{"id":307,"date":"2017-08-15T16:34:27","date_gmt":"2017-08-15T16:34:27","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/lucjan-borg-2\/l-ispirtu-missjunarju-fil-provincja-agostinjana-maltija\/"},"modified":"2024-09-13T15:53:56","modified_gmt":"2024-09-13T13:53:56","slug":"l-ispirtu-missjunarju-fil-provincja-agostinjana-maltija","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/lucjan-borg-mt\/l-ispirtu-missjunarju-fil-provincja-agostinjana-maltija\/","title":{"rendered":"L-Ispirtu Missjunarju fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija"},"content":{"rendered":"<p><strong>L-Ispirtu Missjnarju fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija<\/strong><\/p>\n<p><strong>Minn Patri Lu\u010bjan Borg \u2013 Agostinjan<\/strong><\/p>\n<p><strong>Missjunarju f\u2019Kuba<\/strong><\/p>\n<p>L-ispirtu missjunarju minn dejjem kien pre\u017centi fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija, u l-aktar mis-seklu XX \u2019il hawn.<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Biex ng\u0127id sar aktar vi\u017cibbli meta xi a\u0127wa tal-Provin\u010bja \u0127allew xtut art twelidna biex imorru, fis-snin g\u0127oxrin u tletin tas-seklu XX, jg\u0127inu fl-Awstralja. Fosthom kien hemm P. Mikiel Mizzi li fis-sena 1933 \u0121ie msejja\u0127 sabiex jag\u0127mel parti mill-ewwel komunit\u00e0 Agostinjana ta&#8217; Ippona, fl-Al\u0121erija. Orizzont ie\u0127or fl-istess snin infeta\u0127 meta wasal P. Cauchi f\u2019Toronto, il-Kanada. Sfortunatament il-Provin\u010bja qatt ma rnexxielha tifta\u0127 missjoni hemm. Aktar tard, fis-snin tas-sittin, \u0121ara l-istess \u0127a\u0121a meta l-Provin\u010bja li kienet issostitwiet lill-a\u0127wa Fragiskani Minuri (ta&#8217; \u0120ie\u017cu) f\u2019Portsmouth, fl-Ingliterra, ma wasletx biex ikollha komunit\u00e0 stabbli hemmhekk. Kien g\u0127alhekk li l-\u0120eneral A. Trap\u00e9, wara tliet snin ta\u2019 esperimentazzjoni, talab lilll-Provin\u010bja tirtira mill-Ingilterra.<\/p>\n<p>L-attivit\u00e0 missjunarja tal-Provin\u010bja Agostinjana Maltija \u017cviluppat b&#8217;mod aktar strutturat fis-seklu g\u0127oxrin, l-ewwel u qabelxejn fil-missjoni tal-Afrika ta&#8217; Fuq, fl-Al\u0121erija u t-Tuni\u017cija. L-Agostinjani, spe\u010bjalment meta saru Ordni mendikanti, xtaqu jer\u0121g\u0127u lura lejn l-Afrika ta&#8217; Fuq, art twelid Santu Wisitn, il-fundatur spiritwali tag\u0127hom. Wara diversi tentattivi, dan se\u0127\u0127 fis-sena 1930 meta l-\u0120eneral Cl. Fuhl qala\u2019 l-awtorizzazzjoni li jwaqqaf kunvent f\u2019Ippona, fejn Santu Wistin g\u0127ex, ipprietka u wettaq l-ministeru tieg\u0127u sa\u010berdotali u ta&#8217; isqof mis-sena 391 sat-28 ta&#8217; Awwissu tas-sena 430, jum il-mewt tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Meta da\u0127lu l-Agostinjani Maltin fl-Al\u0121erija, l-Afrika ta&#8217; Fuq kienet ta\u0127t il-\u0127akma tal-kolonjali\u017cmu Fran\u010bi\u017c. Sa minn qabel il-wasla tal-Fran\u010bi\u017ci diversi Maltin u G\u0127awdxin kienu emigraw lejn it-Tuni\u017cija, l-Al\u0121erija u Tripoli. Fi \u017cmien il-kolonjali\u017cmu Fran\u010bi\u017c in-numru kiber sew. Meta Mons. Lavigerie la\u0127aq isqof tat-Tuni\u017cija u m\u0127abbar amministratur tad-djo\u010besi ta&#8217; Kostantina u Ippona (fis-seklu XIX) kellu l-okka\u017cjoni li jiltaqa&#8217; ma&#8217; \u0127afna Maltin u G\u0127awdxin li kienu f&#8217;dawn it-territorji u ammira ferm fihom r-reli\u0121jon kattolika li kellhom, it-tjubija, id-dedikazzjoni g\u0127ax-xog\u0127ol u l-fa\u010bilit\u00e0 li jit\u0127alltu mal-G\u0127arab. \u0126afna minn dawn \u0127utna ma kinux jafu jitkellmu bil-Fran\u010bi\u017c u g\u0127alhekk