{"id":304,"date":"2017-07-31T21:11:13","date_gmt":"2017-07-31T19:11:13","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/josef-sciberras-2\/tereza-spinelli\/"},"modified":"2024-09-13T15:53:56","modified_gmt":"2024-09-13T13:53:56","slug":"tereza-spinelli","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/josef-sciberras-mt\/tereza-spinelli\/","title":{"rendered":"Tere\u017ca Spinelli: Mudell g\u0127all-bniedem tal-lum"},"content":{"rendered":"<p><strong>Tere\u017ca Spinelli: mudell g\u0127all-bniedem tal-lum<a href=\"#_edn1\" name=\"_ednref1\">[1]<\/a><\/strong><\/p>\n<p>Il-bniedem ta\u2019 kull \u017cmien ifittex mudelli li fuqhom ikun jista\u2019 jispira ru\u0127u. Il-Knisja dan tag\u0127rfu u tippre\u017centalna mudelli li fuqhom in-nisrani jista\u2019 jfassal il-\u0127ajja evan\u0121elika, b\u0127ala g\u0127ajnuna sabiex jil\u0127aq il-milja tas-sej\u0127a tieg\u0127u: il-qdusija. Madre M.a Tere\u017ca Spinelli (Ruma 1789-Frosinone 1850), fundatri\u010bi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta\u2019 \u0120es\u00f9 u Marija (hawn Malta mag\u0127rufin b\u0127ala s-sorijiet ta\u2019 Santa Monika) ftit ta\u017c-\u017cmien ilu \u0121iet dikjarata mill-Knisja b\u0127ala Venerabbli. Dan huwa pass importanti fil-mixja lejn il-beatifikazzjoni ta\u2019 din il-mara ta\u2019 qdusija.<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Tajjeb li b\u2019mod kon\u010bi\u017c \u0127afna nqieg\u0127du lil Tere\u017ca Spinelli fil-kuntest proprju tag\u0127ha. Qed nitkellmu minn mara li g\u0127exet bejn tmiem is-seklu XVIII u XIX. Il-mara fil-belt ta\u2019 Ruma tas-seklu XIX mhijiex il-mara tal-lum. L-istess kun\u010bett ta\u2019 \u201cmara\u201d- lil hinn mill-kunsiderazzjoni bijolo\u0121ika &#8211; huwa ferm differenti.<\/p>\n<p>Il-popolazzjoni Ewropea fis-seklu XIX bdiet tikber b\u2019ritmi li qatt b\u0127alhom ma dehru qabel. I\u010b-\u010bans li wie\u0127ed jg\u0127ix wara li jwelled jew jitwieled kull ma jmur beda ji\u017cdied. Fl-ewwel snin tas-seklu XIX g\u0127andna \u017cvilupp mg\u0127a\u0121\u0121el ta\u2019 \u017cew\u0121 fenomeni importanti: it-tkabbir tal-ibliet (urbanizzazjoni) u l-firxa tal-industrija (industrijalizzazjoni). Is-so\u010bjet\u00e0 tas-seklu XIX ma kinetx wa\u0127da fissa daqskemm wie\u0127ed ja\u0127seb min\u0127abba l-\u0127afna immigrazzjoni interna, \u010bio\u00e8 mill-kampanja g\u0127all-ibliet u fl-istess ibliet kien ikollok \u0127afna trasferimenti minn dar g\u0127al o\u0127ra (dan narawh anke fil-\u0127ajja ta\u2019 Spinelli). Dan il-fenomenu \u0121ab g\u0127add ta\u2019 nisa lejn l-ibliet, u g\u0127al \u0127afna intraprendituri li kellhom il-b\u017conn ta\u2019 \u0127addiema g\u0127all-industriji din kienet b\u0127al manna li ni\u017clet mis-sema: t\u0127addem mara jew tifla kien jaqbillek iktar g\u0127aliex to\u0127ro\u0121 b\u2019ir\u0127as u jaqilg\u0127u inqas problemi. Il-kundizzjonijiet ta\u2019 dawn il-\u0127addiema kienet wa\u0127da tal-bi\u017ca\u2019 (\u0127inijiet twal, ambjenti ming\u0127ajr protezzjoni, mard, e\u010b\u010b). Mara li kienet ta\u0127dem f\u2019xi forma ta\u2019 industrija g\u0127al 12-il sieg\u0127a jew aktar, kienet issib ix-xog\u0127ol tad-dar u tat-tfal jistennieha ta\u2019 kuljum. Madanakollu din is-sitwazzjoni bdiet, g\u0127all-ewwel darba, tag\u0127ti ftit indipendenza ekonomika lin-nisa.