{"id":1067,"date":"2022-12-24T10:16:07","date_gmt":"2022-12-24T10:16:07","guid":{"rendered":"https:\/\/dev.agostinjani.org\/ahbarijiet\/idhol-fik-innifsek-hemm-ser-jitwieled-gesu\/"},"modified":"2022-12-24T10:16:07","modified_gmt":"2022-12-24T10:16:07","slug":"idhol-fik-innifsek-hemm-ser-jitwieled-gesu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/ahbarijiet\/idhol-fik-innifsek-hemm-ser-jitwieled-gesu\/","title":{"rendered":"Id\u0127ol Fik Innifsek \u2013 Hemm Ser Jitwieled \u0120es\u00f9"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127al darb\u2019o\u0127ra qed ni\u010b\u010belebraw il-misteru tat-twelid ta\u2019 Sidna \u0120esu Kristu. Din i\u010b-\u010belebrazzjoni tifta\u0127 kull sena mixja litur\u0121ika \u0121dida bi stedina biex nippreparaw irwie\u0127na, mhux biss biex ni\u010b\u010belebraw it-twelid ta\u2019 \u0120esu, imma aktar minn hekk biex nilqg\u0127uh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Din filfatt mhix esperjenza \u0121dida g\u0127alina imma ssibna kull sena f\u2019\u010birkustanzi u realtajiet differenti minn dawk tas-snin ta\u2019 qabel. L-istedina \u010bentrali tibqa\u2019 dik li naraw kif \u0120es\u00f9 jista\u2019 jag\u0127tina esperjenza li tmiss il-qlub u tnissel serenit\u00e0 u tama fil-mixja tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">I\u017c-\u017cminijiet li qed ng\u0127ixu fihom huma bla dubju ta\u2019 xejn mumenti ta\u2019 tibdil kontinwu, li mhux dejjem inla\u0127\u0127qu mieg\u0127u. G\u0127alina b\u0127ala Knisja, il-missjoni \u010bentrali tibqa\u2019 dik li nwasslu lill-\u0120es\u00f9 u nag\u0127tu xhieda tieg\u0127u, u allura ma naqtg\u0127u qalbna qatt nippromwovu l-\u0127ajja, na\u0127dmu g\u0127all-\u0121ustizzja, insostnu lil min hu mtaqqal, noffru sens lil min i\u0127ossu mitluf, u fuq kollox inxerrdu l-fer\u0127 \u0121enwin. Hekk\u00a0 na\u010b\u010bertaw li dak kollu li a\u0127na nag\u0127mlu jwelled verament lil \u0120es\u00f9 anke jekk dan jitlob minna sforz. It-twelid ta\u2019 \u0120es\u00f9 qatt ma kien wie\u0127ed komdu. Lanqas meta se\u0127\u0127 fil-grotta ta\u2019 Betlehem! Dakinhar il-familja ta\u2019 Marija u \u0120u\u017ceppi \u0127assitha mhux milqug\u0127a; dakinhar kellhom ja\u010b\u010bettaw l-ispazji fqajra ta\u2019 g\u0127ar tal-annimali; dakinhar kellhom jikkuntentaw bil-ftit; imma l-aktar importanti kien li \u0120es\u00f9 twieled!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u2019dawn is-sentimenti a\u0127na msej\u0127a nag\u0127mlu mixja ta\u2019 dixxerniment biex l-ewwel u qabel kollox naraw li \u0120es\u00f9 jitwieled f\u2019qalbna. Imbag\u0127ad irridu anke na\u010b\u010bertaw li, minkejja li kultant in\u0127ossuna nonqsu u \u017c-\u017cmien jibdilna, nibqg\u0127u inkunu b\u2019mod jew ie\u0127or pre\u017cenza li tag\u0127mel differenza fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. Dan jg\u0127odd g\u0127alina kemm fuq livell ta\u2019 xhieda personali imma anke fuq livell ta\u2019 xhieda kollettiva b\u0127ala Agostinjani u b\u0127ala Knisja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-kateke\u017ci tieg\u0127u ta\u2019 dawn l-a\u0127\u0127ar xhur il-Papa Fran\u0121isku qed jitkellem dwar id-dixxerniment. Fl-Udjenza tad-19 ta\u2019 Ottubru 2022, il-Papa g\u0127amel referenza g\u0127all-esperjenza ta\u2019 Santu Wistin u jitkellem dwar l-istorja personali fil-mixja ta\u2019 g\u0127a\u017cliet li wie\u0127ed jag\u0127mel fil-\u0127ajja. \u201cSantu Wistin, fittiex kbir tal-verit\u00e0,\u201d &#8211; jg\u0127idilna l-papa Fran\u0121isku &#8211; fehem li kultant insibu ru\u0127na nfittxu f\u2019toroq \u017cbaljati meta dde\u010bieda li \u00a0\u201cjer\u0121a\u2019 jaqra \u0127ajtu, u nnota fiha l-passi siekta u diskreti, imma in\u010bi\u017civi, tal-pre\u017cenza tal-Mulej. Fi tmiem din il-mixja nnota mistag\u0127\u0121eb: \u2018Inti kont \u0121ewwa fija u jiena \u2019l barra minni nnifsi. Fittixtek hemm barra, u jien, bla sura ta\u2019 xejn, intfajt kollni kemm jien fuq il-\u0127afna suriet sbie\u0127 li int g\u0127amilt. Kont mieg\u0127i, u jien ma kontx mieg\u0127ek\u2019 (<em>Stqarrijiet<\/em>\u00a0X, 27,38). Minn hawn to\u0127ro\u0121 l-istedina tieg\u0127u biex nie\u0127du \u0127sieb tal-\u0127ajja interjuri biex insibu dak li qed infittxu: \u2018Er\u0121a\u2019 id\u0127ol fik innifsek. Fil-bniedem ta\u2019 \u0121ewwa hemm tg\u0127ammar il-verit\u00e0\u2019 (<em>Ir-reli\u0121jon vera<\/em>, XXXIX, 72). Din hi stedina li jiena nag\u0127mel lilkom ilkoll, nag\u0127milha wkoll lili nnifsi: \u2018Er\u0121a\u2019 id\u0127ol fik innifsek. Aqra l-\u0127ajja tieg\u0127ek. Aqra