{"id":234,"date":"2017-02-17T14:19:41","date_gmt":"2017-02-17T13:19:41","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli\/esperjenza-vokazzjonali-ftit-aktar-fit-tul-2\/"},"modified":"2017-02-17T14:19:41","modified_gmt":"2017-02-17T14:19:41","slug":"esperjenza-vokazzjonali-ftit-aktar-fit-tul-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli\/esperjenza-vokazzjonali-ftit-aktar-fit-tul-2\/","title":{"rendered":"Esperjenza vokazzjonali ftit aktar fit-tul"},"content":{"rendered":"<p><strong><em>X\u2019tixtieq minn \u0127ajtek? Kif timmagina lilek innifsek fi \u017cmien 5 jew 10 snin o\u0127ra?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>Dawn kieku \u017cew\u0121 mistoqsijiet li nista\u2019 ng\u0127id li \u010baqalquni meta kont affrontat bihom. Kienu \u017cew\u0121 mistoqsijiet li l-img\u0127allem tieg\u0127i fuq il-post tax-xog\u0127ol kien staqsieni waqt business-meeting u evalwazzjoni personali. Kieku mistoqsijiet li ftit \u0127sibt fuqhom u allura injorajthom.<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Niftakar li jien ma kontx kapa\u010bi nirrispondi g\u0127alihom. Kont qed ng\u0127ix fuq il-qoxra u mhux fil-qalba tal-\u0127ajja li Alla tani u li jien responsabli ta\u2019 din il-\u0127ajja, kif g\u0127extha u kif kont ta\u2019 \u0121id g\u0127all-\u0127addie\u0127or.\u00a0<\/p>\n<p>Meta n\u0127ares lura, kien minn dan il-punt li jien bdejt infittex aktar. Meta kelli 15-il sena, patri mill-Parro\u010b\u010ba tieg\u0127i, ta\u2019 Burmarrad, waqt live-in ma\u017c-\u017cag\u0127\u017cag\u0127, kien g\u0127amilli l-mistoqsija diretta jekk Alla hux qed isejja\u0127li. Jien we\u0121ibtu le, u g\u0127alkemm kont \u0127sibt fuqha g\u0127al xi ftit jiem, pero injorajtha kompletament. Imbag\u0127ad d\u0127alt sixth-form u wara bdejt kors ta\u2019 5 snin fl-Universita ta\u2019 Malta, fl-accountancy, fejn minn hemm spi\u010b\u010bajt il-kors u b\u2019su\u010b\u010bess, minkejja xi diffikultajiet. Sa dan it-tant, komplejt nkunu nvolut f\u2019g\u0127ajnuniet u volontarjat fil-parro\u010b\u010ba tieg\u0127i f\u2019Burmarrad, fejn kont attiv \u0127afna, u kien mument li g\u0127ini \u0127afna. Dan ma jfissirx li kont xi wie\u0127ed li kuljum quddiesa u talb&#8230;xejn minn dan! Kont nattendi l-quddiesa l-\u0126add, g\u0127alkemm kien hemm ukoll \u017cmien fejn ma kontx nattendi. Sa dan it-tant wara li spi\u010b\u010bajt il-kors l-Universita, bdejt na\u0127dem ma\u2019 kumpanija internazzjonali tal-awdituri, KPMG, fejn kont iddedikat f\u2019xog\u0127oli. Kien wara xi sentejn mal-kumpanija, li dan l-img\u0127allem tieg\u0127i tax-xog\u0127ol waqt \u0127afna diskussjonijiet kien qalli biex immur na\u0127dem tlett xhur l-Ingilterra, wara li sena qabel kont di\u0121a\u2019 g\u0127amilt gimg\u0127atejn esperjenza o\u0127ra ta\u2019 xog\u0127ol fl-Ingilterra. Kien waqt dan il-mument li staqsieni dawk i\u017c-\u017cew\u0121 mistoqsijiet! Ta\u2019 min ig\u0127id li dan l-img\u0127allem kellu l-istorja partikolari tieg\u0127u u g\u0127alkemm illum mejjet, u miet \u017cg\u0127ir b\u2019marda tal-kancer, pero Alla nqeda b\u2019dan il-persuna biex wassalli messa\u0121\u0121.