{"id":232,"date":"2017-02-17T14:27:02","date_gmt":"2017-02-17T13:27:02","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/peter-paul-cachia-riflessjonijiet-u-artikli\/l-agostinjani-identita-2\/"},"modified":"2017-02-17T14:27:02","modified_gmt":"2017-02-17T14:27:02","slug":"l-agostinjani-identita-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/peter-paul-cachia-riflessjonijiet-u-artikli\/l-agostinjani-identita-2\/","title":{"rendered":"L-Agostinjani: identit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p><strong>Minn Patri Peter Paul Cachia &#8211; Agostinjan <\/strong><\/p>\n<p>Nissej\u0127u Agostinjani jew Patrijiet ta\u2019 Santu Wistin. Huwa isem li ereditajna ming\u0127and il-Missier tag\u0127na Santu Wistin u j\u0121orr mieg\u0127u passat mill-isba\u0127, pre\u017cent mimli sfidi u futur kollu<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>tama! L-Ordni ta\u2019 Santu Wistin huwa wie\u0127ed mill-ordnijiet reli\u0121ju\u017ci mendikanti g\u0127as-servizz tal-Evan\u0121elju ta\u2019 Sidna \u0120es\u00f9 Kristu. Il-missjoni tag\u0127na b\u0127ala Ordni reli\u0121ju\u017c fil-Knisja Kattolika hija li nag\u0127tu xhieda tal-im\u0127abba ta\u2019 Alla lejn il-bniedem permezz tal-\u0127ajja ta\u2019 flimkien f\u2019komunitajiet ta\u2019 a\u0127wa, mibnija fuq il-\u0127biberija spiritwali u l-qsim tal-esperjenza tal-fidi. Permezz tal-weg\u0127diet tal-kastit\u00e0, faqar u ubbidjenza nimpenjaw rwie\u0127na f\u2019konsagrazzjoni li Alla sej\u0127ilna g\u0127aliha g\u0127as-servizz tal-Knisja fid-diversi ministeri li hi tafdalna f\u2019idejna fi \u017cminijiet u postijiet differenti.<\/p>\n<p>L-ideal tag\u0127na kien imfassal minn Santu Wistin, li wara l-konver\u017cjoni tieg\u0127u xtaq li jg\u0127ix il-fidi f\u2019komunjoni ma\u2019 o\u0127rajn, fejn \u0127add ma jkollu xejn tieg\u0127u i\u017cda kollox jinqasam bejn l-a\u0127wa skont il-\u0127tie\u0121a ta\u2019 kull wie\u0127ed. G\u0127al dan il-g\u0127an huwa waqqaf monasteri ta\u2019 r\u0121iel u nisa. Kiteb ukoll Regola g\u0127al dawn il-qaddejja ta\u2019 Alla u fiha \u0121abar il-prin\u010bipji fundamentali tal-\u0127ajja tag\u0127na sabiex inkunu nistg\u0127u ng\u0127ixu l-Evan\u0121elju fuq l-istil tal-ewwel komunit\u00e0 ta\u2019 \u0120erusalemm, hekk kif insibu fl-Atti tal-Appostli (2, 4-5):<\/p>\n<p>\u201cDawk kollha li kienu jemmnu kienu \u0127a\u0121a wa\u0127da, u kienu jaqsmu kollox bejniethom, ibig\u0127u \u0121idhom u kulma kellhom u jqassmu d-d\u0127ul bejn kul\u0127add, skont il-\u0127tie\u0121a ta\u2019 kull wie\u0127ed. U kuljum kienu jmorru fit-tempju flimkien, jaqsmu l-\u0127ob\u017c fi djarhom, u jissie\u0127bu fl-ikel bi qlub fer\u0127ana u safja.\u201d<\/p>\n<p>Mal-mewt ta\u2019 Santu Wistin, u i\u017cjed u i\u017cjed bil-persekuzzjoni tal-Vandali, il-pre\u017cenza ta\u2019 monasteri ta\u2019 din il-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca nsibuha f\u2019diversi pajji\u017ci. Possidju, u isqfijiet o\u0127ra kienu \u0121ew e\u017ciljati mill-Vandali fis-sena 437. Dawn is-segwa\u010bi tal-kbir Duttur, kull fejn kienu jirfsu kienu jwaqqfu monasteri. San Ful\u0121ens jitlaq mill-Afrika u jmur Sardenja, San Gawdjus imur Napli, Sant\u2019Ew\u0121enju fi Franza, San Donat fi Spanja, u o\u0127rajn. Ma\u2019 dan nistg\u0127u n\u017cidu t-tradizzjoni tal-Isqof Russinjanu f\u2019G\u0127awdex fis-sena 438.