Beatu Elia del Soccorro Nieves - 11 t'Ottubru

Mattew Elija Nieves twieled f’Yuriria (Guananjuato – il-Messiku) minn ġenituri bdiewa, iżda mill-ewwel wera x-xewqa li jsir saċerdot. Meta kellu tnax-il sena missieru ġie maqtul mill-ħallelin u kellu jħalli l-istudju biex jgħin lill-familja.

Fl-1904 għalkemm ma kienx wisq ippreparat u kellu ftit taż-żmien ingħata l-permess biex jidħol fil-kulleġġ ta’ l-Agostinjani ta’ Yuriria. Bi sforz kbir u kuraġġ għeleb id-diffikultajiet kollha sew dawk ta’ l-istudji tas-seminarju li beda meta kellu wieħed u għoxrin sena, kif ukoll nuqqas ta’ flus u ta’ saħħa. B’ringrazzjament lejn il-Madonna li tatu tant għajnuna meta ġie biex jieħu l-voti reliġjużi fl-1911 ħa l-isem ta’ Elija tas-Sokkors.

Sar saċerdot fl-1916 u ħadem f’ħafna postijiet sakemm fl-1921 ġie nominat vigarju tal-parroċċa ta’ La Cañada de Caracheo (Gto) F’dan iċ-ċentru li kien tabilħaqq fqir u ma kienx hemm la servizzi sanitarji u lanqas skola pubblika huwa ħadem bl-għajnuna spiritwali tiegħu. Billi minn meta kien għadu żgħir kien jaf jagħmel xogħol ta’ l-idejn la beża’ mill-bżonnijiet u l-anqas mill-faqar għax dejjem kellu fiduċja sħiħa fil-Providenza.

F’dan iż-żmien twieled il-moviment popolari tal-cristeros, iżda Patri Nieves baqa’ lura minn dan il-moviment rivoluzzjonarju u meta fl-1926 dan il-moviment wasal biex jippersegwita  l-knisja, għalkemm kien timidu minflok li obda għall-ordnijiet tal-gvern tal-belt biex jibqa’ fil-belt huwa mar f’għar viċin għolja u minn hemm kien ċert li seta’ jkompli jgħin il-fidili fir-reliġjon.

Din il-missjoni moħbija baqgħet sejra għal-14-il xahar iżda ltaqa’ ma’ stakkament ta’ suldati li taħt il-libsa ta’ bidwi raw il-libsa sewda li biha kien imur jaqdi l-missjoni pastorali bil-lejl. Wara li staqsewh huwa qal li kien saċerdot u ġie arrestat ma’ żewġ rancheros li offrew li jmorru miegħu. Fl-għodwa tal-1 ta’ Marzu 1928 is-suldati u l-priġunieri telqu lejn iċ-ċentru żgħir ta’ Cortazar. Ma’ l-ewwel waqfa l-kaptan ordna li dawk it-tnejn li kienu marru miegħu jinqatlu. Mat-tieni waqfa il-kaptan qal lill-patri: “Issa jmiss lilek, ħalli naraw jekk il-mewt hix l-istess bħall-quddiesa”. Patri Nieves talab ftit ħin biex jinġabar fit-talb, imbagħad bierek lis-suldati u beda jgħid il-Kredu waqt li kienu qegħdin ilestu l-armi biex jisparawlu. L-aħħar kliem tiegħu kien Viva Kristu Re. Il-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-knisja parrokkjali ta’ Cañada (Gto).

Ġie beatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-12 t’Ottubru 1997.

Fernando Rojo, o.s.a.

NAVARRETE, N. P., OSA., Un mártir agustino de Cristo Rey (Fray E. del S. n.), El Escorial 1942; ID., El Víacrucis de un agustino. Semblanza biográfica del Siervo de Dios R. P. Fr. E. del S. N., OSA., (1882-1928), México 1960 (rist. 1978); Congregatio de Causis Sanctorum, Morelien. Beatificationis seu declarationis martyrii Servi Dei Eliae a Succorsu N. Positio super martyrio, Roma 1993; ID., Relatio et vota Congressus peculiaris super martyrio, Roma 1996; *MARTÍN ABAD , J., E. del S. N., 1882-1928. Agustino, pastor y mártir, Roma 1997. Il breve della beatificazione in ASS. 91 (1999) 153-156 e in AOSA. 49 (1999) 3-5.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.