Lavigerie kien talab lill-knisja Maltija biex tibg\u0127at fi \u017cmien ir-Randan xi sa\u010berdoti biex jag\u0127mlu l-e\u017cer\u010bizzi bil-Malti. Fosthom kienu marru xi Agostinjani. Fatt ie\u0127or li wie\u0127ed m\u2019g\u0127andux jinsa huwa li fis-sena 1928, meta l-banda La Vallette telg\u0127et iddoqq f&#8217;Bona kien tela\u2019 mag\u0127ha \u0127una, P. Tonna Barthet, u dan kien ivvja\u0121\u0121a sa Kostantina fejn iltaqa&#8217; mal-Isqof Thienard u ppre\u017centalu x-xewqa tal-Agostinjani Maltin biex imorru ja\u0127dmu fost il-Maltin u G\u0127awdxin tad-djo\u010besi tieg\u0127u. Il-laqg\u0127a ma tantx kellha su\u010b\u010bess u kellha tkun is-Santa Sede biex tift\u0127ilna t-triq.<\/p>\n<p>Meta l-\u0120eneral Fuhl ir\u010bieva mis-Santa Sede l-awtorizzazzjoni biex jifta\u0127 missjoni f&#8217;Ippona mal-ewwel afda din il-missjoni f&#8217;idejn il-Provin\u010bja Maltija. Fl-1933, il-Majjistru P. Wenz Agius, il-Provin\u010bjal ta&#8217; dawk i\u017c-\u017cminijiet, iffirma l-kuntratt mal-Isqof Thienard u hekk bdiet \u0127idma fejjieda u missjunarja l-ewwel fost il-Maltin u l-G\u0127awdxin u li ma\u017c-\u017cmien \u017cviluppat ru\u0127ha biex tadatta g\u0127all-esi\u0121enzi tal-mument u g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet kemm tal-Knisja kif ukoll tal-pajji\u017c. Fl-1946 il-Provin\u010bjal P. Pawl Spiteri wessa\u2019 l-\u0127idma missjunarja billi l-ewwel feta\u0127 komunit\u00e0 fil-belt kapitali tat-Tuni\u017cija u ftit wara f&#8217;La Goulette. Illum il-\u0121urnata tlifna l-pre\u017cenza Agostinjana fit-Tuni\u017cija, i\u017cda l-pre\u017cenza Agostinjana g\u0127adha \u0127ajja f\u2019Ippona fejn komunit\u00e0 internazzjonali t&#8217;Agostinjani \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 qeg\u0127din ikompli l-missjoni li bdiet il-Provin\u010bja Agostinjana Maltija fis-sena 1933.<\/p>\n<p>It-tieni impenn kbir li \u0127adet il-Provincja Agostinjana Maltija huwa l-ftu\u0127 u l-i\u017cvilupp tal-missjoni tal-Bra\u017cil. F&#8217;dak i\u017c-\u017cmien konna g\u0127add mhux \u0127a\u017cin ta&#8217; a\u0127wa u P. Ugolin Gatt, li kien il-Provin\u010bjal, \u0127ass li ma kien hemm xejn isba\u0127 milli l-Provin\u010bja tifta\u0127 qasam \u0121did ta&#8217; missjoni, din id-darba fil-Bra\u017cil, f\u2019Mato Grosso. Fi Frar 1962 tela&#8217; hu flimkien ma&#8217; P. Pawl Spiteri, ex-Provin\u010bjal u surmast tag\u0127na l-istudenti. P. Pawl ming\u0127ajr ma kien jaf il-Portugi\u017c u \u0121a ta&#8217; \u010berta et\u00e0 offra ru\u0127u biex imur ja\u0127dem hemm. Ix-xog\u0127ol kien kbir \u0127afna u g\u0127all-grazzja t&#8217;Alla diversi minn \u0127utna, spe\u010bjalment \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, \u0127admu u \u017cviluppaw u wettqu pro\u0121etti ta&#8217; siwi kbir kemm nisrani kif ukoll so\u010bjali fid-diversi stati fejn konna. Billi fil-Bra\u017cil kien hemm Provin\u010bji Agostinjani o\u0127ra ja\u0127dmu hemm in\u0127asset il-\u0127tie\u0121a li titwaqqaf il-Provin\u010bja Agostinjani Bra\u017ciljana. A\u0127na l-Maltin konna minn tal-ewwel li \u0127e\u0121\u0121i\u0121na g\u0127al dan u \u0127dimna biex dan il-pro\u0121ett jirnexxi. Illum \u0127utna l-Agostinjani Bra\u017ciljani qeg\u0127din imexxu din l-Provin\u010bja Bra\u017ciljana u l-Provin\u010bja tag\u0127na g\u0127adha tag\u0127ti sehemha permezz tal-pre\u017cenza u l-\u0127idma ta&#8217; \u0127una P. Pawl Formosa. Ma nixtieqx ninsa l-missjoni ta&#8217; \u0127utna s-sorijiet Agostinjani, Servi ta&#8217; \u0120es\u00f9 u Marija, li huma wkoll fet\u0127u missjoni fil-Bra\u017cil u li g\u0127adhom ja\u0127dmu hemm sal-lum.