{"id":289,"date":"2017-07-16T18:55:27","date_gmt":"2017-07-16T16:55:27","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/riflessjoni-tal-provincjal-fl-okkazjoni-tal-50-sena-mill-ordinazzjoni-ta-patri-lucjan-borg-osa-2\/"},"modified":"2017-07-16T18:56:31","modified_gmt":"2017-07-16T18:56:31","slug":"riflessjoni-tal-provincjal-fl-okkazjoni-tal-50-sena-mill-ordinazzjoni-ta-patri-lucjan-borg-osa-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/riflessjoni-tal-provincjal-fl-okkazjoni-tal-50-sena-mill-ordinazzjoni-ta-patri-lucjan-borg-osa-2\/","title":{"rendered":"Riflessjoni tal-Provin\u010bjal fl-okkazjoni tal-50 sena mill-Ordinazzjoni ta\u2019 Patri Lucjan Borg OSA"},"content":{"rendered":"<p>Kemm tag\u0127mel differenza fil-\u0127ajja, b\u2019liema g\u0127ajnejn\/qalb tara l-affarijiet! Il-Buddisti jg\u0127allmuna li meta l-g\u0127ajnejn ta\u2019 qalbna jkunu \u0127ielsa tassew \u2013 <em>u biex dan jsir, b\u0127ala dixxiplina huma jinsistu fuq li kuljum trid tinqata\/tog\u0127la mill-affarijiet ta\u2019 kuljum&#8230;.li ironikament \u0127afna drabi tant je\u0127dulna ener\u0121ija<\/em> \u2013 nkunu nistg\u0127u naraw l-affarijiet \u010bar. <em>Xi e\u017cempji<\/em>:<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<ul>\n<li>\u0126udu l-\u0127ajja stess. (a) Tara l-\u0127ajja mill-g\u0127ajnejn tal-barka, tas-sliem, tal-fer\u0127, tal-pozitivita, tal-\u0121entilezza, tal-mog\u0127drija, tas-sempli\u010bita\u2019, tat-tjieba tal-\u0127ajja&#8230;<em>kollox jkun differenti<\/em>! Kemm \u0127ajtek stess, kemm in-nu\u010b\u010bali li bih tara l-\u0127ajja, l-istorja tieg\u0127ek u ta\u2019 \u0127addiehor. Tibda tinduna b\u2019\u0127afna barkiet li ma jkunx jidhru fil-wi\u010b\u010b..imma jkunu hemm, tibda tgawdi iktar il-bnazzi ta\u2019 Alla, tibda tisma iktar il-kun\u010bert tal-g\u0127asafar fl-intimu tieg\u0127ek. (b) <em>Bil-maqlub<\/em>, jekk il-\u0127ajja tibda\u00a0 taraha b\u2019rabja, bi dwejjaq, b\u2019negattivita\u2019, bi kritika\u2019, b\u2019suspetti, b\u2019mod inflessibli\/djuq, b\u2019\u0127afna skemi, b\u2019ri\u0121idita\u2019, b\u2019\u0121udizzji jew bi qrusa&#8230;..lesti ru\u0127ek g\u0127al \u0127ajja mo\u0127lija, tkun d\u0127alt f\u2019labirint li jifgak fih. Tkun \u0127asra ta\u2019 vera! <em>L-ewwel l-g\u0127ajnejn mela&#8230;interessanti li dawk kien jmiss u jfejjaq l-ewwel \u0120esu!<\/em><\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>\u0126udu l-fidi. (a) A\u0127sbu fit-tbissima ta\u2019 tarbija li meta omm titbissmilha, hi titbissmilha lura \u2013 tkun g\u0127arfitha! A\u0127sbu fix-xena tal-a\u0127\u0127ar \u010bena meta \u0120wanni serra\u0127 rasu fuq sider \u0120esu..it-tnejn jisimg\u0127u qalb xulxin! <em>Din hi l-fidi<\/em>! Jien anke lil \u0120esu\u2019 n\u0127obb narah hekk: kif g\u0127ex sempli\u010bi, kemm kien dirett fi kliemu, kemm kellu liberta\u2019 ta\u2019 spirtu\u2019, kemm kien bniedem ta\u2019 kul\u0127add, kemm kellu \u0121esti \u0127ielsa minn kull