<\/p>\n<p>Element ie\u0127or li kienu jid\u0127lu g\u0127alih in-nisa kien ix-xog\u0127ol g\u0127and familji borge\u017ci u sinjuri. Min-nisa ta\u2019 dawn it-tip ta\u2019 familji kien mistenni li jmexxu l-andament tad-dar b\u2019dekor u gosti, u min\u0127abba f\u2019hekk \u017cdied il-b\u017conn tas-servit\u00f9. Dan huwa element li wkoll insibuh pre\u017centi fil-\u0127ajja ta\u2019 Spinelli, li kienet da\u0127let g\u0127al dan it-tip ta\u2019 xog\u0127ol, anke sabiex tg\u0127in lill-familja proprja tag\u0127ha, f\u2019dak i\u017c-\u017cmien fi stat prekarju \u0127afna. Bosta minn dawn il-qaddejja kien jing\u0127atalhom ukoll id-dmir li jie\u0127du \u0127sieb, irawmu u jedukaw it-tfal tal-familji sinjuri.<\/p>\n<p>Aspett ie\u0127or li jolqot il-mara tas-seklu XIX huwa l-fatt li l-Istat beda jassumi rwol aktar so\u010bjali u bdew ji\u017cdiedu l-istrutturi li bihom l-Istat beda jag\u0127ti servizzi fis-so\u010bjet\u00e0. Fosthom, l-aktar evidenti huma l-isptarijiet u l-iskejjel. Dawn fet\u0127u opportunitajiet \u0121odda sabiex il-mara to\u0127ro\u0121 ta\u0127dem u tinserixxi ru\u0127ha f\u2019dawn l-ambjenti ta\u2019 xog\u0127ol u servizz. Din ir-realt\u00e0 ukoll insibuha fil-\u0127ajja ta\u2019 Tere\u017ca Spinelli hekk kif is-sej\u0127a r\u010beviet mis-sema sabiex tifta\u0127 skola ltaqg\u0127et max-xewqa tal-gvern lokali ta\u2019 Frosinone li joffri edukazzjoni.\u00a0<\/p>\n<p>Il-mara tas-seklu XIX kellha bosta sfidi quddiemha sa mi\u010b-\u010bkunija u meta kien jasal il-mument ta\u017c-\u017cwie\u0121, \u0127afna drabi rran\u0121at bejn il-\u0121enituri tal-g\u0127arajjes permezz ta\u2019 xibka ta\u2019 intri\u010b\u010bi, u bi ftit kas lejn ix-xewqat veri ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 involuti, kienet tid\u0127ol g\u0127al sfidi akbar. I\u017cda s-sitwazzjoni kienet ti\u0127\u017cien meta l-mara, g\u0127al xi ra\u0121uni jew o\u0127ra, tibqa\u2019 jew tisfa we\u0127idha, ming\u0127ajr il-pre\u017cenza ta\u2019 ra\u0121el. Din il-forma ta\u2019 solitudni \u2013 mhux tant psikolo\u0121ika imma pjuttost so\u010bjali \u2013 bin-nuqqas tar-ra\u0121el fin-nukleu tal-familja kienet t\u0127alli marka qawwija fil-\u0127ajja u fl-g\u0127a\u017cliet tan-nisa li kienu jispi\u010b\u010baw we\u0127idhom min\u0127abba abbandun, separazzjoni jew mewt tar-ra\u0121el. Il-figura tar-ra\u0121el kienet almenu toffri kenn u protezzjoni u meta din kienet ti\u0121i nieqsa malajr kienu jqumu suspetti fuq il-moralit\u00e0 tal-mara. Dan kien ji\u0121i wkoll mill-fatt li, kienu komuni l-ka\u017cijiet ta\u2019 nisa romol jew separati li, sabiex imantnu lilhom infushom u lil uliedhom kienu jbig\u0127u \u0121isimhom.