{"id":242,"date":"2017-02-17T10:57:19","date_gmt":"2017-02-17T09:57:19","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/il-milied-ghalija-llum-2\/"},"modified":"2017-02-17T10:57:19","modified_gmt":"2017-02-17T10:57:19","slug":"il-milied-ghalija-llum-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli\/il-milied-ghalija-llum-2\/","title":{"rendered":"Il-Milied g\u0127alija llum !"},"content":{"rendered":"<p>Peress li din il-kitba ti\u0121I f\u2019idejkom fi \u017cmien il-Milied, \u0127sibt li naqsam mag\u0127kom xi \u0127sibijiet dwar din il-\u0121rajja li g\u0127alija \u2013 <em>hi u t-tifsira tag\u0127ha<\/em> \u2013 huma g\u0127al qalbi mmens.<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Jg\u0127in\u2026. jekk tmorru f\u2019qalbkom u fl-imma\u0121inazzjoni tag\u0127kom\u2026fil-lejl tal-Milied.<\/p>\n<ul>\n<li>Vera li l-jiem donnhom kollha qishom l-istess\u2026imma dak il-lejl jibqa l-iktar lejl spe\u010bjali\u2026jg\u0127addu s-snin minn fuqu\u2026 imma hu jibqa\u2019 dejjem l-iktar li jiddi\u2026 g\u0127alhekk ng\u0127idulu l-lejl qaddis. F\u2019\u010bertu sens hu ma\u0121iku&#8230;qisu l-lejl tal-fantasija\u2026meta tqis l-effett tieg\u0127u fuq kul\u0127add. Imma\u0121inaw g\u0127al ftit \u0127in biss kif f\u2019dak il-jum \u2026. id-dinja kollha li tieqaf biex ti\u010b\u010belebra l-\u0121rajja Ii fiha Alla \u0121ie joqg\u0127od fostna. Mill-ikbar kattidrali tad-dinja sal-iktar postijiet umli u fqar, milll-Lvant u sal-punent (<em>i\u017c-\u017cew\u0121 pulmuni tal-knisja<\/em>), min jemmen u min g\u0127adu jfittex, kullimkien.. f\u2019kul\u0127add\u2026f\u2019kull qalb tal-bniedem\u2026 f\u2019dak il-lejl, tin\u0127ass li \u0121rat xi \u0127a\u0121a straordinarja..ta\u2019 ispirazzjoni\u2026intima\u2026 li tqanqal il-\u0121ewwieni tag\u0127na\u2026qisu elettriku ta\u2019 fer\u0127 u tama li jivvibra fina.\n<\/li>\n<li>F\u2019dak il-jum, id-dlam tal-lejl jitbewwes mas-sbie\u0127 il-jum biex isellmu lilu: l-Emmanuel \u2013 l-Img\u0127allem tag\u0127na, il-prin\u010bep tas-sliem, \u0127una l-kbir.<\/li>\n<\/ul>\n<ul>\n<li>Dak il-lejl hu l-lejl tal-misteru&#8230;<em>ara kemm il-\u0121rajja nafuha bl-amment u kemm ilna ni\u010b\u010belebrawha<\/em>&#8230;imma jekk tid\u0127ol fiha b\u2019sens ta\u2019 sta\u0121\u0127\u0121ib u fidi..(<em>dawn donnhom qed ninsewhom matul is-sena..\u0127udu l-istag\u0127\u0121ib: qisu kollox sar rutina, prevedibbli, monotonu\u2026xejn jew ftit saru j\u010baqilquna affarijiet<\/em>!)\u2026tinduna li vera dak li se\u0127\u0127\u2026 hi xi \u0127a\u0121a mill-iktar profonda: Alla nnifsu, l-Alfa u l-Omega, il-bidu u t-tmiem ta\u2019 l-istorja, l-ewwel u l-a\u0127\u0127ar, il-\u0127allieq tal-univers kollu, dak li \u0127alaq i\u017c-\u017cmien stess, dak li kien jimxi fuq il-ba\u0127ar, isikket il-maltempati, jitma l-folol, ifejjaq il-morda u jqajjem il-mejtin, Hu li l-Iskrittura ssejja\u0127lu l-Adonai, l-G\u0127erf li \u0127are\u0121 minn fomm Alla, l-g\u0127oli, is-Sid u l-mexxej tad-dar ta\u2019 Israel, l-G\u0127erq ta\u2019 \u0120esse, il-muftie\u0127 tad-dar ta\u2019 David, ix-xemx tal-\u0121ustizzja u s-sultan tal-\u0121nus\u2026HU ji\u0121i fostna u jsir wie\u0127ed minna ..b\u0127alna\u2026minbarra d-dnub.