skemi reli\u0121juzi u morali. Tara l-fidi minn dan l-angolu hi xi \u0127a\u0121a profonda u serena mmens. (b) <em>Bil-maqlub<\/em>, jekk il-fidi taraha biss imlibbsa fil-libsa ta\u2019 reli\u0121jon\/struttura, jew taraha b\u0127ala idejolo\u0121ija, kultura jew sempli\u010bi \u0121abra ta\u2019 normi&#8230;..apparti li din tista\u2019 tkun karikatura tal-Van\u0121elu, taf issir morsa li to\u0127onqok u tifgak&#8230; minflok \u0127ajja li te\u0127ilsek u \u0121\u0121iblek l-fer\u0127. <em>.mill-\u0121did..minn fejn qed t\u0127ares!<\/em><\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>L-istess is-sa\u010berdozju. (a) Is-sej\u0127iet\/kull sej\u0127a kollha kellhom tra\u010b\u010bi sempli\u010bi u ordinarji \u0127afna. Kienu jibdew fil-post fejn \u0120esu\u2019 kien jiltaqa ma\u2019 dak li jkun \u2013 fl-g\u0127elieqi jew f\u2019xatt il-ba\u0127ar. Mill-Iskrittura nafu zgur li \u0120esu\u2019 kien jkun qed jimxi \u2013 ivvja\u0121\u0121a fil-Palestina biss \u2013 u kien jiltaqa ma xi persuni, jmur fuqhom, j\u0127ares lejhom \u201cb\u2019im\u0127abba\u201d u kien jag\u0127mlilhom sej\u0127a\/stedina konkreta: \u201c<em>Ejja warajja<\/em>\u201d. Dejjem stedina \u2013 Hu g\u0127a\u017cilna (<em>g\u0127alhekk hi don<\/em>) u dejjem b\u2019enfasi fuq l-im\u0127abba (<em>lil Pietru \u2013 T\u0127obbni int<\/em>?). Naturalment kien hemm mumenti o\u0127ra qawwija! Nistg\u0127u ng\u0127idu li l-konsagrazzjoni saret waqt ikla fraterna, fil-kamra ta\u2019 fuq. Ma kienx hemm l-apparat\/<em>l-baggage<\/em> kollu tag\u0127na llum. Kien hemm 12 il-ra\u0121el li ma kienux ne\u010bessarjament \u2018<em>l-a\u0127jar\u2019<\/em> bil-kejl tag\u0127na kieku llum (!). L-atmosfera kienet tvarja bejn min kien seren, min kien imbezza, min f\u2019qalbu kellu t-tradiment. Is-silta \u0127i \u010bara wkoll f\u2019diversi dettalji: nafu lkoll li lil dawn it-12 ir-ra\u0121el (l-appostli) kien g\u0127a\u017cilhom \u0120esu\u2019 stess b\u2019isimhom (minn fejn kienu), afdahom u \u0127abbhom xorta\/dejjem. Qabel l-ikla fil-verita\u2019 kien hemm rit..il-\u0127asil tal-idejn u r-ri\u0121lejn..kienet normali g\u0127alihom dak i\u017c-\u017cmien. Imma anke dan ir-rit \u0120esu\u2019 qalbu ta\u2019 ta\u0127t fuq..g\u0127ax kien <em>hu<\/em> li \u0127aslilhom ri\u0121lejhom. U qalilhom: \u201c<em>ag\u0127mlu hekk intom ukoll<\/em>\u201d. Imbag\u0127ad kellimhom fuq \u0127a\u0121a wa\u0127da&#8230;fuq l-im\u0127abba. Wara kielu u xorbu u qallilhom (<em>qalilna<\/em>)&#8230;<em>kull darba li tag\u0127mlu hekk&#8230;jien nkun mag\u0127kom<\/em>! Hekk beda u twaqqaf is-sa\u010berdozju. (<em>G\u0127alhekk kien in bad taste u dizzapuntanti ir-riklam ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar \u010aena b\u2019\u0120esu jqassam pizza u chips..l-Ewkaristija tfisser \u0127afna \u0127afna iktar minn hekk! Tant ilna innizlu l-bar tal-valuri fil-\u0127ajja..li issa m\u2019hemmx fejn tinzel iktar u issa waslna fi stadju li in\u017cilna ta\u0127t