\u0127u fidili lejn l-ewwel \u0127olma tieg\u0127u..hu <em>dan<\/em> l-iktar aspett li rridu nib\u017cg\u0127u g\u0127alih. G\u0127alina llum u g\u0127all-futur li \u0127add minna ma jaf, jien nemmen li l-iktar vokazzjoni naturali tag\u0127na hi li a\u0127na nibqg\u0127u vi\u010bin kull bniedem li miexi, li qed jistaqsi, li qed ifittex. M\u2019g\u0127andniex ikollna g\u0127a\u0121la biex infittxu ir-risposti. Id-domandi g\u0127andhom \u010bertu ritmu tag\u0127hom kif ja\u0127dmu \u0121o fina u ma\u017c-\u017cmien i\u0127allu l-frott. Hi din il-mixja li Wistin g\u0127amel fih innifsu, ma\u2019 \u0127utu u ma\u2019 tant persuni li tag\u0127hom kien rag\u0127aj \u0127anin.<\/p>\n<p>Kien hemm mumenti meta f\u2019qalbi staqsejt lili nnifsi jag\u0127milx sens li tfakkar \u0121rajjiet ta\u2019 tant snin ilu. Imma mbag\u0127ad, kull darba li no\u0127lom f\u2019Wistin f\u2019qalbi, fhimt li nkunu qed nonqsu jekk ma nag\u0127mlux hekk. A\u0127na g\u0127alhekk mhux qed infakkru sempli\u010biment storja, pro\u0121etti u \u0127idma \u2013 li \u0121ustament tassew jist\u0127oqqilkom kull \u0121ie\u0127 \u2013 imma qed infakkru din il-\u0127olma li welldet qalb&#8230;qalb li llum g\u0127adha \u0127ajja, tbaqbaq&#8230;tant sabi\u0127a.<\/p>\n<p>Din il-\u0127olma jisimha Wistin&#8230;g\u0127alija mhux biss Missier Spiritwali..imma wkoll \u0127ija l-kbir, l-iktar \u0127una mag\u0127ruf, il-poeta, il-profeta, dak li qanqal tant kuxjenzi, bniedem ta\u2019 fidi, bniedem ta\u2019 Alla, \u0127abib ta\u2019 kul\u0127add.<\/p>\n<p>Lil \u0127uti kollha, li dawk li jaqsmu mag\u0127na dan l-ispirtu nawgura li nkomplu nibqg\u0127u nixbhuh u b\u0127alu nkunu nies mimlija (\u2018tqal\u2019) b\u2019Alla, mimlija dawl, mimlija fer\u0127. B\u0127al Wistin&#8230;<em>Mulej: a\u0127na rridu nibqg\u0127u nfittxuk, nixtiequ nkomplu nsibuk u nag\u0127rfuk..imma fuq kollox rridu nkomplu n\u0127obbuk dejjem iktar. Ammen. <\/em>Nhar l-14 ta\u2019 Settembru, meta se nkunu mi\u0121burin ma\u2019 Mons Ar\u010bisqof, nixtiequh jkun mument sabi\u0127 ta\u2019 fidi li fih nistg\u0127u ng\u0127idu grazzi lil Alla ta\u2019 dan kollu, u biex minn hemm nkomplu b\u2019kura\u0121\u0121 u b\u2019fer\u0127, il-qadfa tag\u0127na fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0127olma li welldet qalb&#8230; qalb li llum g\u0127adha \u0127ajja, tbaqbaq, sabi\u0127a! 13 ta\u2019 Novembru 354.\u00a0 F\u2019Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin \u017cg\u0127ir kien \u0121a milqug\u0127 fil-katekumenat u ng\u0127ata s-sinjal tal-mel\u0127. Iktar tard hu stess kiteb: \u201cIsem \u0120es\u00f9&#8230;il-qalb \u010bkejkna tieg\u0127i xorbitu bit-tjieba ma\u2019 \u0127alib ommi u \u017cammitu fis-s\u0127i\u0127.\u201d (Stqarrijiet III,4).<\/p>\n","protected":false},"author":3,"featured_media":0,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[94],"tags":[],"class_list":["post-313","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":false,"thumbnail":false,"medium":false,"medium_large":false,"large":false,"1536x1536":false,"2048x2048":false,"gform-image-choice-sm":false,"gform-image-choice-md":false,"gform-image-choice-lg":false},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr David Cortis","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frdavidc\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Il-\u0127olma li welldet qalb&#8230; qalb li llum g\u0127adha \u0127ajja, tbaqbaq, sabi\u0127a! 13 ta\u2019 Novembru 354.\u00a0 F\u2019Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin \u017cg\u0127ir kien \u0121a milqug\u0127 fil-katekumenat u ng\u0127ata s-sinjal tal-mel\u0127. Iktar tard hu stess kiteb: \u201cIsem \u0120es\u00f9&#8230;il-qalb \u010bkejkna tieg\u0127i xorbitu bit-tjieba ma\u2019 \u0127alib ommi u \u017cammitu fis-s\u0127i\u0127.\u201d&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/313","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/3"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=313"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/313\/revisions"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=313"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=313"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=313"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}