<\/p>\n<p>Wara dan, f\u2019Novembru 2004 mort g\u0127all-tlett xhur l-Ingilterra fuq xog\u0127ol, u lejliet li tlaqt il-kappillan tal-parro\u010b\u010ba tieg\u0127i kien irregalali l-Bibbja bil-Malti li kienet g\u0127adha kif \u0121iet ippubblikata, u g\u0127idt, \u201cu iva mal-\u0127afna affarijiet li \u0127adt, nie\u0127u din ukoll!\u201d U \u0127addtha mieg\u0127i, bil-\u0127sieb li probabli mhux ser ikolli \u010bans naqra minnha! Ta\u2019 min ig\u0127id ukoll li ftit xhur qabel, f\u2019April 2004 kont mort l-fiera tal-ivja\u0121\u0121ar f\u2019Malta, u kien hemm grupp ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mill-AMIGOS, li kienu qed iqassmu karti u leaflets u ji\u0121bru xi donazzjonijiet. Jien kont \u0127adt il-leaflet li qassmu u g\u0127alkemm kont nixtieq li nistaqsihom fuq l-esperjenza li kienu sejrin jag\u0127mlu l-Bra\u017cil, kont b\u017cajt u ma staqsejt xejn. Insomma, din il-karta waddabtha mal-karti l-o\u0127ra li \u0121bart f\u2019din il-fiera, u ma nafx kif dan il-leaflet \u0127allejtu fil-karozza. F\u2019Lulju 2004, kont wasalt qabel g\u0127ax-xog\u0127ol, g\u0127and il-klijent (peress li kont dejjem indur minn post g\u0127all-ie\u0127or), u waqt li qg\u0127adt nistenna ftit, re\u0121g\u0127et \u0121iet f\u2019idejja l-leaflet li kont \u0127allejt fil-karozza, u qrajt l-esperjenzi ta\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li kienu telg\u0127in il-Bra\u017cil. Dak in-nhar filg\u0127axija dde\u010bidejt li nikteb email lil persuna ngarigat (Fr Mario Abela) (li ma kontx nafu) u nistaqsiha biex nitkellmu ftit u tg\u0127idli fuq din l-esperjenza u x\u2019tinvolvi etc. Kienet esperjenza li dejjem xtaqt nag\u0127mel. L-email bg\u0127attha, pero risposta ma kellix! Ta\u2019 xejn, mela! Wara kelli nkun naf li l-persuna kien qed il-Bra\u017cil ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u meta wasal lura Malta, g\u0127all-a\u0127\u0127ar ta\u2019 Awwissu \u010bempilli, u jien in\u017certajt li kont imsiefer fuq holiday. Ftehmna biex in\u010bempillu meta nasal lura. \u010aempiltlu u wara xi laqg\u0127at kont idde\u010bidejt li nag\u0127mel din l-esperjenza missjunarja mal-agostinjani (li qabel ma kontx smajt bihom!)<\/p>\n<p>Sa dan it-tant mort l-esperjenza ta\u2019 xog\u0127ol l-Ingilterra. Kont qed ng\u0127ix wa\u0127di, u hemm kelli \u0127afna \u0127in biex na\u0127seb u \u0127afna \u0127in g\u0127alija. Kien hemm li bdejt naqra xi siltiet mill-Bibbja u anke xi salmi u \u0127assejthom qed ikellmuni u qed ng\u0127ixhom. Bdew \u0121ejjin \u0127afna mistoqsijiet! Intant, f\u2019Jannar 2005 kien hemm laqg\u0127a ta\u2019 talb g\u0127all-g\u0127aqda tal-Knejjes Nsara f\u2019Londra, bejn il-Kattoli\u010bi, Protestanti u Anglikani. U jien kont mort weekend Londra biex nisma\u2019 t-talks u nipparte\u010bipa fl-attivitajiet. Kien waqt wa\u0127da minn dawn it-ta\u0127didiet, li fihom kien hemm Abbati ta\u2019 monasteru fl-Italja li kien qed ig\u0127ati din it-ta\u0127dida u li hu kien qed jitkellem bit-Taljan u jkun hemm traduzzjoni bl-Ingli\u017c; u allura l-messa\u0121\u0121 smajtu drabtejn. U l-messa\u0121\u0121 kien: x\u2019qed tfittex f\u2019\u0127ajtek? X\u2019tixtieq? Int kuntent bil-\u0127ajja tieg\u0127ek? Qed t\u0127alli lil Alla jkellmek? u messa\u0121\u0121i simili, li kienu messa\u0121\u0121i li laqtu l-musmar fuq rasu, anke meta ftit qabel kif semmejt kont affa\u010b\u010bjat bil-mistoqsijiet li kelli mill-img\u0127allem tax-xog\u0127ol! Iktar mistoqsijiet, u anke ta\u0127wid!