{"id":230,"date":"2017-02-17T14:29:49","date_gmt":"2017-02-17T13:29:49","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/malti\/riflessjonijiet-u-artikli\/raphael-abdilla-riflessjonijiet-u-artikli\/l-agostinjani-f-malta-2\/"},"modified":"2017-02-17T14:29:49","modified_gmt":"2017-02-17T14:29:49","slug":"l-agostinjani-f-malta-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/riflessjonijiet-u-artikli\/raphael-abdilla-riflessjonijiet-u-artikli\/l-agostinjani-f-malta-2\/","title":{"rendered":"L-AGOSTINJANI F\u2019MALTA"},"content":{"rendered":"<p><strong>200 Sena: \u0126ajja ta\u2019 Flimkien u ta\u2019 Qadi<\/strong><\/p>\n<p>Kien lejn it-tmien tas-Seklu XIV fejn l-Agostinjani jaslu g\u0127all-ewwel darba f\u2019pajji\u017cna u kien biss fl-14 ta\u2019 Settembru tas-sena 1817 meta uffi\u010bjalment titwaqqaf il-Provin\u010bja Agostinjana<\/p>\n<p><!--more--><\/p>\n<p>Maltija. Snin twal ta\u2019 \u0127afna a\u0127wa li g\u0127exu flimkien f\u2019komunitajiet differenti biss dejjem b\u2019ideal wie\u0127ed mibni fuq il-Kelma ta\u2019 Alla: li nkunu qalb wa\u0127da u ru\u0127 wa\u0127da bejnietna mag\u0127qudin f\u2019Alla. Dan kien ukoll l-g\u0127an ewlieni li fis-Seklu IV Wistin ta\u2019 Hippona beda ji\u0121bor ir\u0121iel mieg\u0127u biex flimkien ikunu dan is-sinjal tal-g\u0127aqda fil-Knisja u g\u0127all-Knisja. Minkejja l-firdiet li minn dejjem kienu pre\u017centi, Alla sej\u0127ilna biex ng\u0127ixu flimkien \u0127alli nkunu dan is-sinjal: f\u2019din ir-realt\u00e0 hekk fra\u0121li li \u0121\u0121orr mag\u0127ha l-g\u0127aqda ta\u2019 bejn il-bnedmin, biss huwa possibli li ng\u0127ixu flimkien mag\u0127qudin. G\u0127aldaqstant, ix-xhieda tag\u0127na l-Agostinjani fid-dinja tal-lum hija mill-aktar attwali u fl-istess waqt kontemporanja u dan g\u0127aliex, te\u0127odna fil-qalba tal-messa\u0121\u0121 tal-Evan\u0121elu u fl-istess waqt, twie\u0121eb bl-iktar mod qawwi g\u0127al wa\u0127da mill-isfidi kbar ta\u017c-\u017cminijiet li ninsabu fihom: l-isfida tal-individwali\u017cmu. Ng\u0127id dan g\u0127aliex ebda bniedem, ebda so\u010bjet\u00e0, ebda komunit\u00e0, ebda familja, u l-knisja fiha nfisha, ma tista\u2019 qatt tg\u0127ix jekk mhux f\u2019komunjoni. Aktar minn 600 sena ta\u2019 pre\u017cenza f\u2019Malta u 200 sena b\u0127ala Provin\u010bja, dan huwa l-aqwa rigal li l-Ordni Agostinjan ta u g\u0127adu jag\u0127ti lill-Knisja u lis-So\u010bjet\u00e0 f\u2019pajji\u017cna: ir-rigal tax-xhieda tal-g\u0127aqda. Il-Kunventi li g\u0127andna, il-Knejjes li fihom naqdu lil tant nies, il-\u0127idmiet li nwettqu ma\u2019 tant persuni, it-tag\u0127lim li nwasslu lil tant tfal permezz tal-iskola, u tant \u0127idmiet o\u0127ra, dawn huma importanti g\u0127alina g\u0127aliex permezz ta\u2019 dawn ir-relazzjonijiet f\u2019pajji\u017cna u barra minn pajji\u017cna stajna u g\u0127adna nistg\u0127u nwettqu parti mill-kari\u017cma tag\u0127na: li nkunu ta\u2019 qadi g\u0127all-o\u0127rajn. Relazzjonijiet b\u0127al dawn li jg\u0127inuna biex no\u0127or\u0121u mill-kunventi tag\u0127na g\u0127all-b\u017connijiet tal-o\u0127rajn. Dan kollu nwettquh bla ma qatt ninsew li a\u0127na wkoll persuni li ng\u0127ixu