Alla jagħtina teżor prezzjuż - l-għerf u d-dehen tiegħu - biex nagħmlu affarijiet kbar għall-ikbar glorja tiegħu!

Is-17 il-Ħadd matul is-Sena A

Slaten 3:5.7-12; Salm 118; Rum 8:28-30; Mattew 13:44-52

Aqra’: Lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jiieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa; lil dawk li ppredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, igglorifikahom ukoll.

Irrifletti: Alla jagħtina teżor prezzjuż - l-għerf u d-dehen tiegħu - biex nagħmlu affarijiet kbar għall-ikbar glorja tiegħu!

Itlob: Ħa nkunu nafu li s-sejħa u l-konsagrazzjoni tagħna mhumiex privileġġi imma sfidi biex naslu għall-għan aħħari: il-ħajja ta’ dejjem.

Agħmel: Santu Wistin igħid li dak li aħna huwa t-teżor li Alla tana, dak li nagħmlu minnha nfusna huwa t-teżor tagħna lil Alla. X’tip ta’ teżor qed nagħmlu minnha nfusna?


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.