\u00a0<\/p>\n<p>In\u017cilt lura Malta, u xorta bqajt b\u2019\u0127afna mistoqsijiet u ta\u0127wid f\u2019mo\u0127\u0127i, u meta n\u017cilt lura Malta kelli 4 xhur preparazzjoni biex f\u2019Lulju 2005 immur l-Bra\u017cil g\u0127al seba\u2019 gimg\u0127at. Kont bqajt nattendi g\u0127all-preparazzjonijiet g\u0127all-esperjenza missjunarja, b\u2019\u0127afna attivitajiet ta\u2019 formazzjoni, ta\u2019 fundraising activities, etc\u2026u wkoll bqajt involut fil-parro\u010b\u010ba tieg\u0127i! Kien hemm mument meta l-kappillan tal-parro\u010b\u010ba g\u0127amilli l-mistoqsija diretta, <em>Forsi Alla qed isejja\u0127lek<\/em>! U jien we\u0121ibtlu, iva, le, ma nafx, itlaq minn quddiemi ja xitan! Kelli \u0127ames snin kors universita, kwa\u017ci tlett snin xog\u0127ol, karriera, prospettivi etc u \u017cgur ma xtaqtx li nieqaf minnhom. Ma tarax li \u0127a j\u0127awwadni! Tant hu hekk, li minn mindu kont \u017cg\u0127ir, waqt it-talba ta\u2019 Santu Wistin, Lilek biss in\u0127obb Mulej, li tinsab fuq il-kotba tal-kant tal-quddiesa, waqt il-fra\u017ci nitolbok Mulej, ikkmandani dak li trid int, kont nieqaf u ma nitlobiex! Injorajt kollox u bqajt g\u0127addej b\u2019\u0127ajti.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad ftit qabel ma tlaqna l-Bra\u017cil, g\u0127idt lil \u017cew\u0121t i\u0127bieb tieg\u0127i li konna ser nitilg\u0127u flimkien, minn dak li g\u0127addej, u ma kont kellimt li \u0127add iktar. Ridt nitla\u2019 l-esperjenza missjunarja fil-Bra\u017cil, b\u2019\u0127afna ftu\u0127 g\u0127al dak li jista\u2019 ji\u0121ri. Hemmhekk, wara xi \u017cmien kont kellimt lil Fr li kien qed jie\u0127u \u0127sieb din l-esperjenza u semmejtlu xi \u0127a\u0121a\u2026pero ma qalli xejn!! Pero, wara ndunajt li kien qed ja\u0127dem minn ta\u0127t!! Waqt mument rilassanti fil-Bra\u017cil, ma\u017c-\u017cew\u0121t i\u0127bieb tieg\u0127i, u Fr Mario u patri ie\u0127or malti (Fr Adeodato) li kien l-Bra\u017cil u li kien mag\u0127na, dar id-diskors g\u0127al fuqi u jien we\u0121ibt li jag\u0127mel Alla, jara Hu! Pero, hemmhekk qaluli li jien ridt nidde\u010biedi! U qaluli \u201cEjja u Ara\u201d\u2026.u qaluli bl-opportunita li nkompli bix-xog\u0127ol tieg\u0127i u fl-istess \u0127in nibda xi esperjenzi fil-komunita\u2019 fir-Rabat \u2013 kunvent li qatt ma mort! G\u0127alija dik il-fra\u017ci, Ejja u Ara (li wara sirt naf li kienet mill-Evanan\u0121elju skont San \u0120wann), kienet laqtitni ferm, u kienet solvit xi diffikultajiet li kelli! A\u010b\u010bettajt u gimg\u0127atejn wara li n\u017cilt lura mill-Bra\u017cil kont qed nitkellem mal-Fr Josef, li kien involut fil-vokazzjonijiet. Persuna li qatt ma ltaqt mieg\u0127u u f\u2019post \u0121did! Xi xahar wara bdejn \u0121img\u0127a esperjenza ta\u2019 dixxerniment fil-komunita fir-Rabat, u mbag\u0127ad xi esperjenzi o\u0127ra ta\u2019 gimg\u0127atejn jew aktar fil-komunita fir-Rabat, u anke esperjenza ta\u2019 tlett xhur fl-istess komunita.