<\/li>\n<\/ul>\n<ul>\n<li>G\u0127al \u0127afna sekli sakemm wasal\u2026g\u0127ax kien ilu mwieg\u0127ed\u2026miljuni kbar ta\u2019 nies&#8230;stennewh, \u0127olmu bih, imma\u0121inaw kif seta jkun. <em>(Kif ji\u0121ri lilna meta nkunu se niltaqg\u0127u ma\u2019 xi \u0127add!<\/em>). Kien hemm min g\u0127ejja jistennih, kien hemm min imma\u0121ina\u0127 xi \u0127add b\u2019sa\u0127\u0127tu \u0127afna li kien se jiknes kollox u jer\u0121a jibda kollox mill-\u0121did. Imma o\u0127rajn &#8211; dawk li kienu sempli\u010bi f\u2019qalbhom \u2013 li kienu mid\u0127la tat-testi sagri li kienu mi\u0121bura dak i\u017c-\u017cmien b\u2019\u0127afna tradizzjonijiet orali \u2013 kienu qed jifhmu li meta jasal&#8230;hu ma kienx se jkun hekk. Isaija \u0127abbru b\u0127ala dak li meta jasal&#8230; \u201cqasba m\u0121el\u0121la ma jiksiriex u musbie\u0127 inemmen ma jitfi\u0127x.\u201d Hu kien \u201cdak li ma kienx jg\u0127ajjat u ma jg\u0127ollix le\u0127nu.\u201d Hu kellu jkun \u201cb\u0127al \u0127aruf \u0121wejjed u li g\u0127all-umanit\u00e0 kien se joffri \u0127ajtu stess.\u201d U \u0121ie hekk&#8230;.matul il-lejl, fil-\u0127emda. Hu d-divinita\u2019 nnifsu jin\u017cel fostna u minkejja&#8230; dan ma jsibulux post fejn iwelldu\u0127. Kullimkien mimli jew bibien mag\u0127luqha ..<em>ifhimha kif trid!<\/em> Semmew\u0127 \u0120esu\u2019 &#8211; fi twelidu \u0121ie mfisqi fi \u010braret f\u2019maxtura, f\u2019mewtu \u0121ie mpo\u0121\u0121i f\u2019li\u017car u mqieg\u0127ed f\u2019qabar f\u2019g\u0127alqa. Fl-Ewkaristija\u2026sal-lum\u2026 g\u0127adu jing\u0127ata f\u2019\u0127ob\u017c&#8230;biex imbag\u0127ad a\u0127na naqdu u n\u0127obbu b\u0127alu. \u0120ie fostna Alla fra\u0121li, rabbew\u0127 \u0121enituri sempli\u010bi, ordinarji u bla \u0127afna kumplikazzjonijiet, g\u0127ex f\u2019ra\u0127al minsi minn kul\u0127add. Fil-verit\u00e0 ftit ivvja\u0121\u0121a..baqa\u2019 dejjem fil-Palestina u g\u0127ex hemm ma\u2019 l-imwarrbin u meg\u0127jun minn xi w\u0127ud minnhom ried jibda so\u010bjet\u00e0 u \u017cminijiet \u0121odda. U baqa\u2019 mdawwar minnhom sal-a\u0127\u0127ar: il-morda, l-fqajrin, il-pubblikani, in-nisa tat-triq, l-midinbin, u n-nies li s-so\u010bjeta\u2019 ta\u2019 \u017cmienu tathom il-\u0121enb, g\u0127addiethom b\u0127ala mis\u0127utin minn Alla u sallbithom mieg\u0127u. Kien i\u0127oss il-\u0121u\u0127, kellu n-ng\u0127as, kien jag\u0127dab, kien jitqanqal. Be\u017ca quddiem il-mewt, tg\u0127ajjex minn sider ta\u2019 omm. Kien jg\u0127ajjat b\u0127al profeti, kien dg\u0127ajjef mad-dg\u0127ajjfin, a\u0127rax mal-imkabbrin. G\u0127ax kien sin\u010bier miet \u017cag\u0127\u017cug\u0127. Qatluh g\u0127ax kienet tikxfu l-verita\u2019 f\u2019g\u0127ajnejh. Imma miet jisku\u017ca\u2026 li hi xi \u0127a\u0121a aqwa milli ta\u0127fer. U minkejja li \u0121ie tradut, abbandunat u mhux mifhum\u2026 baqa\u2019 j\u0127obb..u qalilna li jekk irridu ng\u0127ixu tassew\u2026irridu n\u0127obbu.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Illum hawn a\u0127na li b\u2019don qed jing\u0127atalna li ng\u0127ixu dan il-Milied. Huwa don u barka<strong>.