flimkien, nitolbu flimkien, nieklu flimkien, naqsmu t-toqol u t-tbatijiet ta\u2019 xulxin, persuni li n\u0127ossu u ninkwetaw g\u0127al xulxin, persuni li nifir\u0127u flimkien u b\u2019xulxin, persuni li fil-qalb ta\u2019 kull wie\u0127ed minna hemm sej\u0127a li Kristu nnifsu g\u0127o\u0121bu jag\u0127mel lilna lkoll. Dan kollu jg\u0127inna ta\u2019 kuljum insa\u0127\u0127u fi qlubna l-konsagrazzjoni tag\u0127na lil Alla g\u0127all-qadi tal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p>Qieg\u0127ed insemmi dan kollu g\u0127aliex, a\u0127na l-Agostinjani f\u2019Malta, a\u0127na u ni\u010b\u010belebraw dan il-Bi-\u010aentinarju tal-Provin\u010bja tag\u0127na, ma rridux ni\u010b\u010belebraw biss xi dokument, xi digriet b\u0127ala twaqqif tal-Provin\u010bja Agostinjana Maltija, imma fuq kollox, irridu iva ni\u010b\u010belebraw u nirringrazzjaw lil Alla ta\u2019 tant persuni li g\u0127adhom anke llum \u0121eneru\u017ci mas-sej\u0127a ta\u2019 Alla li g\u0127amlilhom biex flimkien jg\u0127ixu ta\u0127t saqaf wie\u0127ed mag\u0127qudin. U permezz ta\u2019 dan il-fer\u0127 tag\u0127na li rriduh jasal f\u2019widnejn kul\u0127add, l-g\u0127ajta tag\u0127na hija wa\u0127da: huwa possibbli li ng\u0127ixu flimkien mag\u0127qudin.<\/p>\n<p>Sena s\u0127i\u0127a ta\u2019 \u010belebrazzjonijiet u attivitajiet li l-Provin\u010bja Agostinjana ser tkun qed tg\u0127ix biex tfakkar dawn il-200 sena. Fosta dawn l-attivitajiet hemm: fix-xahar ta\u2019 <strong>Settembru<\/strong>: il-ftu\u0127 uffi\u010bjali waqt Quddiesa Solenni mmexxija mill-Provin\u010bjal Patri Raymond Francalanza OSA; <strong>Ottubru<\/strong>: Pellegrina\u0121\u0121 g\u0127as-Santwarju tal-Madonna tal-Mellie\u0127a; Ftu\u0127 tal-post il-\u0121did li l-Provin\u010bja se toffri biex tilqa\u2019 fih persuni refu\u0121jati u persuni o\u0127ra fil-b\u017conn; <strong>Novembru<\/strong>: \u010aelebrazzjoni ta\u2019 Jum il-Vokazzjonijiet u \u0120img\u0127a Vokazzjonali Agostinjana; <strong>Di\u010bembru<\/strong>: Inawgurazzjoni tal-Lapida \u0127dejn is-Salib fil-\u0121nien ta\u2019 quddiem l-Imdina; Inawgurazzjoni tal-<em>Biblical Garden<\/em> fil-<em>Millennium Chapel<\/em>; <strong>Jannar<\/strong>: Mument ta\u2019 talb g\u0127all-g\u0127aqda tal-Insara fil-Parro\u010b\u010ba ta\u2019 Santu Wistin \u2013 Valletta; <em>Djalogi Agostinjani fit-Toroq tal-\u0126ajja<\/em> mill-Eminenza Tieg\u0127u l-Kardinal Gian Franco Ravasi; <strong>Frar<\/strong>: Seminar fuq ir-Regola ta\u2019 Santu Wistin; <strong>Marzu<\/strong>: Pre\u017centazzjoni tal-ktieb tat-tfal dwar il-\u0126ajja ta\u2019 Santu Wistin; <strong>April<\/strong>: Kun\u010bert <em>Oratorio a Sant\u2019 Agostino<\/em> ta\u2019 Mro Domenico Anastasi, ta\u0127t il-Patro\u010binju tal-Eminenza Tieg\u0127u l-Kardinal Prospero Grech OSA; <em>Open weekend<\/em> fil-Kunvent ta\u2019 San Mark \u2013 Rabat; <strong>Mejju<\/strong>: \u017bjara Kanonika tal-Pirjol \u0120enerali tal-Ordni Agostinjan, Padre Alejandro Moral OSA; Festa Titulari ta\u2019 Santu Wistin fil-Parro\u010b\u010ba tal-Belt; <strong>\u0120unju<\/strong>: Festa Familja Agostinjana; <em>Open weekend <\/em>\u00a0fil-Kunvent tag\u0127na