il-\u0127ama<\/em>!) Mument iehor qawwi kien se\u0127\u0127 xi \u0121img\u0127at wara&#8230;kien bg\u0127att fuqhom l-Ispirtu tieg\u0127u \u0127a jsa\u0127\u0127ahom fil-missjoni tag\u0127hom u biex jimtlew biss bih. Tara is-sa\u010berdozju minn din l-ottika hi fundmentali biex wie\u0127ed jibqa fidil lejn din l-ewwel im\u0127abba.! (b) U b\u0127al ezempji l-o\u0127ra wkoll, jekk tinsa dil-fa\u010b\u010bata, allura ir-riskju hu ikra\u0127 \u0127afna. Tispi\u010b\u010ba ta\u0127seb li ntg\u0127azilt min\u0127abba xi \u0127ila tieg\u0127ek (li mhux il-kaz)&#8230;min\u0127abba xi rikkonixximent ta\u2019 xi bravura, u fa\u010bli taf tispi\u010b\u010ba <em>manager<\/em>, attur jew funzjonarju bla ru\u0127. Il-Papa jfakkarna li jekk is-sa\u010berdot jinsa din l-ewwel sej\u0127a&#8230;.jkun qed jag\u0127mel \u0127sara kbira lill-Knisja. U jsemmi sa\u010berdoti li huma nar\u010bissisti, nies li nsew il-vokazzjoni tag\u0127hom \u2013 <em>jse\u0127ilhom \u2018tradituri\u2019<\/em> &#8211;\u00a0 biex jag\u0127mlu karriera g\u0127alihom infushom, o\u0127rajn li jiddeletaw b\u2019riti bla \u0127ajja u o\u0127rajn li mo\u0127\u0127hom biss biex jkunu professjonisti, organizzaturi u effi\u010bjenti. Ftit ilu semma wkoll il-we\u0121g\u0127a tieg\u0127u u tal-poplu ta\u2019 Alla meta jaraw sa\u010berdoti li huma\u00a0 paguni, manipulaturi,\u00a0 nies li jiddefendu biss il-kawzi tag\u0127hom, \u0121ellieda ta\u2019 kru\u010bjati bla sugu\u00a0 u o\u0127rajn li qed jong\u0127osu fir-raqda ta\u2019 \u0127ajja komda \u0127afna g\u0127ax insew il-valur tas-salib \u2013 affront oxxen \u00a0u parodija lil Mulej innifsu li tnezza minn kollox biex a\u0127na stajna ng\u0127ixu. <em>Daqshekk jaf jixxengel il-pendlu jew ninsew l-veru wi\u010b\u010b tas-sa\u010berdozju. I\u0121ifieri anke hawn, kemm a\u0127na s-sa\u010berdoti kif ukoll il-komunita\u2019 nisranija rridu nkunu attenti mmens liema wi\u010b\u010b ta\u2019 sa\u010berdozju qed ng\u0127ixu u qed insegwu.<\/em><\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>Illum qed ni\u010b\u010belebraw il-50 anniversarju sa\u010berdotali ta\u2019 Patri Lu\u010bjan. 50 sena mhumiex ftit..anzi! Minn jaf x\u2019vja\u0121\u0121 g\u0127ex Patri Lu\u010bjan f\u2019dawn il-50 sena..kif ng\u0127idu bil-malti&#8230;imma f\u2019sens tajjeb&#8230;Alla biss (wa\u0127du) jaf! Kemm hu intimu kull vja\u0121\u0121! <em>Kif smajna fis-salm illum<\/em>: Il-Mulej zgur kien mieg\u0127u b\u0127al rag\u0127aj \u0127anin. Min jaf kemm doni u grazzji. Illum Patri Lu\u010bjan &#8211; mal-\u0127ob\u017c u l-inbid &#8211; qed joffri lil Alla l-offerta ta\u2019 \u0127ajtu stess u ta\u2019 dawk in-nies kollha li l-Mulej laqg\u0127u mag\u0127hom f\u2019pajjizna, fl-Al\u0121erija u llum f\u2019Cuba. Dan il-mument ta\u2019 radd il-\u0127ajr jg\u0127ina nag\u0127mlu xi riflessjonijiet, kemm b\u0127ala sa\u010berdoti kif ukoll b\u0127ala poplu ta\u2019 Alla..a\u0127na lkoll li l-ikbar dinjita\u2019 li g\u0127andna li tg\u0127aqqadna