<\/strong>.\u0121ieli ninsew dan fil-\u0127ajja u nie\u0127du kollox for granted\u2026il-jiem tas-sena, il-\u0121rajjiet, l-esperjenzi li ng\u0127addu minnhom, id-DNA tag\u0127na, il-fasla tag\u0127na, ix-xog\u0127ol u l-\u0127idmiet tag\u0127na, is-su\u010b\u010bessi u l-fallimenti tag\u0127na\u2026. g\u0127andhom ir-riskju \u2013 mhux dejjem tort tag\u0127na sa barra \u2013 li jillupjawna, itellfulna l-ewwel \u0127olma ta\u2019 Alla g\u0127alina, u nispi\u010b\u010baw nivve\u0121itaw, l-medjokrita\u2019 ttelfilna l-entu\u017cja\u017cmu, ir-ra\u0121unamenti u l-idejolo\u0121iji tag\u0127na jifgawlna l-ispirtu\u2026 u nispi\u010b\u010baw nibqg\u0127u nilag\u0127bu bit-<em>toys<\/em> tag\u0127na, nibqg\u0127u fin-ng\u0127as tar-rutina u \u017c-\u017cugraga tal-\u0127ajja tas-soltu u abbli nitilfu \u010b-\u010bans li n\u0127allu l-grazzja ta\u2019 Alla tmissna. <em>Biex tg\u0127axxaqha l-fatt li l-Milied \u0121ie hijacked (\u010bikkulatini, ice-skating ring artifi\u010bjali, swieq armati, pupi tas-sil\u0121) ma\u2019 tantx jg\u0127in! Mhux g\u0127ax \u0127ziena fihom nfushom imma ftit ftit qed isiru theddida reali li qed jnessuna l-istorja ori\u0121inali!<\/em> U meta tmissna l-grazzja ta\u2019 Alla..kieku taf kemm n\u0127ossuna a\u0127jar. (Il-grazzja ta\u2019 Alla tmissna \u2026 b\u0127al meta tiltaqa ma\u2019 xi \u0127add li t\u0127ossok komdu mieg\u0127u\/mag\u0127ha u l-pre\u017cenza tag\u0127ha stess tant tmissek fit-tajjeb!) Allura anke f\u2019dan i\u017c-\u017cmien &#8211; irrispettivament minn kif ninsabu b\u0127alissa &#8211; ejja nitolbu biex ma ji\u0121rilnix b\u0127al xi nies fi \u017cmien il-mi\u0121ja ta\u2019 Kristu\u2026 li batew wisq biex jag\u0127rfu\u0127, damu ja\u0127sbu wisq biex jilqg\u0127uh u kienu kburin wisq biex jifhmuh.<\/p>\n<p>Naturalment b\u0127al kull \u0127a\u0121a o\u0127ra fil-\u0127ajja..kollox imissna daqs kemm irridu a\u0127na u \u0121eneralment din tkun \u0127a\u0121a personali \u0127afna. Anke dan li qed ni\u010b\u010belebraw issa jaf imissna lkoll differenti\u2026 u din tifhimha anke g\u0127ax a\u0127na lkoll g\u0127andna stejjer differenti..anke jekk veru wkoll li f\u2019bosta affarijiet nixxie\u0127bu wkoll. Jien ppruvajt na\u0127seb xi jfisser il-Milied g\u0127alija llum u hu dan li se naqsam mag\u0127kom fil-qosor. Hu appell li nag\u0127mlu lill-qalb tag\u0127kom ilkoll \u2013 min jaf kemm g\u0127andkom tajjeb fikom. F\u2019dan il-Milied, il-Kelma ta\u2019 Alla titlobna nisimg\u0127u l-kelma minn dak is-santwarju tajjeb li hemm \u0121o fina u n\u0127allu lilU jkompli jtina \u0127afna qawwa. <em>Xi riflessjonijiet:<\/em><\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<ol>\n<li><strong>Jolqotni li b\u0127al lejla Alla sar wie\u0127ed mag\u0127na \u2013 Emmanuel u \u0121ie biex jiltaqa mag\u0127na.