tal-Belt; Pre\u017centazzjoni tas-somma mi\u0121bura mill-Provin\u010bja kollha biex jinxtara makkinarju \u0121did fl-Isptar Mater Dei; <strong>Lulju<\/strong>: Esperjenza Missjunarja fil-Kenya; Attivit\u00e0 so\u010bjali g\u0127all-familjari, \u0127bieb u benefatturi; <strong>Awwissu<\/strong>: Festa ta\u2019 Santu Wistin f\u2019G\u0127awdex \u2013 Quddiesa Pontifikal fil-Katidral mmexxija mill-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u Mons Mario Grech; <strong>Settembru<\/strong>: G\u0127eluq uffi\u010bjali tas-Sena Bi-\u010aentinarja \u2013 Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u Mons Ar\u010bisqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Katidral ta\u2019 San \u0120wann.<\/p>\n<p>Hekk g\u0127andna quddiemna \u0127arsa \u0127afifa ta\u2019 xi \u010belebrazzjonijiet li ser isiru matul dan il-\u0120ublew. Ser naqsmu wkoll dan il-fer\u0127 tag\u0127na fuq il-mezzi ta\u2019 komunikazzjoni li g\u0127andna f\u2019pajji\u017cna. Fost l-o\u0127rajn, fuq dan il-\u0121urnal tal-Le\u0127en is-Sewwa, darba kull xahar ser inkunu qed nippubblikaw artiklu b\u2019riflessjonijiet fuq dik li hija Storja Agostinjana, teolo\u0121ija u spiritwalit\u00e0 Agostinjana, attivitajiet so\u010bjali li a\u0127na l-Agostinjani nwettqu fejn ninsabu; riflessjonijiet fuq il-kari\u017cma tag\u0127na; u xejn anqas, kif il-qalb ta\u2019 Santu Wistin g\u0127adha m\u0127e\u0121\u0121a anke llum wara tant eluf ta\u2019 snin li dan il-bniedem kien fostna.<\/p>\n<p>Din il-\u0127e\u0121\u0121a ta\u2019 Santu Wistin, bniedem mimli \u0127olm u \u0127ajja g\u0127all-komunitajiet tieg\u0127u kif ukoll g\u0127all-Knisja, g\u0127enitna biex a\u0127na u nirriflettu fuq il-logo g\u0127al din is-Sena Bi-\u010aentinarja mit-twaqqif tal-Provin\u010bja Agostinjana f\u2019Malta, na\u0127sbu fuq dak li kien dejjem pre\u017centi fil-qalb ta\u2019 Wistin: <strong>FITTIXTEK \u2013 SIBTEK \u2013 \u0126ABBEJTEK<\/strong>. Dawn it-tliet kelmiet li ji\u0121bru u li jdawlu l-\u0127ajja kollha kemm hi ta\u2019 Santu Wistin, il-missier spiritwali tag\u0127na l-Agostinjani, g\u0127enu wkoll biex il-pittur John Martin Borg jo\u0127ro\u0121 din il-pittura li g\u0127andha sens qawwi g\u0127alina lkoll li qeg\u0127din ng\u0127ixu flimkien fuq ir-Regola ta\u2019 Santu Wistin. \u017bew\u0121 \u017cg\u0127a\u017cagh Agostinjani b\u2019Wistin fin-nofs mag\u0127qudin flimkien b\u2019dawk il-fjammi tan-nar li \u0127er\u0121in mill-qalb li fil-logo\/fl-istemma tag\u0127na l-Agostinjani nsibuha dejjem pre\u017centi. F\u2019din il-pittura g\u0127andna dak l-Agostinjan li qieg\u0127ed i\u0127ares lejn idejh vojta&#8230; g\u0127adu ma sabx, biss qieg\u0127ed kontinwament ifittex. L-Agostinjan li g\u0127andu f\u2019idejh dik il-fjamma, simbolu tal-pre\u017cenza ta\u2019 Alla, huwa dak li sab lil min qieg\u0127ed ifittex. It-tielet wie\u0127ed, Wistin innifsu, huwa li g\u0127ex din l-esperjenza, qalbu tixg\u0127el mill-im\u0127abba ta\u2019 Alla, din l-istess im\u0127abba li tilqa\u2019 u tg\u0127aqqad mieg\u0127u lil kull min jing\u0127aqad mieg\u0127u f\u2019din il-mixja lejn Alla. B\u2019idejh miftu\u0127a jfakkarna fi Kristu msallab li jg\u0127idilna li <em>m\u2019hemmx im\u0127abba ikbar minn dik li ting\u0127ata g\u0127al \u0127addie\u0127or<\/em>. Dawn l-ilsna tan-nar li jixeg\u0127lu u jdawlu anke llum lill-qlub tag\u0127na biex i\u017communa flimkien mag\u0127qudin fil-komunitajiet tag\u0127na: xhieda qawwija g\u0127al dawk kollha li jixtiequ u li qeg\u0127din jag\u0127mlu minn kollox biex jg\u0127ixu fl-g\u0127aqda ta\u2019 bejniethom.