<\/p>\n<p>Dan huma ftit biss mill-bosta elementi li jikkontestwalizzaw id-dinja li g\u0127exet Tere\u017ca Spinelli. Illum g\u0127andna tip ta\u2019 problemi o\u0127rajn, forsi \u0127afna \u2019l bog\u0127od minn dawk ta\u2019 \u017cmienha. Madanakollu domanda fundamentali tista\u2019 tkun: nistg\u0127u nsibu f\u2019Tere\u017ca Spinelli dawk il-valuri umani u spiritwali li jmorru lil hinn mill-epoka u l-kuntest so\u010bjali li fihom g\u0127exet, b\u2019tali manjiera li, b\u2019interpretazzjoni korretta, jistg\u0127u japplikaw g\u0127all-bniedem ta\u2019 kull \u017cmien u kuntest so\u010bjali? U\u0127ud minn dawn il-valuri jistg\u0127u jkunu dawn li \u0121ejjin:<\/p>\n<ol>\n<li><em>Spinelli mara &#8211; <\/em>Jekk hemm valur li jispikka fil-\u0127ajja ta\u2019 Spinelli, dan huwa l-kapa\u010bit\u00e0 tag\u0127ha li <em>tinfeta\u0127 g\u0127all-\u0127addie\u0127or<\/em>. Spinelli, frott il-vokazzjoni li r\u010beviet, ma g\u0127amlitx g\u0127a\u017cliet \u201cg\u0127aliha nnifisha\u201d, imma b\u0127ala mara \u017cammet dik l-intwizzjoni profonda li l-a\u0127jar tal-\u0127ajja tag\u0127ha jista\u2019 ji\u0121i biss minn dak li jista\u2019 jsir g\u0127al \u0127addie\u0127or, sabiex \u0127addie\u0127or jikber u jimmatura. Dan narawh fid-diversi stadji tal-\u0127ajja tag\u0127ha: fl-ambitu tal-familja qabel i\u017c\u017cew\u0121et; fir-responsabilt\u00e0 ta\u017c-\u017cwie\u0121 (minkejja l-isfortuna li kellha f\u2019dan il-qasam); fir-responsabilt\u00e0 lejn bintha, lejn il-\u0121enituri tag\u0127ha, lejn il-kunjata; fil-mumenti meta kienet taqdi g\u0127and il-familji sinjuri; fil-fondazzjoni tal-istitut; fit-tmexxija tal-iskola\u2026 f\u2019dawn is-sitwazzjonijiet hemm element komuni: il-kriterju tal-g\u0127a\u017cliet ta\u2019 Tere\u017ca qatt u qatt ma kienu \u201cg\u0127aliha nnifisha\u201d imma kienu de\u010bi\u017cjonijiet miftu\u0127a g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet ta\u2019 \u0127addie\u0127or! Nara lil Spinelli fil-kliem ta\u2019 \u0120wanni Pawlu II: \u201chuwa b\u2019mod spe\u010bjali fl-g\u0127otja lill-o\u0127rajn fil-\u0127ajja ta\u2019 kuljum li l-mara tilqa\u2019 s-sej\u0127a l-aktar profonda tal-\u0127ajja tag\u0127ha, hi li, forsi aktar mir-ra\u0121el, \u201ctara\u201d lill-bniedem, g\u0127ax tarah bl-g\u0127ajnejn tal-qalb. Tarah, lil hinn minn kull sistema ideolo\u0121ika jew politika. Tara lill-bniedem fil-kobor u fil-limiti tieg\u0127u, tipprova tersaq lejh u tkunlu ta\u2019 g\u0127ajnuna\u201d.<a href=\"#_edn2\" name=\"_ednref2\">[2]<\/a><\/li>\n<li><em>Spinelli omm &#8211; <\/em>Spinelli kienet taf x\u2019ji\u0121ifieri l-<em>maternit\u00e0 fis-sens s\u0127i\u0127 tal-kelma<\/em>. Il-maternit\u00e0, kemm jekk mg\u0127ejxa fil-konkret b\u2019mod bijolo\u0121iku, kemm fil-potenzjal tag\u0127ha, hija realt\u00e0 li tag\u0127ti struttura fil-profond ta\u2019 kull personalit\u00e0 femminili. Spinelli g\u0127exet dan ir-realt\u00e0 tant sabi\u0127a bit-twelid tat-tifla tag\u0127ha, li g\u0127aliha ssagrifikat kollox. Il-maternit\u00e0 ta\u2019 Spinelli ma nisslitx darba biss, imma baqg\u0127et ti\u0121\u0121enera l-im\u0127abba, bl-im\u0127abba u fl-im\u0127abba, minkejja d-diffikultajiet kbar li kellha tg\u0127addi minnhom min\u0127abba l-mard mentali li kellha bintha. Iktar minn hekk, il-maternit\u00e0 