<\/strong> Qalilna li se jibqa mag\u0127na dejjem sa l-a\u0127\u0127ar. Kull \u0127in. Hu mhux invadenti. Ma jimponix ru\u0127u. Ma je\u0127dilna xejn..anzi jtina mmens. B\u0127ala riflessjoni..hekk kont qed na\u0127seb g\u0127alija\/g\u0127alina \u2013 kemm qed nag\u0127ti\u0127 \u0127in tassew lil Alla? Donnu sirna nemmnu u nafdaw wisq fuqna nfusna. David Cameron , sena ilu f\u2019intervista kien qal: \u201cnixtieq n\u0127alli iktar \u0127in g\u0127alih u mmur nara\u0127 b\u0127al meta mmur nara lil xi \u0127add tal-familja marid jew anzjan.\u201d Wara ikkore\u0121iha u qal\u2026irridha \u201ctkun iktar intima mieg\u0127u l-\u0127a\u0121a..m\u2019hux xi \u0127a\u0121a ta\u2019 obbligu jew ta\u2019 kultant \u017cmien.\u201d Ng\u0127addu \u0127in mieg\u0127u daqs u b\u0127al meta ng\u0127adduh ma\u2019 xi \u0127add li n\u0127obbu, li mieg\u0127u n\u0127ossuna komdi, bla bi\u017ca. Hu kontra o\u0127rajn..jg\u0127id affarijiet tajba fuqna! Jien ma rridx nag\u0127mel xi <em>white wash<\/em> \u0121enerali tas-sitwazzjoni tas-so\u010bjeta\u2019 tag\u0127na&#8230;imma ma ta\u0127sbux li \u0127afna mill-gwaj li g\u0127andna hu g\u0127ax qed nag\u0127mlu kollox we\u0127idna? Li jkollna lil Alla mag\u0127na mhux biss garanzija li darna (\u0127ajjitna) tibqa\u2019 fis-sod imma vera jkollna \u0127afna fer\u0127 u sliem u armonija. Dan mhux kliem&#8230;narawha u mmisuha b\u2019idejna meta niltaqg\u0127u ma\u2019 \u010bertu nies li qalbna tg\u0127idilna li huma f\u2019sintonija ma\u2019 Alla&#8230;.xejn spe\u010bjali tafux..imma jkunu nies li jafu li mag\u0127hom hemm Alla. Issa veru nistg\u0127u nsemmg\u0127u \u0127afna \u2018<em>immajiet<\/em>\u2019..imma dawn jibqg\u0127u dejjem sku\u017ci! Min g\u0127ax il-knisja, min \u0127abba dik u \u0127abba l-o\u0127ra..min \u0127abba g\u0127ax g\u0127andu x\u2019jag\u0127mel, min g\u0127ax jitgerfex l-fidi mar-reli\u0121jon (sfortunatament \u0121ibniha kliem u dibatti biss mentri din hi esperjenza ta\u2019 pa`i!) Min g\u0127ax j\u0127oss li Alla hu x\u2019im\u0127allef u g\u0127alhekk jarana moralsiti`i zzejjed. Jien ma nafx&#8230;naf li llum waqaft ni\u0121ri wara xi tip ta\u2019 perfezzjoni umana&#8230;.ng\u0127id g\u0127alija nimxi b\u2019\u017cew\u0121 `ertezzi: il-fra\u0121ilita\u2019 tieg\u0127i u l-im\u0127abba u l-ma\u0127fra eterna ta\u2019 Alla. U Alla li \u0121ie fostna tarbija \u2013 vulnerabbli \u2013 \u0121ie g\u0127alhekk&#8230; biex \u0127add ma jibza, jiddejaq minnu. Min jaf kieku llejla nippruvaw ner\u0121g\u0127u nafdawh iktar, in\u0127obbuh iktar..u waqt li nag\u0127mlu hekk in\u0127allu\u0127 idawwal l-mentalita\u2019 u l-attidudni tag\u0127na?<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"2\">\n<li><strong>Jolqotni li hu \u0121ie g\u0127al kul\u0127add..g\u0127ex u miet g\u0127al kul\u0127add<\/strong>. Ir-riflessjoni tieg\u0127i hi jekk jien f\u2019\u0127ajti hix qed nag\u0127ti mer\u0127ba lil kul\u0127add. Issa din tant fiha sfumaturi&#8230;anke g\u0127ax a\u0127na kif malli nitwieldu nibdew mal-ewwel naraw l-\u0127ajja f\u2019kaxex \u0127afna drabi mag\u0127luqha. Kemm ilna zmien ng\u0127ixu f\u2019kultura ta\u2019 \u2018a\u0127na\u2019 u \u2018huma\u2019; \u2018dawk\u2019 u \u2018a\u0127na\u2019..kemm \u0127itan, kemm bnadar differenti u all\u0127ares taqbez il-<em>lines<\/em>. Ng\u0127idu li bil-globalizzazzjoni u bil-komunikazzjoni li hawn sirna dinja wa\u0127da (<em>u hekk hu<\/em>)&#8230;imma mbag\u0127ad \u0121ieli fostna stess tafu kemm g\u0127ad g\u0127andna \u0127itan \u0121ieli anke sottili! Tafu kemm g\u0127adna nag\u0127zlu lil min in\u0127obbu jew le, lil min na\u010b\u010betaw f\u2019\u0127ajjitna jew le. Lil min in\u0121alu\u0127 i\u0127ossu ma\u0127bub u lil min n\u0121ag\u0127luh j\u0127ossu \u017cejjed, jew pi\u017c, jew miskin. Kemm nbatu b\u2019simpatiji u kemm hemm o\u0127rajn li nuruhom d-di\u017cappunt tag\u0127na mal-ewwel (din oxxena wisq). Kemm nies jg\u0127addu minn mag\u0127na u nqisuhom daqs li kieku fanta\u017cmi! Kemm La\u017c\u017cri \u2013 <em>insomma La\u017c\u017cru kul\u0127add g\u0127ax kul\u0127add bil-faxex<\/em> &#8211; ji\u0121u j\u0127abbtu l-bibien ta\u2019 qalbna u a\u0127na&#8230;tafu! \u0120esu\u2019 tarbija llejla \u2013 anke jekk na\u0127sbuh mod iehor \u2013 jag\u0127milna skomdi jekk qed nag\u0127mlu hekk..g\u0127ax hu \u0121ie g\u0127al kul\u0127add! Hemm l-ewwel mer\u0127ba li trid tkun lil ta\u2019 \u0121ewwa imma mbag\u0127ad b\u2019mod indaqs lil ta\u2019 barra. U ssir iktar preferenzjali jekk l-iehor jew l-o\u0127ra hu batut\/ \u017cg\u0127ir, fil-b\u017conn! Xi kultant na\u0127seb li din li meta twieled, ma sabux fejn iwellduh lil \u0120es\u00f9, tant immarkatu li g\u0127alhekk kien dejjem jitkellem fuq li nilqg\u0127u lill-barrani, lill-istran\u0121ier \u2013 lil dak li ma nafux. Kemm nonqsu hawn, kemm tikketti u labels sterjotipati g\u0127adna ng\u0127addu! Kemm lingwa\u0121\u0121 tribali g\u0127ad hawn fostna \u0127abba politika, klassi, gosti, simpatiji. Min\u0127abba nazzjonali\u017cmu skadut. Kemm fundamentali\u017cmi, pre\u0121udizzji! Kemm \u0121udizzji, kemm qtu\u0127 ta\u2019 irjus fini fini\u2026\u0121ieli lanqas nitkellmu u ng\u0127idu li \u017cbaljajna meta nindunaw li dak li nkunu g\u0127edna ma jkunx il-ka\u017c! \u0126afna drabi hu ji\u0121i fostna f\u2019dawni l-persuni. \u0126add m\u2019hu a\u0127jar minn \u0127add. Kul\u0127add hu iben\/bint g\u0127a\u017ci\u017c. Kul\u0127add ma\u0127bub minn Alla. U g\u0127alhekk it-tieni talba-proponiment: min jaf kieku nift\u0127u iktar qalbna, idejna..mo\u0127\u0127na!<\/li>\n<\/ol>\n<ol start=\"3\">\n<li><strong>Jolqotni g\u0127ax Hu \u0121ie fostna biex \u2018isalvana\u2019. <\/strong>Illum forsi din kelma li ma tinftehimx..\u2019salvatur\u2019 ma tg\u0127idilna xejn. Imma meta toqg\u0127od tqis..nafu li hemm min xiex g\u0127andu je\u0127lisna:<\/li>\n<\/ol>\n<ul>\n<li>Je\u0127lisna mill-bi\u017ca li n\u0127obbu, li nintelqu u li nkunu vulnerabbli (a\u0127na mhux robots), li nafdaw.<\/li>\n<li>Je\u0127lisna mir-rifjut li nemmnu fina stess..kemm \u0121ieli naqtg\u0127u qalbna u nib\u017cg\u0127u?<\/li>\n<li>Je\u0127lisna mill-vendetta kontra dawk li jkunu we\u0121\u0121g\u0127una.<\/li>\n<li>Je\u0127lisna mill-b\u017conn li ng\u0127ixu f\u2019gidba. (il-plastic, is-superi\u010bjalita u l-maskri tag\u0127na)<\/li>\n<li>Je\u0127lisna lill-ghetto li fiha g\u0127alaqna t-tifel u \u017c-\u017cg\u0127ir tag\u0127na. (tarana serji, ma nid\u0127kux, ma nifir\u0127ux, pateti\u010bi, sarkisti\u010bi..iva ejja g\u0127ix ftit!)