<\/p>\n<p>Qatt ma nistg\u0127u ninsew il-\u0127idma fejjieda li l-a\u0127wa tal-Provin\u010bja wettqu mill-kunvent Agostinjan ta\u2019 Katanja fi Sqallija minn meta l-Provin\u010bjal, P. Albert Borg, fis-sena 1978, bag\u0127at l-ewwel komunit\u00e0 Agostinjana Maltija hemmhekk. Lista twila ta\u2019 a\u0127wa mill-Provin\u010bja servew f\u2019din il-missjoni li barra li komplew u \u017cviluppaw il-\u0127idma pastorali tal-a\u0127wa Sqallin, \u0127asbu biex ikunu qrib il-Maltin li kienu jinsabu f\u2019Katanja u \u2019l hemm minnha. Il-Provin\u010bja riedet tag\u0127ti wkoll servizz so\u010bjali billi ttrasformat parti mill-kunvent f\u2019hostel biex jilqa\u2019 lill-Maltin jew \u2019l-G\u0127awdxin li kienu jitilg\u0127u xi jumejn Katanja. Il-\u0127idma baqg\u0127et sejra sas-sena 2007.<\/p>\n<p>Illum inqasna sew u l-\u0127idma kotrana li g\u0127andna fil-g\u017cejjer tag\u0127na ma tippermettilniex li jkollna aktar missjonijiet tag\u0127na. B&#8217;dan kollu l-ispirtu missjunarju g\u0127adu sejjer, u dan fuq kollox bil-\u0127idma li qieg\u0127ed jag\u0127mel P. Mario Abela u l-grupp ta&#8217; \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, mag\u0127rufa b\u0127ala <em>Amigos<\/em>, li matul dawn l-a\u0127\u0127ar 23 sena ma naqsux li ta&#8217; kull sena jmorru ja\u0127dmu g\u0127al diversi \u0121img\u0127at &#8211; l-ewwel fil-missjoni tag\u0127na tal-Bra\u017cil u dawn l-a\u0127\u0127ar snin fil-missjonijiet Agostinjani tal-Kenya u tal-Mozambik, fil-kontinent Afrikan. Jalla jitwelldu \u017cminijiet a\u0127jar u jikbru l-vokazzjonijiet biex hekk il-Provin\u010bja Agostinjana Maltija jkollha l-forzi me\u0127tie\u0121a \u0127alli ssawwab f&#8217;impenji konkreti r-rieda tag\u0127ha li tkompli tkun mixtla ta&#8217; missjunarji li jmorru j\u0127abbru l-Bxara t-Tajba \u2019l hemm minn xtutna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Ispirtu Missjnarju fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija Minn Patri Lu\u010bjan Borg \u2013 Agostinjan Missjunarju f\u2019Kuba L-ispirtu missjunarju minn dejjem kien pre\u017centi fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija, u l-aktar mis-seklu XX \u2019il hawn.<\/p>\n","protected":false},"author":3,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[213],"tags":[],"class_list":["post-307","post","type-post","status-publish","format-standard","hentry","category-lucjan-borg-mt"],"uagb_featured_image_src":{"full":false,"thumbnail":false,"medium":false,"medium_large":false,"large":false,"1536x1536":false,"2048x2048":false,"gform-image-choice-sm":false,"gform-image-choice-md":false,"gform-image-choice-lg":false},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr David Cortis","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frdavidc\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"L-Ispirtu Missjnarju fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija Minn Patri Lu\u010bjan Borg \u2013 Agostinjan Missjunarju f\u2019Kuba L-ispirtu missjunarju minn dejjem kien pre\u017centi fil-Provin\u010bja Agostinjana Maltija, u l-aktar mis-seklu XX \u2019il hawn.","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/307","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/3"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=307"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/307\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6344,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/307\/revisions\/6344"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=307"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=307"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=307"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}