\u00a0<\/p>\n<p>Sa dan it-tant bqajt na\u0127dem, u l-intoppi bdew \u0121ejjin, xog\u0127ol beda ji\u017cdied, opportunitajiet g\u0127al \u0127olm ta\u2019 xog\u0127ol kien beda \u0121ej! Pero quddiemi kelli g\u0127a\u017cla li nie\u0127u de\u010bissjoni! X\u2019inrid f\u2019\u0127ajti u kif rrid ng\u0127ix \u0127ajti to the full, billi nag\u0127mel ir-rieda t\u2019Alla. F\u2019Lulju 2006, waqaft mix-xog\u0127ol tieg\u0127i b\u0127ala awditur wara perjodu ta\u2019 4 snin, u minn hemm bdejt l-avventura fil-Mulej bil-prenovizzjat, novizzjat etc. Hija mixja; mixja ta\u2019 kuljum fi tfixxija g\u0127al Alla flimkien ma\u2019 persuni o\u0127ra fil-komunita u ma\u2019 esperjenzi li niltaqa\u2019 mag\u0127hom ta\u2019 kuljum, u bi twe\u0121iba kontinwa ta\u2019 kuljum f\u2019dan il-vja\u0121\u0121 ta\u2019 fidi, tama u m\u0127abba, g\u0127aliex qalbna ma ssibx kwiet qabel ma tistrie\u0127 fik. (fra\u017ci famu\u017ca ta\u2019 S. Wistin, pero li fiha \u0127afna x\u2019tog\u0127mod u ti\u0121bor l-persuna umana kollha).<\/p>\n<p><strong><u>Kif in\u0127ares lejn is-sej\u0127a tas-sa\u010berdozju<\/u><\/strong><\/p>\n<p>Is-sej\u0127at li jag\u0127mel Alla huma sej\u0127at ta\u2019 kuljum u mhux ta\u2019 darba biss. G\u0127alkemm \u017cmien ilu, l-ma\u0127bub Alla, g\u0127amilli din is-sej\u0127a, huwa ta\u2019 kuljum ikompli jag\u0127mel din is-sej\u0127a u din f\u2019ambjent partikolari, fil-ka\u017c tieg\u0127i, is-sej\u0127a tas-sa\u010berdozju fl-Ordni Agostinjan, f\u2019mixja wara \u0120esu, fuq il-passi ta\u2019 Santu Wistin.<\/p>\n<p>Nara s-sej\u0127a b\u0127ala<\/p>\n<p>biex inkun il-bniedem t\u2019Alla u f\u2019Alla<\/p>\n<p>biex inkun il-bniedem g\u0127all-Knisja fid-dinja tallum<\/p>\n<p>biex inkun il-bniedem g\u0127all-bnedmin li donnhom bla kwiet ifittxu l-mistrie\u0127<\/p>\n<p>u dan kollu g\u0127ax insir nixbah lil Kristu<\/p>\n<p>fejn<\/p>\n<p>qalbi tersaq ma\u2019 Qalbu<\/p>\n<p>qalbi tkun skont Qalbu<\/p>\n<p>\u0127ajti tkun skont \u0126ajtu<\/p>\n<p>u nkun rag\u0127aj fuq l-e\u017cempju tieg\u0127u, ir-Rag\u0127aj it-tajjeb.<\/p>\n<p>L-imma\u0121ini tar-Rag\u0127aj it-Tajjeb hija imma\u0121ini li ti\u0121bor fiha s-sej\u0127a tas-sa\u010berdozju g\u0127aliha, fejn wie\u0127ed jiddjalogu, ikun strument g\u0127al g\u0127aqda u l-unita, ikun pont bejn il-bnedmin.<\/p>\n<p><em>Ftit aktar l-isfel qed ng\u0127addilek talba li fiha hemm \u0121abra kif in\u0127ares lejn is-sej\u0127a tas-sa\u010berdozju.<\/em><\/p>\n<p><strong><u>Messa\u0121\u0121 li nixtieq inwassal<\/u><\/strong><\/p>\n<p><strong><em>G\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127<\/em><\/strong><\/p>\n<p>Quddiem is-sej\u0127a tal-Mulej, ma nib\u017cg\u0127ux&#8230;dan \u0120esu jg\u0127idilna ta\u2019 kuljum (jing\u0127ad li hemm 365 <em>La Tib\u017cg\u0127ux<\/em> fil-Bibbja \u2013 wa\u0127da g\u0127al kuljum)&#8230;u g\u0127alkemm huwa naturali \u0127afna u normali li jkollok dubji, mistoqsijiet, u qalbek tit\u0127awwad fuq is-sej\u0127a, (jien ukoll kelli) madanakollu, ma nib\u017cg\u0127ux nid\u0127lu f\u2019relazzjoni intima ma\u2019 \u0120esu. \u0126ares lejn \u0120esu. \u0126allih i\u0127obbok. Huwa ser issejja\u0127. Is-sorpri\u017ci ta\u2019 Alla huma kontinwi u \u0127afna sbie\u0127. Ippruvah lil Mulej. Int spe\u010bjali f\u2019g\u0127ajnejh! Mulej, qalbna ma issibx kwiet jekk ma tistrie\u0127x fik&#8230;u din mhux biss hija l-qalb tieg\u0127i biss imma b\u0127ala komunita, g\u0127aliex qalbna ma tistrie\u0127x, u g\u0127alhekk hemm dik it-tfixxija kontinwa g\u0127all-Verita\u2019, f\u2019dixxerniment kontinwu.