Programm tas-sena Akkademika tal-Istitut Agostinjan

Kelma mid-Direttur tal-Istitut Agostinjan P. Salvinu Caruana OSA:

Għeżież lkoll!

Nittama li tinsabu tajbin minkejja ċ-ċirkustanzi avversi li ninsabu għaddejjin minnhom.

Bħalma tafu, ma nistgħux nibdew il-lectures fl-Istitut Agostinjan għalissa. Imma ma stajnix ma napprezzawx it-turija ta‘ ħerqa li nfittxu li nibdew minn għadd ġmielu ta‘ parteċipanti tal-korsijiet tagħna. Il-programm ilu mħejji xhur! Kulma kien jonqsu kienu...d-dati!

Issa wara l-konsultazzjoni ma' diversi persuni, u bi tweġibiet mill-għalliema, flimkien mal-Membri tal-Bord tal-Istitut (WR P. Provinċjal Leslie Gatt OSA – Praeside; P. Pierre Desira OSA – Ass. Dir. – Ms Antoinette Borg, Segr. Amm. – P. Mario Attard Ofm Cap – Andre‘ Debattista - Tabiba Ritienne Debono – Kan. Dr Jonathan Farrugia – Mons Prof. Hector Scerri), qbilna dwar dawn id-dati, imma xorta waħda jibqgħu marbuta ma‘ għadd ta‘ prekawzjonijiet u eċċezzjonijiet skont il-qagħda tal-pandemija fiż-żmien stipulat tal-bidu tal-Kors.

Fil-Kors Għal Kulħadd għas-Sena Akkademika 2020-2021 ser inkunu qegħdin nistudjaw flimkien din it-tema:

Waħda u Sħiħa hija l-Imħabba. L-10 Omeliji  ta’ S. Wistin fuq l-Ewwel ttra ta’ Ġwann lill-Parti tal-Prof. P. Salvinu Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA.

 Il-lectures sejrin ikunu dwar dan it-trattat ta‘ S. Wistin; kopja tiegħu bil-Malti (285p.) tkun lesta sa tmiem NOVEMBRU 2020, u jkun għall-bejgħ (25 + ktejjeb My Pen’s Toil b’xejn);

Dan huwa l-programm tentattiv sa issa, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija internazzjonali li ninsabu fiha. 

 

Waħda u sħiħa hija l-Imħabba

 

  

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar 2021 (6.00 – 7.30pm)

L-Ewkaristija Presjeduta mill-WRP Provinċjal Leslie Gatt OSA

Daħla għall-opra ta’ S. Wistin

Prof. P. Salvinu Caruana OSA

--------------------------------------------------  

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 1

Kelliem: P. Mario Attard ofm cap

  --------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 2

Kelliem: Andre’ P. Debattista

 --------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu 2021 (6.00-7.00pm)

Omelija 3

Kelliema: Dr Ritienne Debono MD

  --------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 9 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 4

Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 16 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 5

Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 23 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 6

Kelliem: P. Pierre Desira OSA

--------------------------------------------------

L-Erbgħa, 28 t’April 2021 fis-6.00pm

It-23 edizzjoni tal-Annual Saint Augustine Lecture

Kelliem:

Il-Professur Dr Dr Anthony Dupont

 Faculty of Religious Studies

Catholic University of Leuven, Belgium

dwar:

       Mater Christianorum Verissima (mor. 1.62)

Augustine of Hippo’s Understanding of the Church as a Conciliatory, Critical and Christological Community*

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 30 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 7

Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Mejju 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 8

Kelliem: P. Pierre Desira OSA

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju 2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 9

Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju  2021 (6.00 – 7.00pm)

Omelija 10

Kelliem: Andre’ P. Debattista

--------------------------------------------------

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Mejju 2021– JUM IL-GRADWAZZJONI

6.15pm

mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Isqof Anton Theuma, l-Isqof t’Għawdex

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

*  Il-lecture sejjer ikun video conference u jinżamm ġewwa Tolentino Hall – Kulleġġ, S. Wistin, Pjetà.

Grazzi ħafna għall-ħidma elettronika koordinata minn P. Pierre Desira OSA Ass Dir Ist. Agost. Rev Kan. Jonathan Farrugia Kap tad-Dip. tal-Patroloġija, Fakultà tat-Teoloġija, Università ta’ Malta, u Andre P. Debattista Lekċerer, Università ta’ Malta u lir-Rettur tal-Kulleġġ S. Wistin P. David Cortis OSA.

 Attendenza għall-lecture: l-ewwel 50 li jibbukkjaw sat-Tnejn, 26 t’April 2021

(Segretarja Amm. Ms Antoinette Borg: This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.)

--------------------------------------------------------------------------

  • lejn il-bidu ta’ Frar 2021 nibgħatu l-programm ON-LINE u naraw li nilħqu ‘l kulħadd, b’kull mezz li għandna għad-disponibiltà tagħna, ser nistampaw numru limitat ħafna din is-sena akkademika;
  •  il-lectures sejrin jinżammu f’sala ikbar ġewwa l-Kulleġġ S. Wistin, Pieta’ (hija ikbar minn dik tal-Istitut u minn dik li ġieli użajna); ikunu bejn is-6.00pm u s-7.00pm;
  •  l-Ewkaristija tibda’ fil-5.40pm, fl-istess sala tal-lectures, imma taslux u tidħlux fis-sala ħafna qabel il-5.30pm;
  • il-maskra (visor) hija obbligatorja u fil-bieb ikun hemm apparat/i ta‘ disinfettar tal-idejn, u tittieħed it-temperatura ta’ kull waħda/wieħed qabel id-dħul fis-sala; mhux ser ikollna te’/kafe’ eċċ., wara l-lectures, wara ma jibqa’ ħadd jitħaddet eċċ., minħabba li nkunu rridu nerġgħu niddisinfettaw is-sala malajr kemm jista’ jkun;
  •  l-aħħar lecture ser ikun nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju 2021.

 

Nitolbu lil SANTA RITA li taqlagħlna l-grazzja li ż-żmien ikun jippermetti wkoll li nsibu jumejn/tlieta għall-LIVE-IN 2020-2021…f’Ġunju

Sadanittant, aħna nibqgħu dejjem ngħarrfukom b’kull mezz u metodu li għandna, dwar żviluppi tal-qagħda min-naħa tagħna dwar il-korsijiet sena akkademika 2020-2021.

 

L-aħħar ħaġa, imma daqstantieħor siewja ħafna:

 NITLOBKOM SABIEX TMEXXU MILL-AĦJAR LI TISTGĦU DAN IT-TAGĦRIF DWAR IL-KORSIJIET Fl-ISTITUT AGOSTINJAN SENA AKKADEMIKA 2020-2021

 Kieku nixtiequ nkunu nafu, minn kmieni kemm jista’ jkun, KEMM minn fostkom jaħsbu li, dejjem jekk iċ-ċirkustanzi jippermettu, biħsiebhom jattendu għall-lectures.

Tistgħu iċċemplu fuq 2701 0827 – 7929 4177 – 9945 0099 – 7770 8700

Jew tiktbu fuq: This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

 Grazzi ħafna

 P. Salvinu Caruana OSA - Direttur


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.