flimkien hi l-mag\u0127mudija. <em>\u0126a nsemmi biss tliet tra\u010b\u010bi li jo\u0127or\u0121u mill-qari li Patri Lu\u010bjan g\u0127a\u017cel g\u0127al din l-okkazjoni<\/em>:<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><em>L-ewwel<\/em>: Ir-rabta intima bejn ir-rag\u0127aj u l-mer\u0127la (<em>1 Qari tal-Profeta Ezekjel 34, 11-12, 25-36<\/em>) G\u0127al din il-mer\u0127la, Kristu ta kollox..mhix loqom &#8211; ta lilu nnifsu &#8211; sa miet fuq is-salib. <em>Inbidel biss il-mod kif nifhmu dan il-lingwa\u0121\u0121..imma s-sens baqa l-istess. <\/em><\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>Il-Mulej fdalna mer\u0127la\/komunita\u2019\/persuni li mhux propjeta tag\u0127na (<em>ma nistawx nag\u0127mlu b\u0127al dawk l-\u0127addiema li l-g\u0127alqa tad-dwieli g\u0127amluha propjeta\u2019 privata\/ipposeduha huma u bdew jamministrawha lil min kien jaqblilhom<\/em>), il-poplu ta\u2019 Alla g\u0127andu dritt jistenna minna fedelta\u2019 lejn il-Kelma ta\u2019 \u0120esu\u2019 (<em>mhux tejoriji tag\u0127na<\/em>). Jekk rridu li l-ministeru tag\u0127na jag\u0127mel il-frott, jrid jkun kuljum u kull \u0127in imsoqqi minnU \u2013 u dan jsir daqskemm nkunu \u201ctieg\u0127u\u201d biss u ma nittraskurawx it-talb &#8211; g\u0127ax jekk nibqg\u0127u fuq \u0127ilitna, kollox ji\u0121\u0121arraf u nafu n\u0121arrfu lil \u0127addiehor mag\u0127na. <em>M\u2019a\u0127niex a\u0127jar minn \u0127addiehor a\u0127na!<\/em><\/li>\n<li>G\u0127edt li nbidel il-kuntest..imma mhux ezatt jekk tifhimha. (<em>Meta jsemmi il-mer\u0127la, \u0120esu\u2019 dejjem jsemmih f\u2019kuntest tar-Rag\u0127aj it-tajjeb li ma ja\u0127rabx meta jara l-lupu \u0121ej)<\/em>. Anke llum g\u0127ad hemm il-lupu li lest li ja\u0127taf u nibzaljaw jekk na\u0127sbu li dan mhux hemm jew li dan hu xi lingwagg ta\u2019 mentalita\u2019 ta\u2019 fortizza! M\u2019g\u0127andiex nib\u017cg\u0127u mill-lupu, rridu nitkellmu \u010bar \u2013 <em>\u0121ieli nibza li da\u0127let \u0127afna dizonesta pastorali fin-nofs<\/em> (ma niddejqux nkunu \u2018skomdi\u2019\/li nkunu sinjal ta\u2019 kontradizzjoni)\u2013 ma nistawx nag\u0127mlu <em>discounts<\/em> mill-Evan\u0121elju jew mit-tag\u0127lim tal-Knisja. Tag\u0127na trid tkun dejjem xhieda \u010bara, bla ebda ambigwita, imma dejjem mimlija b\u2019im\u0127abba u ming\u0127ajr ma ni\u0121\u0121udikaw lil \u0127add. Vera mhux dejjem fa\u010bli \u2013 g\u0127ax illum il-mer\u0127la qed tfittex u mhux dejjem qed toxrob min g\u0127ejjun tajba. (<em>plus li hawn \u0127afna il\u0127na<\/em>). \u00a0Hawn nies li tassew qed jsaqsu x\u2019sens fiha l-\u0127ajja, jekk g\u0127adux jag\u0127mel sens li tifforma familja, jew li ting\u0127ata dejjem. <em>U tant domandi o\u0127ra.