{"id":243,"date":"2017-02-17T10:36:51","date_gmt":"2017-02-17T09:36:51","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/ilhna-jghajjtu-biex-johorgu-2\/"},"modified":"2017-02-17T10:36:51","modified_gmt":"2017-02-17T10:36:51","slug":"ilhna-jghajjtu-biex-johorgu-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/ilhna-jghajjtu-biex-johorgu-2\/","title":{"rendered":"Il\u0127na jg\u0127ajjtu biex jo\u0127or\u0121u !"},"content":{"rendered":"<ul>\n<li>Intfajt nikteb dawn il-\u0127sibijiet jumejn wara li miet Ashih Tekliab Haile. Ashih kellu 32 sena u kien mill-Eritrea. Miet meta intefa l-ba\u0127ar biex isalva turist fran\u010bi\u017c..imma<br \/>\n<!--more--><br \/>\nmbag\u0127ad il-ba\u0127ar qawwi bela\u2019 lilu! Apprezajt li l-media tat prominenza lil dan l-eroj..anke biex b\u0127al inpattu ftit ta\u2019 kemm nies b\u0127al dawn \u0121ieli qisnihom \u2018problema\u2019..apparti l-kliem li g\u0127adna ng\u0127idulhom ..<em>\u2019immigranti\u2019, \u2018suwed\u2019, \u2018klandestini\u2019<\/em>\u2026u ninsew li dawn huma nies b\u0127alna! Milli ntqal fuqu\u2026\u0127ar\u0121u dettalji sbie\u0127 mmens: kien di\u0121a\u2019 g\u0127en lil s\u0127abu \u017cmien ilu meta ma setg\u0127ux jkomplu bil-vja\u0121\u0121 tag\u0127hom lejn Malta min\u0127abba kumplikazzjoni li kellhom fil-ba\u0127ar ukoll; kien bniedem bie\u017cel \u0127afna u kien imur tajjeb ma\u2019 kul\u0127add, kien g\u0127adu kif i\u017c\u017cewwe\u0121 ukoll u l-\u0127olma tieg\u0127u kienet li iktar \u2018il quddiem imorru jg\u0127ixu l-\u0120ermanija. Tekliab Ashih \u2013 miet kif g\u0127ex \u2013 jing\u0127ata g\u0127al \u0127addiehor.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Qalb il-\u0127afna \u2018a\u0127barijiet\u2019 lokali u internazzjonali, qalb l-g\u0127a\u0121\u0121la u r-rutina tas-soltu f\u2019\u0127ajjitna stess <em>(kul\u0127add mehdi wisq bid-dinja u t-toys tieg\u0127u!).<\/em> \u0127afna drabi fatti&#8230;jew a\u0127jar nies hekk\u2026 fa\u010bli jintesew. Iva..niddejalizzawhom g\u0127al ftit..imma mbag\u0127ad wara ftit \u2018a\u0127bar\u2019 \u0121dida tnessina mill-ewwel x\u2019jkun \u0121ara ftit ilu biss! L-ag\u0127ar, imma &#8211; na\u0127seb jien &#8211; hu meta mumenti hekk ftit in\u0127alluhom jmissuna\/jkellmuna minn \u0121ewwa.<\/p>\n<p>Fl-Iskrittura, fil-ktieb tal-G\u0127erf (4, 7) hemm silta li dejjem laqtitni. Tg\u0127id hekk: \u201c<em>Il-bniedem tajjeb, ukoll jekk imut qabel i\u017c-\u017cmien isib il-mistrie\u0127. I\u017c-\u017cmien ta\u2019 \u0127ajja mimlija fo\u0127rija ma jitqiesx mit-tul tal-jiem, anqas in-numru tas-snin mhu l-qjies veru tal-\u0127ajja.<\/em>\u201d Er\u0121ajt \u0127sibt fiha dalg\u0127odu jien u na\u0127seb f\u2019Ashih li miet hu biex salva ie\u0127or. Min jaf jekk la\u0127aqx \u0127aseb g\u0127alih stess qabel ma ntefa l-ba\u0127ar? Ma na\u0127sibx\u2026g\u0127alih jidher li kienet l-iktar \u0127a\u0121a naturali li kellu jag\u0127mel..bla ma qag\u0127ad ikejjel konsegwenzi o\u0127ra.<\/p>\n<p>\u0126ajtu u mewtu\u2026illum jkellmuna b\u2019mod qawwi \u0127afna. Ma nafx jag\u0127mluniex skomdi..u jekk iva\u2026j\u2019Alla! G\u0127andna wisq loppji, aljenazzjonijiet u distrazzjonijiet. Sirna fa\u010bli \u2013 nilag\u0127bu g\u0127al gallerija \u2013 u mimlijin wisq bi kliem u b\u2019affarijiet o\u0127ra. Ma nafx min minna qed jg\u0127ix realment tassew?