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u ng\u0127idu u ming\u0127ajr ebda dubju, li l-preservazzjoni tal-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca Agostinjana ma tikkonsistix f\u2019kontinwit\u00e0 storika, li qatt ma tista\u2019 ti\u0121i ppruvata, imma nsibuha fl-influwenza tal-Regola ta\u2019 Santu Wistin, li approfitta minnha wkoll San Benedittu, u li nkomplu naraw ir-rifless tag\u0127ha fi\u010b-\u010bpar tal-Medju Evu.<\/p>\n<p>Fis-seklu XIII, \u017cmien ta\u2019 taqlib u tibdiliet kbar fil-Knisja u fis-so\u010bjet\u00e0, fil-foresti tat-Toskana tal-Italja \u010bentrali kienu jg\u0127ixu diversi eremiti, \u0127afna drabi f\u2019komunitajiet \u017cg\u0127ar u f\u2019\u0127ajja ta\u2019 penitenza u kontemplazzjoni, mhux nieqsa minn impenn b\u2019risq il-poplu ta\u2019 Alla. Dawn l-a\u0127wa xtaqu jag\u0127tu aktar sehem fil-\u0127idma tal-Knisja. Erbg\u0127a minnhom Fra Stiefnu ta\u2019 Cataste, Fra Hugo ta\u2019 Corbaria, Fra Gwido ta\u2019 Rosa u Fra Pietru ta\u2019 Lupocavo esponew l-istil ta\u2019 \u0127ajjithom lill-Papa. Fl-1244 il-Papa Inno\u010benz IV \u0121abarhom flimkien u tahom ir-Regola ta\u2019 Santu Wistin, skont ix-xewqa tag\u0127hom ta\u0127t il-Protettur tal-Kardinal Annibaldi. Hekk twaqqaf l-Ordni tal-A\u0127wa Eremiti ta\u2019 Santu Wistin. Sa mill-bidu, flimkien mal-ispirtu kontemplattiv u komunitarju, dawn ir-reli\u0121ju\u017ci ng\u0127ataw g\u0127all-istudju u l-\u0127idma appostolika. Fl-1256 il-Papa Alessandru IV g\u0127aqqad mal-grupp ewlieni diversi gruppi o\u0127rajn u ried li l-Agostinjani jie\u0127du stil ta\u2019 \u0127ajja ta\u2019 Ordni mendikanti. Dawn l-Ordnijiet mendikanti kienu jibba\u017caw il-\u0127ajja tag\u0127hom fuq il-valur tal-faqar komunitarju u personali, kienu jiddependu mill-karit\u00e0 u organizzati fi struttura \u010bentralizzata.<\/p>\n<p>G\u0127alhekk, flimkien mar-Regola ta\u2019 Santu Wistin, li hija l-mappa li fuqha nippruvaw ng\u0127ixu l-Evan\u0121elju, in\u0127addnu wkoll l-g\u0127ajxien tal-Kostituzzjonijiet: normi ta\u2019 \u0127ajja li jadattaw l-ideal Agostinjan g\u0127a\u017c-\u017cminijiet u kulturi differenti skont it-tradizzjoni tal-Ordni. Dawn in-normi jitolbu li jkun elett Pirjol \u0120enerali li jkun is-sinjal u promotur prin\u010bipali tal-unit\u00e0 bejn l-a\u0127wa.<\/p>\n<p>Biex ng\u0127idu hekk, l-Ordni ta\u2019 Santu Wistin huwa bba\u017cat fuq \u017cew\u0121 sisien: il-wirt li \u0127alliena Santu Wistin spe\u010bjalment l-Isem, ir-Regola u l-Ispiritwalit\u00e0, u s-sej\u0127a li l-Knisja g\u0127amlitilna fi \u0127dan il-Moviment Mendikanti g\u0127as-servizz tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Mis-seklu XIII \u2019il quddiem l-Ordni ta\u2019 Santu Wistin kompla jikber u jinfirex mad-dinja kollha. Illum jinsab f\u2019aktar minn 40 pajji\u017c differenti fil-kontinenti kollha u jg\u0127odd madwar 2,800 reli\u0121ju\u017c. Matul i\u017c-\u017cmien li l-Knisja bdiet il-missjonijiet kbar, l-Agostinjani kienu pijunieri f\u2019dan il-qasam flimkien ma\u2019 Ordnijiet u Istituti o\u0127ra li avventuraw f\u2019pajji\u017ci mbieg\u0127da biex iwasslu l-Bxara t-Tajba u jwaqqfu l-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca. Dan g\u0127amluh fl-Ewropa, fl-Amerka ta\u2019 Fuq u fl-Amerka Latina, fl-Afrika, fil-\u0120appun, fil-Persja, fl-Indja u fi\u010b-\u010aina. L-Agostinjani kienu fost dawk li waqqfu Universitajiet fid-Dinja l-\u0120dida u kienu l-ewwel missjunarji fil-Filippini.