ta\u2019 Spinelli ma waqfitx biss fuq il-livell fi\u017ciku, imma bil-\u0127ajja u l-e\u017cempju tag\u0127ha tat it-twelid spiritwali lil bosta. Is-sens kbir ta\u2019 maternit\u00e0 \u017cviluppa fiha maturit\u00e0 sa minn kmieni, sens ta\u2019 serjet\u00e0 tal-\u0127ajja, sens ta\u2019 responsabilit\u00e0, rawwem fiha l-kapa\u010bit\u00e0 li tkun konkreta u mhux mehdija fl-affarijiet frivoli; rawwem fiha wkoll sa\u0127\u0127a ta\u2019 karattru impressjonanti hekk li setg\u0127et tirre\u017cisti g\u0127al tant mew\u0121 li \u0121ie kontriha li mhux talli ma kaxkarhiex mieg\u0127u, imma talli sa\u0127\u0127a\u0127ha, b\u2019tena\u010bit\u00e0 li t\u0127ares lejn il-futur b\u2019determinazzjoni, ukoll meta dan deher tqil u m\u010bajpar. Il-maternit\u00e0 g\u0127allmitha xi jfisser id-don tat-tixrid tad-dmug\u0127\u2026 id-dmug\u0127 li huwa l-prezz ta\u2019 kull \u0127ajja umana.<\/li>\n<li><em>Spinelli edukatri\u010bi<\/em> &#8211; Id-don tal-maternit\u00e0 mmatura sa ma ttrasformatu fis-<em>servizz edukattiv<\/em>. Spinelli b\u0127ala edukatri\u010bi hija e\u010b\u010bezzjonalment materna fl-attitudnijiet tag\u0127ha. X\u2019tag\u0127mel omm biex trawwem lil uliedha? Temmen fihom u to\u0127ro\u0121 minnhom it-tajjeb li konvinta li jinsab fihom. L-istess Spinelli edukatri\u010bi\u2026 fehmet li teduka ma jfissirx titfa\u2019 l-pi\u017c fuq il-persuna, imma t\u0127affifha minn dak li hu \u017cejjed b\u2019tali mod li jinkixef dak li hemm mo\u0127bi fiha, hekk li jin\u0127are\u0121 g\u0127ad-dawl. Hija forma ta\u2019 maternit\u00e0 o\u0127ra, li S. \u0120wanni Pawlu II, fl-Ittra tieg\u0127u lin-nisa jsej\u0127ilha:<em> maternit\u00e0 affettiva: <\/em>\u201cNixtieq nuri apprezzament partikolari g\u0127al dawn in-nisa impenjati fid-diversi setturi tal-attivit\u00e0 edukattiva, lil hinn mill-familja: skejjel, universit\u00e0, istituti ta\u2019 assistenza&#8230; Kull fejn hemm il-\u0127tie\u0121a qawwija tax-xog\u0127ol formattiv, wie\u0127ed jista\u2019 japprezza d-disponibilt\u00e0 kbira tal-mara sabiex ting\u0127ata kollha kemm hi fir-rapporti umani, spe\u010bjalment g\u0127all-vanta\u0121\u0121 tad-dg\u0127ajjef u l-vulnerabbli. B\u2019dan il-mod huma jwettqu fil-konkret forma ta\u2019 \u201cmaternit\u00e0 affettiva, kulturali u spiritwali\u201d, b\u2019valur li ma jista\u2019 jing\u0127atalu l-ebda prezz min\u0127abba l-marka li j\u0127alli fuq l-i\u017cvilupp tal-persuna u l-futur tas-so\u010bjet\u00e0. U kif ma nistg\u0127ux niftakru fix-xhieda ta\u2019 tant nisa kattoli\u010bi u tant kongregazzjonijiet reli\u0121ju\u017ci femminili li, fil-kontinenti kollha, g\u0127amlu mill-edukazzjoni s-servizz prin\u010bipali tag\u0127hom\u201d.