<\/p>\n<p>\u00a0<\/p>\n<p>Raphael Abdilla OSA<\/p>\n<p>G\u0127al kull tag\u0127rif dwar dan i\u010b-\u010aentinarju tista\u2019 tikteb lil Patri Raymond Francalanza OSA (Pirjol Provin\u010bjali): <a href=\"mailto:rayfrancalanza@outlook.com\">rayfrancalanza@outlook.com<\/a>; jew lil Patri Raphael Abdilla OSA (Segretarju Provin\u010bjali): <a href=\"mailto:raphaelabdillaosa@gmail.com\">raphaelabdillaosa@gmail.com<\/a><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>200 Sena: \u0126ajja ta\u2019 Flimkien u ta\u2019 Qadi Kien lejn it-tmien tas-Seklu XIV fejn l-Agostinjani jaslu g\u0127all-ewwel darba f\u2019pajji\u017cna u kien biss fl-14 ta\u2019 Settembru tas-sena 1817 meta uffi\u010bjalment titwaqqaf il-Provin\u010bja Agostinjana<\/p>\n","protected":false},"author":2,"featured_media":2713,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[101],"tags":[],"class_list":["post-230","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-raphael-abdilla-riflessjonijiet-u-artikli"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=2048%2C1536&ssl=1",2048,1536,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?resize=350%2C350&ssl=1",350,350,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=900%2C675&ssl=1",900,675,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=768%2C576&ssl=1",768,576,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=1200%2C900&ssl=1",1200,900,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=1536%2C1152&ssl=1",1536,1152,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?fit=2048%2C1536&ssl=1",2048,1536,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?resize=400%2C400&ssl=1",400,400,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2023\/06\/OSA-Province.jpg?resize=600%2C600&ssl=1",600,600,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Super User","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/allaccess\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"200 Sena: \u0126ajja ta\u2019 Flimkien u ta\u2019 Qadi Kien lejn it-tmien tas-Seklu XIV fejn l-Agostinjani jaslu g\u0127all-ewwel darba f\u2019pajji\u017cna u kien biss fl-14 ta\u2019 Settembru tas-sena 1817 meta uffi\u010bjalment titwaqqaf il-Provin\u010bja Agostinjana","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/230","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/2"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=230"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/230\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2713"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=230"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=230"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=230"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}