<\/p>\n<p>Jien bosta drabi naqbad lili nnifsi n\u0127ares madwari &#8211; anke \u0121o fija wkoll \u2013 u ninduna kemm minkejja l-\u0127afna modi li g\u0127andna biex \u2018minn barra\u2019 nidhru li g\u0127adna tajbin\u2026g\u0127addejjin; minn \u0121ewwa, qisna wisq mitfija, g\u0127ajjiena u \u017c-\u017clie\u0121a fl-g\u0127ajnejn fost affarijiet o\u0127ra\u2026 fa\u010bli tikxef dan. \u0126afna drabi nwa\u0127\u0127lu f\u2019\u0127addiehor u fil-\u0127ajja in\u0121enerali t-tort g\u0127all-istat li ninsabu fih illum, u mhux dejjem nindunaw jekk jistax ikun il-kaz li \u0127afna affarijiet huma sintomati\u010bi ta\u2019 x\u2019hemm fil-\u0121ewwieni tag\u0127na stess.<\/p>\n<p>Ashih g\u0127ex u miet \u017cg\u0127a\u017cug\u0127. I\u017c-\u017cg\u0127o\u017cija li qed insemmi hawn mhux it-tappa lo\u0121ika ta\u2019 \u017cvilupp bejn it-tfulija u l-maturit\u00e0, imma \u010bertu atitudni fl-ispirtu tag\u0127na li ti\u017cguralna li nkunu qed ng\u0127ixu <em>tassew<\/em> il-\u0127ajja b\u2019mod s\u0127i\u0127\u2026irrispettivament minn x\u2019eta\u2019 g\u0127andna. G\u0127andha wkoll x\u2019taqsam mal-prijoritajiet tag\u0127na u ma x\u2019enfasi qed nitfg\u0127u f\u2019\u0127ajjitna.<\/p>\n<p>Jien ili snin twal in\u0127oss \u0127afna \u2018il\u0127na\u2019 jbaqbqu fija. Naqsamhom mag\u0127kom hekk kif jinsabu fija\u2026b\u2019tama li l-\u2018mew\u0121 tal-\u0127ajja\u2019 ma jiblax il-vera \u0127ajja fina. Tibqa\u2019 \u017cag\u0127\u017cug\u0127\u2026jigifieri tibqa\u2019 tg\u0127ix\u2026g\u0127andu x\u2019jaqsam:<\/p>\n<ul>\n<li>Mal-fantasija u mal-ener\u0121ija.<\/li>\n<li>Mal-inno\u010benza u mal-idejali.<\/li>\n<li>Mal-\u0127olm u mad-danza fil-qalb.<\/li>\n<li>Mat-tama u mal-providenza (l-abbundanza ta\u2019 Alla) u tal-\u0127ajja.<\/li>\n<li>Mal-umilita\u2019 u l-kura\u0121\u0121.<\/li>\n<li>Ma\u2019 trasformazzjoni tieg\u0127ek stess l-ewwel u mbag\u0127ad ta\u2019 l-ambjent ta\u2019 madwarek.<\/li>\n<li>Mas-sustanza u mal-\u0121wiena\u0127.<\/li>\n<li>Mal-iskandu lill-\u2018qawwija\u2019.<\/li>\n<li>Mal-misteru u ma\u2019 l-istag\u0127\u0121ib.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li hu intwizzjoni.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li jqanqal u jmiss il-\u0121ewwieni tieg\u0127ek.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li hu kritiku, i\u017cjed esi\u0121enti u i\u017cjed awtentiku.<\/li>\n<li>Mal-anzjet\u00e0, mad-dubju u mal-fer\u0127.<\/li>\n<li>Mas-solitudni tar-ru\u0127.<\/li>\n<li>Mal-verit\u00e0 li te\u0127les.<\/li>\n<li>Ma\u2019 sensibilit\u00e0 spe\u010b<\/li>\n<li>Ma\u2019 problemi ta\u2019 kuxjenza.<\/li>\n<li>Ma profezija u ma sogru.<\/li>\n<li>Ma\u2019 li tkun erojku u mi\u0121nun.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li mhux fari\u017cajku u ipokrita\u2019..<em>tg\u0127id affarijiet lil \u0127addiehor li int taf li b\u2019nemes ma tag\u0127milx!<\/em><\/li>\n<li>Ma\u2019 mumenti fejn ma tifhimx dak li jkun qed ise\u0127\u0127 fik u \u0121ieli ma tinftiehemx lanqas minn o\u0127rajn.<\/li>\n<li>Ma\u2019 veritajiet skomdi.<\/li>\n<li>Mal-g\u0127ana fil-qalb.<\/li>\n<li>Ma\u2019 nuqqas ta\u2019 idoli u kulti. (u allura n-nuqqas tal-\u0127afna suriet ta\u2019 in\u010bensar tag\u0127na).<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li hu spontanju u \u0127aj.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li mhux \u0121ifa, jew immexxi mill-bi\u017ca\u2019 (il-prudenza u d-diplomazija \u2013 id-<em>double speak<\/em> tag\u0127na).<\/li>\n<li>Ma\u2019 fedelt\u00e0 lejn kelma (Van\u0121elu) li hi sempli\u010biment moqrija u mhux imfissra.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li hu imma\u0121inattiv u bla pressjoni.