<a href=\"#_edn3\" name=\"_ednref3\">[3]<\/a><\/li>\n<li><em>Spinelli restawratri\u010bi<\/em> &#8211; Ilkoll kemm a\u0127na g\u0127ad g\u0127andna quddiem g\u0127ajnejna l-istra\u0121i li \u0127alla t-terremot ta\u2019 xi xhur ilu, f\u2019Awwissu u Ottubru tas-sena l-o\u0127ra, fi\u010b-\u010bentru tal-Italja! L-u\u010bu\u0127 tat-tfal, dik is-soru \u017cag\u0127\u017cug\u0127a bil-ferita f\u2019rasha, il-kampnar tal-knisja m\u0121arraf, l-arlo\u0121\u0121 tal-pjazza li baqa\u2019 wieqaf, it-ti\u0121rif, il-\u0127idma tas-servizzi \u010bivili\u2026 tant stejjer umani m\u0121arrfa b\u2019the\u017c\u017ci\u017ca qawwija ta\u2019 ftit sekondi. Wara li g\u0127addiet l-emer\u0121enza g\u0127all-g\u0127ajnuna me\u0127tie\u0121a, l-awtoritajiet intefg\u0127u sabiex isalvaw l-opri artisti\u010bi. Dehru filmati ta\u2019 kemm kura u attenzjoni ng\u0127atat mill-\u0127addiema ta\u2019 salvata\u0121\u0121 ta\u2019 dawn l-opri artisti\u010bi\u2026 min japprezza l-kultura seta\u2019 japprezza \u201cl-\u0127niena\u201d li biha \u0121ew trattati dawn l-opri, konxji li b\u0127all-\u0127ajja tal-bniedem, jekk titlef opra, tliftha darba g\u0127al dejjem! Wara d-di\u017castru u s-sokkors, jibda r-restawr. Ir-restawr huwa xi \u0127a\u0121a favolu\u017ca! Jag\u0127tik l-opportunit\u00e0 li ter\u0121a\u2019 \u0121\u0121ib g\u0127all- \u0127ajja opra kkundannata g\u0127all-mewt! Fit-terremot li laqat Assisi fl-1997 kienet i\u0121\u0121arrfet il-ba\u017cilika ta\u2019 S. Fran\u0121isk u l-affreski ta\u2019 Giotto li jinsabu fiha. G\u0127al xahar s\u0127i\u0127, numru ta\u2019 gruppi ta\u2019 20 volontarju mmexxija minn restawratur kienu jersqu b\u2019galbu kbir lejn dak il-frak kollu u rnexxielhom ji\u0121bru madwar 300 elf farka mill-affreski m\u0121arrfa, bejn wiehed u ie\u0127or ta\u2019 daqs ta\u2019 bolla. Wara 8 snin u madwar 160 elf sieg\u0127a ta\u2019 xog\u0127ol, re\u0121g\u0127u sabu posthom almenu 200 elf minn dawn il-frakiet, biex hekk seta\u2019 jkun salvat dan il-kapulavur uniku\u2026 investiment enormi ta\u2019 \u017cmien, pa\u010benzja, stennija, tama\u2026 In\u0127obb nimma\u0121ina li bl-istess mod kienet tara lill-persuni li kellha quddiemha Spinelli. Ma kienx jimporta g\u0127aliha kemm sig\u0127at kienet ser tikkonsma (qatt ta\u0127li!) jew kemm-il darba kellha tipprova biex \u201ctirrestawra l-qalb\u201d. Bis-sabar kollu, dejjem takkumpanja l-persuna, b\u2019tant delikatezza kienet tipprova tirkupra dawk il-frakiet li waqg\u0127u min\u0127abba t-ti\u0121rif tat-terremot fil-\u0127ajja tal-persuna, u kienet tipprova tqieg\u0127ed il-bi\u010b\u010biet kollha flimkien, tibni mill-\u0121did dak kollu li waqa\u2019 ta\u0127t il-pi\u017c ta\u2019 \u0127ajja iebsa, tad-dnub, tal-injoranza, tal-mard. Farka wara farka, l-im\u0127abba materna li kellha g\u0127all-peruna kienet timbuttaha, tixprunha, tqanqalha sabiex ta\u0121ixxi, ma tibqax passiva, filwaqt li, b\u2019tama kontra kull tama, temmen li meta l-frakiet jing\u0127aqdu, marbutin flimkien bil-kolla tal-grazzja ta\u2019 Alla, g\u0127ad jer\u0121a\u2019 jo\u0127ro\u0121 mill-\u0121did il-kapolavur ta\u2019 affresk ikkulurit. Dan, Spinelli, kienet tag\u0127mlu, g\u0127ax dejjem g\u0127arrfet li l-bniedem &#8211; kull bniedem &#8211; huwa ta\u2019 min japprezzah u g\u0127andu dejjem ikun meg\u0127jun sabiex, strat wara strat, tinkixef is-sbu\u0127ija ori\u0121inali tieg\u0127u. Spinelli hija dak ir-restawratur tal-bniedem, li qed jidderie\u0121i l-gruppi ta\u2019 volontarji (sorijiet u laj\u010bi) sabiex ifittxu qalb it-tifrik, f\u2019intrapri\u017ca li tidher impossibbli f\u2019g\u0127ajnejn ta\u2019 bosta, il-farkiet li jsawru l-\u0127ajja tal-persuni-kapolavur.