<\/p>\n<p>Ma\u2019 dawn, jag\u0127mlu parti mill-Familja kbira Agostinjana hemm ukoll is-Sorijiet Agostinjani ta\u2019 \u0127ajja kontemplattiva, is-Sorijiet Agostinjani ta\u2019 \u0127ajja attiva u l-Laj\u010bi Agostinjani li jimpenjaw ru\u0127hom li jg\u0127ixu l-valuri u l-ispiritwalit\u00e0 Agostinjana fl-ambjenti fejn jg\u0127ixu u ja\u0127dmu.<\/p>\n<p>Wara isimna n\u0121ibu l-inizjali O.S.A. (Ordinis Sancti Augustini) g\u0127aliex l-isem uffi\u010bjali tag\u0127na huwa Ordni ta\u2019 Santu Wistin. L-arma tal-Ordni, simbolu tag\u0127na li fih mi\u0121bur l-essenzjal tal-ispirtu ta\u2019 Santu Wistin, hija mag\u0127mula minn qalb im\u0127e\u0121\u0121a minfuda mill-vle\u0121\u0121a tal-im\u0127abba fuq sfond ta\u2019 ktieb miftu\u0127 li jirrappre\u017centa l-Kelma ta\u2019 Alla. Il-libsa reli\u0121ju\u017ca tag\u0127na, sinjal tal-konsagrazzjoni u l-appartenenza tag\u0127na fl-Ordni, hija mag\u0127mula minn tonika sewda (jew bajda) b\u2019kappo\u010b\u010b u \u010bintura tal-\u0121ild b\u0127ala \u0127\u017ciem.<\/p>\n<p>L-Agostinjani \u0121ew f\u2019Malta lejn it-tmiem tas-seklu XIV u matul aktar minn 600 sena ta\u2019 storja, impenjaw rwie\u0127hom f\u2019\u0127afna oqsma g\u0127all-\u0121id tal-bniedem ta\u2019 kull \u017cmien u sitwazzjoni so\u010bjali.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Minn Patri Peter Paul Cachia &#8211; Agostinjan Nissej\u0127u Agostinjani jew Patrijiet ta\u2019 Santu Wistin. Huwa isem li ereditajna ming\u0127and il-Missier tag\u0127na Santu Wistin u j\u0121orr mieg\u0127u passat mill-isba\u0127, pre\u017cent mimli sfidi u futur kollu<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":2754,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[99],"tags":[],"class_list":["post-232","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-peter-paul-cachia-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=694%2C361&ssl=1",694,361,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=300%2C156&ssl=1",300,156,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=694%2C361&ssl=1",694,361,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=694%2C361&ssl=1",694,361,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=694%2C361&ssl=1",694,361,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?fit=694%2C361&ssl=1",694,361,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?resize=400%2C361&ssl=1",400,361,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/Valletta.png?resize=600%2C361&ssl=1",600,361,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Super User","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/allaccess\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"Minn Patri Peter Paul Cachia &#8211; Agostinjan Nissej\u0127u Agostinjani jew Patrijiet ta\u2019 Santu Wistin. Huwa isem li ereditajna ming\u0127and il-Missier tag\u0127na Santu Wistin u j\u0121orr mieg\u0127u passat mill-isba\u0127, pre\u017cent mimli sfidi u futur kollu","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/232","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=232"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/232\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2754"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=232"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=232"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=232"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}