<\/p>\n<p><strong><em>G\u0127all-\u0121enituri<\/em><\/strong><\/p>\n<p>Akkumpanjaw li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-mixja tag\u0127hom ta\u2019 kuljum u fil-mixja ta\u2019 fidi. Kunu qribhom. U wkoll itolbu \u0127afna g\u0127alihom, biex dak li hemm fil-qalb tag\u0127hom jo\u0127ro\u0121, u jatu ka\u017c ta\u2019 dak kollu, u jwie\u0121bu g\u0127al dak li jo\u0121g\u0127ob lil Alla. B\u0127ala \u0121enituri u persuni adulti inkunu nies ta\u2019 fidi, nies li qeg\u0127din f\u2019mixja ta\u2019 fidi, minkejja d-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet tag\u0127na, biex hekk to\u0127ro\u0121 il-vokazzjoni. Nakkumpanjaw f\u2019kull sitwazzjoni li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u nin\u017clu fil-fond tal-affarijiet li qeg\u0127din jg\u0127ixu fihom, g\u0127ax fil-profond hemm l-ispirtu ta\u2019 Alla, hemm il-Verita.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>X\u2019tixtieq minn \u0127ajtek? Kif timmagina lilek innifsek fi \u017cmien 5 jew 10 snin o\u0127ra? Dawn kieku \u017cew\u0121 mistoqsijiet li nista\u2019 ng\u0127id li \u010baqalquni meta kont affrontat bihom. Kienu \u017cew\u0121 mistoqsijiet li l-img\u0127allem tieg\u0127i fuq il-post tax-xog\u0127ol kien staqsieni waqt business-meeting u evalwazzjoni personali. Kieku mistoqsijiet li ftit \u0127sibt fuqhom u allura injorajthom.<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":5603,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[96],"tags":[],"class_list":["post-234","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-david-cortis-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?fit=651%2C869&ssl=1",651,869,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2024\/03\/santiago.jpg?resize=600%2C600&ssl=1",600,600,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Super User","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/allaccess\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"X\u2019tixtieq minn \u0127ajtek? Kif timmagina lilek innifsek fi \u017cmien 5 jew 10 snin o\u0127ra? Dawn kieku \u017cew\u0121 mistoqsijiet li nista\u2019 ng\u0127id li \u010baqalquni meta kont affrontat bihom. Kienu \u017cew\u0121 mistoqsijiet li l-img\u0127allem tieg\u0127i fuq il-post tax-xog\u0127ol kien staqsieni waqt business-meeting u evalwazzjoni personali. Kieku mistoqsijiet li ftit \u0127sibt fuqhom u allura injorajthom.","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/234","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=234"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/234\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/5603"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=234"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=234"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=234"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}