<\/li>\n<\/ol>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>Il-mistoqsija tag\u0127na tibqa\u2019: Spinelli hija mudell g\u0127all-bniedem tal-lum? Fil-fond ta\u2019 qalbi, nemmen li, b\u2019interpretazzjoni \u0121usta \u2013 \u0121usta lejn l-istorja u l-kuntest so\u010bjali ta\u2019 \u017cmienha, imma wkoll \u0121usta lejn i\u017c-\u017cmien li a\u0127na qed ng\u0127ixu fih \u2013 iva, nistg\u0127u naffermaw li hija mudell, e\u017cempju, li jg\u0127odd g\u0127a\u017c-\u017cminijiet tal-lum. Semmejt biss ftit punti, imma nemmen li huma fundamentali u jistg\u0127u jintla\u0127qu minn kull persuna, lil hinn mill-fidi jew il-prattika reli\u0121ju\u017ca tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Nara lil Spinelli setg\u0127et serviet b\u0127ala mudell g\u0127al dawn il-kelmiet ta\u2019 Pawlu VI f\u2019g\u0127eluq il-Kon\u010bilju Vatikan II: \u201cG\u0127ad ti\u0121i s-sieg\u0127a, u s-sieg\u0127a di\u0121\u00e0 waslet, li fiha l-vokazzjoni tal-mara til\u0127aq il-milja tag\u0127ha, is-sieg\u0127a li fiha il-mara takkwista influwenza fis-so\u010bjet\u00e0, il-mara tiddi u til\u0127aq qawwa qatt mil\u0127uqa sa issa. G\u0127aldaqstant, f\u2019dawn i\u017c-\u017cminijiet li fihom l-umanit\u00e0 qed tiltaqa\u2019 ma\u2019 tibdil tant kbir, in-nisa mdawla mill-ispirtu tal-Evan\u0121elju jistg\u0127u ja\u0127dmu qatig\u0127 biex jg\u0127inu lill-umanit\u00e0 biex ma tit\u0127assarx\u201d.<a href=\"#_edn4\" name=\"_ednref4\">[4]<\/a><\/p>\n<p>Kull bniedem \u2013 ra\u0121el jew mara \u2013 mistieden li jiskopri l-valur tal-maternit\u00e0! Iva, l-<em>maternit\u00e0 affettiva<\/em> mhijiex dominju tan-nisa! \u201cIl-femminilit\u00e0 \u0121\u0121ib fis-se\u0127\u0127 dak li hu tal-bniedem daqs il-maskulinit\u00e0, biss b\u2019modi diversi u kumplimentari\u201d.<a href=\"#_edn5\" name=\"_ednref5\">[5]<\/a> Ilkoll qed naraw it-ti\u0121rif ta\u2019 tant \u0127ajjiet madwarna, affreski sbie\u0127 li waqg\u0127u b\u2019terremoti qliel\u2026 u lkoll b\u0127al Spinelli msej\u0127in sabiex b\u0127alha, ma nibqg\u0127ux in\u0127arsu u ninsew, imma nxammru l-kmiem u filwaqt li qatt ma naqilg\u0127u l-\u0127arsa tag\u0127na minn fuq l-isba\u0127 opra li qatt raw g\u0127ajnejn il-bniedem, il-wi\u010b\u010b kollu m\u0127abba ta\u2019 Kristu, ni\u0121bru l-frakiet li waqg\u0127u biex nirrestawraw il-wi\u010b\u010b kollu sbu\u0127ija tal-bniedem tal-lum!<\/p>\n<p><strong style=\"font-size: 12.16px;\">Josef Sciberras<\/strong><\/p>\n<p><strong>Agostinjan<\/strong><\/p>\n<p><strong>Postulatur \u0120enerali<\/strong><\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><a href=\"#_ednref1\" name=\"_edn1\">[1]<\/a> Konferenza g\u0127as-Sorijiet ASGM u membri tal-ALAS fl-okka\u017cjoni tad-dikjarazzjoni ta\u2019 Tere\u017ca Spinelli b\u0127ala Venerabbli.<\/p>\n<p><a href=\"#_ednref2\" name=\"_edn2\">[2]<\/a> \u0120wanni Pawlu II, <em>Ittra lin-nisa<\/em>, (29\/6\/1995), n. 12.