<\/li>\n<li>Ma\u2019 dak li mhux teknika, dardir, ipokrezija, gidba, vizzju, ingann u superfi\u010bjalit\u00e0.<\/li>\n<li>Mal-\u0121lieda perpetwa kontra l-medjokrit\u00e0 u kontra \u010b-\u010bertezzi, l-lo\u0121ika u l-isterjotipar ffri\u017cat tag\u0127na.<\/li>\n<li>Ma\u2019 silenzju u ma kliem. Xi kultant hemm b\u017conn li tu\u017ca l-kliem u \u2018tag\u0127mel il-\u0127sejjes\u2019.<\/li>\n<li>Ma\u2019 pre\u017cent u \u0121ejjieni li fih \u0127add minnu ma hu l-prototip ori\u0121inali.<\/li>\n<li>Ma\u2019 vulnerabilita\u2019 u ma\u2019 biki fit-triq tat-tfittxija tieg\u0127ek stess u matul il-mixja diffi\u010bli tal-fidi.<\/li>\n<li>Ma\u2019 futur li \u0127add minna ma jaf, \u0127add ma jista jissi\u0121illa anke g\u0127ax ma jinsabx hawn. (Is-saltna ta\u2019 Alla)<\/li>\n<li>Mal-g\u0127arfien li a\u0127na lkoll nomadi, lkoll refu\u0121jati.<\/li>\n<li>Mal-g\u0127arfien li f\u2019din il-\u0127ajja, a\u0127na lkoll studenti u li l-g\u0127alliem hu biss wie\u0127ed: Hu &#8211; Alla.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Lura g\u0127as-silta mill-Ktieb tal-G\u0127erf li semmejt fil-bidu..u lejn il-memorja ta\u2019 Ashih Tekliab Haile. Ashih \u2018mhux mejjet\u2019. F\u2019\u0127ajtu t\u0127abat biex jg\u0127ix hu u jg\u0127ajjex o\u0127rajn mieg\u0127u. J\u2019Alla dawn l-il\u0127na li ppruvajt naqsam mag\u0127kom &#8211; ilhom wisq jg\u0127ajjtu biex jinstemg\u0127u \u2013 jg\u0127inu lilna lkoll biex niskopru l-milja vera tal-\u0127ajja. Ashih skopriha g\u0127ax intefa\u2019 hu\u2026biex \u0127addiehor jista\u2019 jg\u0127ix.<\/p>\n<p style=\"text-align: right;\"><em>Dan l-artiklu nkiteb meta Fr. Ray Francalanza osa<br \/>kien Kappillan fil-Parroc\u010ba Santu Wistin il-Belt Valletta.<\/em><\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Intfajt nikteb dawn il-\u0127sibijiet jumejn wara li miet Ashih Tekliab Haile. Ashih kellu 32 sena u kien mill-Eritrea. Miet meta intefa l-ba\u0127ar biex isalva turist fran\u010bi\u017c..imma<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":6033,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[94],"tags":[],"class_list":["post-243","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=2500%2C1667&ssl=1",2500,1667,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=900%2C600&ssl=1",900,600,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=768%2C512&ssl=1",768,512,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=1200%2C800&ssl=1",1200,800,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=1536%2C1024&ssl=1",1536,1024,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?fit=2048%2C1366&ssl=1",2048,1366,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/AdobeStock_193280620.jpeg?resize=600%2C600&ssl=1",600,600,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Super User","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/allaccess\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Intfajt nikteb dawn il-\u0127sibijiet jumejn wara li miet Ashih Tekliab Haile. Ashih kellu 32 sena u kien mill-Eritrea. Miet meta intefa l-ba\u0127ar biex isalva turist fran\u010bi\u017c..imma","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/243","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=243"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/243\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6033"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=243"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=243"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=243"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}