dak li hemm \u0121ewwa fik, kif kienet il-mixja tieg\u0127ek. B\u2019serenit\u00e0. Er\u0121a\u2019 id\u0127ol fik innifsek\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-istejjer tag\u0127na lkoll flimkien jiffurmaw storja ferm akbar, l-istorja tag\u0127na! Nixtieq nawgura minn qalbi li dan il-Milied i\u0121ib mieg\u0127u stedina lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna biex in\u0127arsu lejn l-istorja tag\u0127na u nfittxu li fis-sena l-\u0121dida ninfet\u0127u dejjem aktar g\u0127al mixja ta\u2019 dixxerniment \u0121enwin. Jalla\u00a0 din il-mixja \u017c\u017comm dejjem fi\u010b-\u010bentru lil \u0120es\u00f9 li jag\u0127ti sens lil dak kollu li a\u0127na u li nag\u0127mlu. Huwa hekk biss li quddiem l-sfidi u s-sinjali ta\u017c-\u017cminijiet konvint li \u0120es\u00f9 ser jibqa\u2019 jitwieled g\u0127alina u permezz tag\u0127na jibqa\u2019 jitwieled fil-qlub tal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">P. Leslie Gatt osa<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Pirjol Provin\u010bjali<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127al darb\u2019o\u0127ra qed ni\u010b\u010belebraw il-misteru tat-twelid ta\u2019 Sidna \u0120esu Kristu. Din i\u010b-\u010belebrazzjoni tifta\u0127 kull sena mixja litur\u0121ika \u0121dida bi stedina biex nippreparaw irwie\u0127na, mhux biss biex ni\u010b\u010belebraw it-twelid ta\u2019 \u0120esu, imma aktar minn hekk biex nilqg\u0127uh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Din filfatt mhix esperjenza \u0121dida g\u0127alina imma ssibna kull sena f\u2019\u010birkustanzi u realtajiet differenti minn dawk tas-snin ta\u2019 qabel. L-istedina \u010bentrali tibqa\u2019 dik li naraw kif \u0120es\u00f9 jista\u2019 jag\u0127tina esperjenza li tmiss [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":4,"featured_media":1941,"comment_status":"","ping_status":"","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"_uag_custom_page_level_css":"","site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-4)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[83],"tags":[],"class_list":["post-1067","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-ahbarijiet"],"uagb_featured_image_src":{"full":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=800%2C300&ssl=1",800,300,false],"thumbnail":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?resize=350%2C300&ssl=1",350,300,true],"medium":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=300%2C113&ssl=1",300,113,true],"medium_large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=768%2C288&ssl=1",768,288,true],"large":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=800%2C300&ssl=1",800,300,true],"1536x1536":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=800%2C300&ssl=1",800,300,true],"2048x2048":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?fit=800%2C300&ssl=1",800,300,true],"gform-image-choice-sm":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?resize=300%2C300&ssl=1",300,300,true],"gform-image-choice-md":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?resize=400%2C300&ssl=1",400,300,true],"gform-image-choice-lg":["https:\/\/i0.wp.com\/agostinjani.org\/wp-content\/uploads\/2020\/12\/Crib_800px.jpg?resize=600%2C300&ssl=1",600,300,true]},"uagb_author_info":{"display_name":"Fr Terence Spiteri","author_link":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/author\/frterences\/"},"uagb_comment_info":0,"uagb_excerpt":"G\u0127al darb\u2019o\u0127ra qed ni\u010b\u010belebraw il-misteru tat-twelid ta\u2019 Sidna \u0120esu Kristu. Din i\u010b-\u010belebrazzjoni tifta\u0127 kull sena mixja litur\u0121ika \u0121dida bi stedina biex nippreparaw irwie\u0127na, mhux biss biex ni\u010b\u010belebraw it-twelid ta\u2019 \u0120esu, imma aktar minn hekk biex nilqg\u0127uh fil-\u0127ajja tag\u0127na. Din filfatt mhix esperjenza \u0121dida g\u0127alina imma ssibna kull sena f\u2019\u010birkustanzi u realtajiet differenti minn dawk tas-snin&hellip;","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1067","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/4"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1067"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1067\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1941"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1067"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=1067"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/agostinjani.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=1067"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}