<\/em> A\u0127na m\u2019g\u0127andiex twe\u0121iba g\u0127al kollox &#8211; <em>hemm umilta\u2019 filli nag\u0127rfu dan<\/em> \u2013 zgur ma nistawx napplikaw medi\u010bina tal-passat g\u0127al sitwazzjonijiet \u0121odda. Hu dmir tag\u0127na li nipprietkaw il-verita biex indawwlu l-kuxjenza, imma ma nistg\u0127ux na\u0127tfu l-kuxjenza ta\u2019 \u0127addiehor! Irridu nafdaw fil-Mulej, noffru biss lilU \u2013 u ng\u0127inuH \u2013 li b\u0127alma smajna mill-Profeta Ezekjel g\u0127ad \u201c<em>jsalva lil kul\u0127add min fejn xtered\u201d<\/em>. Niftakru f\u2019kelmtu u ma nibzawx g\u0127ax Hu dejjem mag\u0127na sal-a\u0127\u0127ar ta\u017c-\u017cminijiet.<\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><em>It-tieni<\/em>: Hu ministeru li fih a\u0127na msej\u0127a biex \u201cin\u0127ajru lil xulxin g\u0127al im\u0127abba u g\u0127all-eg\u0127mil it-tajjeb.\u201d (<em>2 Qari mill-Ittra lil Lhud 10, 11-12, 21-24). <\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<ul>\n<li>Din il-mer\u0127la hi mifruxa f\u2019kull parti tal-globu&#8230; u tag\u0127ha a\u0127na lkoll qaddejja. Mifruxa (<em>patri Lu\u010bjan jaf xi \u0127a\u0121a<\/em>), vasta u diversa \u0127afna. G\u0127andna n\u0127ossuna \u2018komdi\u2019 f\u2019din id-dinja kif inhi llum&#8230;g\u0127ax fiha l-Mulej bg\u0127atna biex nevan\u0121elizzaw&#8230;biex in\u0127obbu! B\u0127al qawsalla li hi wa\u0127da mill-isba\u0127 manifestazzjonijiet tan-natura (<em>Il-backdrop ta\u2019 wara l-artal<\/em>). L-istess kif il-Knisja hi msej\u0127a biex tkun manifestazzjoni sabi\u0127a tal-im\u0127abba t\u2019Alla. Il-qawsalla li hi mag\u0127mulha minn kuluri differenti li f\u2019siner\u0121ija perfetta bejniethom jiffurmaw il-kulur abjad. Il-qawsalla tal-\u0120enesi ti\u010b\u010belebra l-unita\u2019 fid-diversita\u2019. Tixba\u0127 lil \u0121nien li fi\u0127 fjuri sbie\u0127 u jag\u0127ti dehra ta\u2019 tapit mill-isba\u0127. <em>.. jkun hemm xi xewk \u2018l hemm u l\u2019hawn..imma dan m\u2019g\u0127andux jaqtalna qalbna<\/em>. Kif g\u0127edt&#8230;m\u2019g\u0127andiex g\u0127alfejn nib\u017cg\u0127u! Id-diversita\u2019 veru taf to\u0127loq xi tenzjonijiet imma kull organizmu \u0127aj jg\u0127addi minn dawn il-mumenti. L-istorja tal-Knisja stess (<em>u tat-tejolo\u0121ija<\/em>) turina li dawk li kienu vu\u010bijiet skomdi sekli ilu, iffurmaw il-lingwa\u0121\u0121 tag\u0127na llum. Dawk li \u0121ew imwarrba saru l-eroj u l-qaddisin tag\u0127na llum. Dawk li dehru suspettuzi, spi\u010b\u010baw saru l-profeti tal-lum.<\/li>\n<li>U g\u0127alhekk is-sa\u010berdozju tag\u0127na jrid jkun b\u0127al xmara \u2013 <em>kif darba qabblu l-Cardinal Newman<\/em> \u2013 xmara li fiha hemm jixrob \u0127aruf \u017cg\u0127ir imma fiha jg\u0127um ukoll iljunfant kbir. Il-knisja tag\u0127na trid tkun il-post fejn l-eg\u0127ref tejolo\u0121u jkun jaf jiekol il-\u0127ob\u017ca ma xi \u0127add li lanqas jaf jrodd is-salib. Il-ministeru tag\u0127na fil-Knisja ma jistax jkun elitista u xi <em>club esklussiv<\/em>. F\u2019din ix-xmara jg\u0127ixu is-sagrmenti tal-Knisja li twaqqfu minn \u0120esu\u2019 biex jfejjqu u jdewwu&#8230; mhux biex jiddixplinaw jew jbezzg\u0127u in-nies. <em>Din il-metafora tax-xmara to\u0121og\u0127bni wisq..g\u0127ax l-ilma hu dejjem \u0121did.