<\/li>\n<li>Je\u0127lisna mill-anzjet\u00e0 \u017cejda fuq il-pre\u017cent u futur\u2026 u mill-bi\u017ca tal-mewt.<\/li>\n<li>Je\u0127lisna milli n\u0127ossuna dejjem \u0127atja (guilty) jew li a\u0127na falliment.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Dan xi \u0127sibt li jista\u2019 jfisser il-Milied g\u0127alija..forsi g\u0127alina wkoll.<\/p>\n<p>Jalla f\u2019dan il-Milied, ner\u0121g\u0127u nag\u0127\u017cluh u npo\u0121\u0121uh fl-ewwel post f\u2019\u0127ajjitna\u2026.Naturalment din mhix xi \u0127a\u0121a sentimentali jew emozzjonali biss.<\/p>\n<p>Nag\u0127zlu b\u0127ala s-Salvatur ta\u2019 \u0127ajti u tal-istorja kollha tfisser li ng\u0127idu:<\/p>\n<ul>\n<li>Le \u2013 g\u0127al kull forma ta\u2019 ingann.<\/li>\n<li>Le \u2013 g\u0127al poter f\u2019sens \u0127azin, g\u0127all-flus jew affarijiet o\u0127ra li nag\u0127mluhom Alla.<\/li>\n<li>Le \u2013 g\u0127al korruzzjoni u g\u0127al ipokrezija.<\/li>\n<li>Le &#8211; g\u0127all-egoi\u017cmu u g\u0127al vjolenza ta\u2019 kull tip.<\/li>\n<li>Le g\u0127al \u0127a\u017cin \u2013 l-ispirtu qarrieqi li dejjem jingannana u jrid jeqred it-tajjeb li hemm fostna u fina stess..<\/li>\n<li>Iva \u2013 g\u0127alih li reba\u0127 u g\u0127adu jirba\u0127 bl-im\u0127abba.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Meta ninnamraw mieg\u0127u b\u2019dal-mod allura mbag\u0127ad awtomatikament ni\u017cvojtaw minn dak li mhux hu\u2026. nimtlew bih u hekk nkunu nistg\u0127u nwelldu tant affarijiet fl-ambjenti tag\u0127na. Na\u0127seb din tkun l-isba\u0127 \u2018maxtura\u2019 b\u2019mod metaforiku.<\/p>\n<ul>\n<li>Nistg\u0127u ng\u0127addu bla pantomini, bla ma numiljaw lil \u0127add, bla ma nirridekolaw jew inwe\u0121g\u0127u.<\/li>\n<li>Nistg\u0127u ng\u0127addu bla gideb, bla vjolenza fil-kliem, bla \u0121udizzji, bla ma nuzaw l-anonimat qattiel.<\/li>\n<li>Nistg\u0127u ng\u0127addu bla kompetizzjoni, bla pretenzjonijiet, bla artfi\u010bjalit\u00e0.<\/li>\n<li>Nistg\u0127u ng\u0127addu bla ma nu\u017caw\/nisfruttaw\/nesplojtaw lil \u0127addie\u0127or.<\/li>\n<li>Nistg\u0127u ma nitfg\u0127ux kollox barra mit-tieqa \u2013 dak li dejjem qisna li hu tajjeb &#8211; sempli\u010biment g\u0127ax hemm min g\u0127andu a\u0121enda li jridna nag\u0127mlu hekk!<\/li>\n<\/ul>\n<p>U mbag\u0127ad jkollna iktar sa\u0127\u0127a biex inwelldu:<\/p>\n<ul>\n<li>Iktar onesta, tjubija, umilta, tolleranza, ma\u0127fra, fidu\u010bja, im\u0127abba, fer\u0127, solidarjeta\u2019, qadi\u2026iktar \u2018a\u0127na\u2019 milli \u2018jien\u2019!<\/li>\n<li>iktar inno\u010benza (safa fil-mo\u0127\u0127, fl-intenzjoni), stag\u0127\u0121ib, fer\u0127, im\u0127abba, ma\u0127fra, familja, komunita\u2019, komunikazzjoni.<\/li>\n<li>iktar \u0121enero\u017cita\u2019, altruwi\u017cmu, mog\u0127drija, kompassjoni, mer\u0127ba, solidarjeta\u2019<\/li>\n<li>iktar \u0127in, im\u0127abba, pa\u010benzja ma\u2019 xulxin, spirtu \u0121did kif ng\u0127ixu.<\/li>\n<li>iktar tama, po\u017cittivita, anke da\u0127k (g\u0127ax naqas sew ukoll!)