<\/p>\n<p><a href=\"#_ednref3\" name=\"_edn3\">[3]<\/a> \u0120wanni Pawlu II, <em>Ittra lin-nisa<\/em>, (29\/6\/1995), n. 9.<\/p>\n<p><a href=\"#_ednref4\" name=\"_edn4\">[4]<\/a> <em>Messa\u0121\u0121 tal-Kon\u010bilju lin-nisa<\/em>, (8\/12\/1965), nn. 3,4,10.<\/p>\n<p><a href=\"#_ednref5\" name=\"_edn5\">[5]<\/a> \u0120wanni Pawlu II, <em>Ittra lin-nisa<\/em>, (29\/6\/1995), n. 7.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Tere\u017ca Spinelli: mudell g\u0127all-bniedem tal-lum[1] Il-bniedem ta\u2019 kull \u017cmien ifittex mudelli li fuqhom ikun jista\u2019 jispira ru\u0127u. Il-Knisja dan tag\u0127rfu u tippre\u017centalna mudelli li fuqhom in-nisrani jista\u2019 jfassal il-\u0127ajja evan\u0121elika, b\u0127ala g\u0127ajnuna sabiex jil\u0127aq il-milja tas-sej\u0127a tieg\u0127u: il-qdusija. Madre M.a Tere\u017ca Spinelli (Ruma 1789-Frosinone 1850), fundatri\u010bi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta\u2019 \u0120es\u00f9 u Marija (hawn Malta mag\u0127rufin b\u0127ala s-sorijiet ta\u2019 Santa Monika) ftit ta\u017c-\u017cmien ilu \u0121iet dikjarata mill-Knisja b\u0127ala Venerabbli. Dan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":3,"featured_media":2312,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[211],"tags":[],"class_list":["post-304","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-josef-sciberras-mt"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?resize=150%2C150&ssl=1",150,150,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=300%2C169&ssl=1",300,169,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=768%2C432&ssl=1",768,432,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/20220515_-_caring.jpg?resize=600%2C450&ssl=1",600,450,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr David Cortis","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frdavidc\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Tere\u017ca Spinelli: mudell g\u0127all-bniedem tal-lum[1] Il-bniedem ta\u2019 kull \u017cmien ifittex mudelli li fuqhom ikun jista\u2019 jispira ru\u0127u. Il-Knisja dan tag\u0127rfu u tippre\u017centalna mudelli li fuqhom in-nisrani jista\u2019 jfassal il-\u0127ajja evan\u0121elika, b\u0127ala g\u0127ajnuna sabiex jil\u0127aq il-milja tas-sej\u0127a tieg\u0127u: il-qdusija. Madre M.a Tere\u017ca Spinelli (Ruma 1789-Frosinone 1850), fundatri\u010bi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta\u2019 \u0120es\u00f9 u Marija (hawn Malta&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/304","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/3"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=304"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/304\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":6333,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/304\/revisions\/6333"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2312"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=304"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=304"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=304"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}