<\/em> Fix-xmara \u0127add ma jin\u0127asel mill-istess ilma darbtejn. Dan it-ti\u0121did g\u0127alhekk jrid jkun dejjem f\u2019qalbna jekk rridu nipprezentaw lil \u0120esu\u2019 li hu dejjem \u0121did. Hu sa\u010berdozju li rridu nitg\u0127allmu ng\u0127ixu b\u2019umilta\u2019 u fl-g\u0127arfien li anke barra l-istrutturi tag\u0127na hemm salvazzjoni&#8230;hemm tant tjubija, tant qdusija, tant im\u0127abba. Hu g\u0127alhekk sa\u010berdozju ta\u2019 djalogu, bla \u0121udizzju jew kundanna u fl-isfont ta\u2019 dak li jg\u0127idilna l-Papa Fran\u0121isku li nkun knisja b\u0127al sptar..fejn wie\u0127ed j\u0127ossu mdewwi u fuq kollox ma\u0127bub. Jekk ma nifhmux l-affarijiet hekk, nibza li nkunu knisja marida f\u2019so\u010bjeta\u2019 marida.<\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><em>It-tielet<\/em>: Hu ministeru li fih imsejj\u0127a biex inlaqqg\u0127u lill-bniedem ma\u2019 \u0120esu\u2019 li hu ta\u2019 qalb \u0127elwa u umli u li fih kul\u0127add jista jsib mistrie\u0127 g\u0127al ru\u0127u. (Van\u0121elu: Mt 11, 25-30).<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>A\u0127na ma nbieg\u0127awx prodotti, ri\u010betti, kun\u010betti&#8230;a\u0127na noffru lil \u0120esu\u2019 \u2013 ma g\u0127andiex nist\u0127u nag\u0127mlu dan&#8230;.qatt ma kien dan i\u017c-\u017cmien..u llum iktar u iktar m\u2019g\u0127andniex dan il-lussu. A\u0127na m\u2019a\u0127niex interessati mill-proselitizmu, mill-folol u minn numri. A\u0127na g\u0127andna lilu biss u l-Van\u0121elu tieg\u0127u. U l-Van\u0121elu g\u0127andu qawwa attrattiva wa\u0127du bizzejjed. Dan <em>biss<\/em> g\u0127andna nizirg\u0127u..imbag\u0127ad jsaqqi u jkabbar HU. Ng\u0127addu lilu daqskemm a\u0127na stess nkunu nnamrati b\u2019mod passjonali mieg\u0127u, g\u0127ax mbag\u0127ad ix-xhieda tag\u0127na t\u0127ajjar lil \u0127addiehor jiltaqa\u2019 mieg\u0127u hu stess. Dan <em>biss<\/em> g\u0127andu jkun il-missjoni tag\u0127na \u2013 din il-weg\u0127da li \u0121\u0121ibilna \u0127afna fer\u0127 g\u0127ax mhux piz. Din hi l-a\u0127bar it-tajba, li ng\u0127addu lilU li hu ta\u2019 qalb \u0127elwa u umli&#8230;jisimg\u0127u min hu \u017cg\u0127ir g\u0127ax min hu kbir hu mimli bih innifsu!<\/li>\n<li>Irridu kuljum nintelqu f\u2019idejH, in\u0127alluh juzana fejn jridna hu&#8230;mhux nag\u0127zlu a\u0127na..u b\u0127ad-dixxiplu Hananija \u2013 li jfisser il-Mulej \u0127enn..nkunu dixxipli u qaddejja li dejjem inxandru dan il-wi\u010b\u010b mimlija m\u0127abba, tenerezza a u \u0127niena. <em>Niftakruha l-g\u0127ajta?