<\/li>\n<li>insiru iktar nies interessati fl-interessi ta\u2019 l-o\u0127rajn b\u2019qalb miftu\u0127a bera\u0127 g\u0127al kul\u0127add..bla distinzjonijiet u bla diskriminazzjoni u pre\u0121udizzji..g\u0127ax dan Alla tag\u0127na \u0121ie g\u0127al kul\u0127add.<\/li>\n<li>nkomplu nibnu so\u010bjeta\u2019 bla \u0127itan, bla timbri, bla fruntieri, bla kuluri\u2026a\u0127na pontijiet rridu nibnu!<\/li>\n<\/ul>\n<p><em>Tmiem:<\/em><\/p>\n<ul>\n<li>Fi zmien meta kul\u0127add jitkellem minn bidla fil-klima \u2013 <em>climate change<\/em> \u2013 a\u0127na nafu li l-ewwel bidla ti\u0121i u se\u0127\u0127 \u0121o fina &#8211; fil-qalb u fil-mo\u0127\u0127 &#8211; u din \u0127add m\u2019g\u0127andu l-qawwa li j\u0121iba fina jekk mhux hu.<\/li>\n<li>J\u0121ibha fina bla swat, b\u2019im\u0127abba..irridu biss nafdawh..nkunu vulnerabbli mieg\u0127u u g\u0127alih.<\/li>\n<li>Jtina dil-qawwa hu \u2013 tarbija fra\u0121li \u2013 bi tbissima li tizgurana li hu dejjem mag\u0127na u li j\u0127obbna mmensament.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: right;\"><em>Dan l-artiklu nkiteb meta Fr. Ray Francalanza osa<br \/>kien Kappillan fil-Parroc\u010ba Santu Wistin il-Belt Valletta.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Peress li din il-kitba ti\u0121I f\u2019idejkom fi \u017cmien il-Milied, \u0127sibt li naqsam mag\u0127kom xi \u0127sibijiet dwar din il-\u0121rajja li g\u0127alija \u2013 hi u t-tifsira tag\u0127ha \u2013 huma g\u0127al qalbi mmens.<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":6030,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[94],"tags":[],"class_list":["post-242","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ray-francalanza-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=1024%2C576&ssl=1",1024,576,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=900%2C506&ssl=1",900,506,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=768%2C432&ssl=1",768,432,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=1024%2C576&ssl=1",1024,576,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=1024%2C576&ssl=1",1024,576,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?fit=1024%2C576&ssl=1",1024,576,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2017\/02\/Nativity-set-showing-the-history-of-Christmas-1024x576.jpg.optimal.jpg?resize=600%2C576&ssl=1",600,576,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Super User","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/allaccess\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Peress li din il-kitba ti\u0121I f\u2019idejkom fi \u017cmien il-Milied, \u0127sibt li naqsam mag\u0127kom xi \u0127sibijiet dwar din il-\u0121rajja li g\u0127alija \u2013 hi u t-tifsira tag\u0127ha \u2013 huma g\u0127al qalbi mmens.","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/242","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=242"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/242\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6030"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=242"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=242"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=242"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}