<\/em> Isem Alla hu \u0127niena. Din is-so\u010bjeta \u0121ieli g\u0127ajjiena, distratta u marida, ma tridx knisja bl-istess sintomi&#8230;trid knisja u sa\u010berdoti mimlija \u0127e\u0121\u0121a, passjoni, dedikati, ferrie\u0127a u mimlijin biss biH. Sa\u010berdoti hekk dejjem g\u0127amlu \u0121id kbir lid-dinja. Il-mezzi u l-metodi mhux importanti li jkunu l-istess..anzi!! Fors qabel kellna stejortip ta\u2019 mudell wie\u0127ed ta\u2019 sa\u010berdot, ftit riservat, distanti u dommatiku&#8230;illum waqt li dawn fadlilhom valur&#8230;hemm tant g\u0127odda o\u0127ra..g\u0127alhekk g\u0127azilna differenti&#8230;sabi\u0127 li nkunu kreajjtivi, imma\u0121inattivi u ma ne\u0127lux f\u2019xi skemi ta\u2019 dejjem hekk sar jew hekk suppost. Basta nkunu fidili g\u0127alih biss u nxandru lilu biss..mhux il-bravuri tag\u0127na! Jg\u0127allimna dan \u0120wanni l-g\u0127ammied li \u010bkien hu biex jikber \u0120esu\u2019. L-isba\u0127 xempju tas-sa\u010berdot hi meta l-\u0127arsa tan-nies ma taqax fuqu..imma fuq Alla.<\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>Fil-kunvent tag\u0127na tal-Belt u tar-Rabat g\u0127andna pittura sabi\u0127a ta\u2019 Santu Wistin ja\u0127sel ri\u0121lejn Kristu. Hi xena profonda \u0127afna b\u2019tifsira qawwija. Hi l-isba\u0127 mezz kif tispjega kif tkun sa\u010berdot agostinjan&#8230;dixxiplu, ta\u0127sel ir-ri\u0121lejn, tinsa lilek innifsek! Patri Lu\u010bjan din ix-xbieha nemmen\u00a0 li g\u0127exha sew u ma jag\u0127mlilix g\u0127ajb. G\u0127alhekk illum g\u0127andu \u0127afna g\u0127al xhiex jroddlu \u0127ajr lil Alla. Alla kien \u0121eneruz\u00a0 mieg\u0127u u hu kien l-istess.<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>Jien nappreza fih li minkejja li hu g\u0127aref veru \u2013 <em>wikipedia<\/em><em>????<\/em> \u2013 baqa\u2019 umli. Dan hu s-sabi\u0127 tal-umilta\u2019 ..meta ma jkollnix problemi nitkellmu fuq il-fallimenti u s-su\u010b\u010bessi tag\u0127na. <em>Min jaf kemm g\u0127ent nies bit-tag\u0127lim tieg\u0127ek.<\/em><\/li>\n<li>Jien napppreza fih li qatt ma ntrabat ma xejn \u2013 b\u0127an-nies tat-tined \u2013 mar dejjem fejn \u0121ie msejja\u0127&#8230;vvja\u0121a fl-veru sens tal-kelma minn kultura g\u0127al o\u0127ra&#8230; u sa issa stess f\u2019Cuba. A\u0127na nafu li jekk trid tag\u0127mel pa\u010bi, ma tridx issib f\u2019li iehor dak biss li jixba\u0127 lilek\/jaqbel mieg\u0127ek. <em>Mela minn jaf kemm kienet ikbar l-isfida li g\u0127ex Patri Lu\u010bjan.<\/em><\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ul>\n<li>Patri Lu\u010bjan nemmen li g\u0127ext sa\u010berdozju ta\u2019 qadi, mhux b\u2019ambizzjoni egosita..allura nemmen li qalbek illum hi serena.<\/li>\n<li>Jekk mal-50 sena sa\u010berdozju izzid 23 sena o\u0127ra &#8211; i\u0121ifieri b\u2019kollox 73 \u2013 daqshekk g\u0127andek \u017cmien&#8230;allura wasalt fl-era tal-patrijarki????..i\u017c-\u017cmien tal-barka&#8230;aspett iehor mill-isba\u0127 ta\u2019 kull \u0127ajja anke dik sa\u010berdotali. Santu Wistin jitkellem minn \u201c<em>xemg\u0127a li tnemnem..g\u0127ax tkun qed ting\u0127ata&#8230;imma dejjem iddawwal<\/em>!\u201d Kemm huma sbie\u0127 in-nies li minn qalbhom, minn idejhom u minn w\u010b\u010bhom jxerrdu l-barka.<\/li>\n<li>F\u2019ismi, f\u2019isem il-Provin\u010bja, f\u2019isem kull min jafek u g\u0127ent, f\u2019isem kull min \u0127abbejt u qdejt hawn u kullimkien&#8230;..ng\u0127idulek \u2013 grazzi kbira, u fi kliem Ezekjel<em>..\u201dil-Mulej jkompli jag\u0127mel mieg\u0127ek patt ta\u2019 sliem u jibg\u0127at fuqek xita ta\u2019 barka\u201d.<\/em><\/li>\n<li><em>(Il-pittura ta\u2019 Rembrant \u2013 Kristu fit-tempesta \u2013 u it-tifsira tag\u0127ha<\/em>)<\/li>\n<li>Grazzi ta\u2019 kollox&#8230;.. u nkompli nawguralek tkompli l-vja\u0121\u0121 ta\u2019 \u0127ajtek bil-fer\u0127 u fis-sliem. Amen.<\/li>\n<\/ul>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p><em>Knisja Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb &#8211; Paceville <\/em><\/p>\n<p><em>Il-\u0126add 9 ta\u2019 Lulju, 2017<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kemm tag\u0127mel differenza fil-\u0127ajja, b\u2019liema g\u0127ajnejn\/qalb tara l-affarijiet! Il-Buddisti jg\u0127allmuna li meta l-g\u0127ajnejn ta\u2019 qalbna jkunu \u0127ielsa tassew \u2013 u biex dan jsir, b\u0127ala dixxiplina huma jinsistu fuq li kuljum trid tinqata\/tog\u0127la mill-affarijiet ta\u2019 kuljum&#8230;.li ironikament \u0127afna drabi tant je\u0127dulna ener\u0121ija \u2013 nkunu nistg\u0127u naraw l-affarijiet \u010bar. Xi e\u017cempji: \u00a0<\/p>\n","protected":false},"author":3,"featured_media":2112,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[94],"tags":[],"class_list":["post-289","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?resize=150%2C150&ssl=1",150,150,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=300%2C169&ssl=1",300,169,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=768%2C432&ssl=1",768,432,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?fit=800%2C450&ssl=1",800,450,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/20210425_-_shepherd.jpg?resize=600%2C450&ssl=1",600,450,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr David Cortis","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frdavidc\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Kemm tag\u0127mel differenza fil-\u0127ajja, b\u2019liema g\u0127ajnejn\/qalb tara l-affarijiet! Il-Buddisti jg\u0127allmuna li meta l-g\u0127ajnejn ta\u2019 qalbna jkunu \u0127ielsa tassew \u2013 u biex dan jsir, b\u0127ala dixxiplina huma jinsistu fuq li kuljum trid tinqata\/tog\u0127la mill-affarijiet ta\u2019 kuljum&#8230;.li ironikament \u0127afna drabi tant je\u0127dulna ener\u0121ija \u2013 nkunu nistg\u0127u naraw l-affarijiet \u010bar. Xi e\u017cempji: \u00a0","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/289","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/3"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=289"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/289\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2112"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=289"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=289"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=289"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}