Sena Akkademika 2023

1 Semestru (Jannar – Marzu 2023)

Il-Katekiżmu Agostinjan

 De catechizandis rudibus

(Kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda)

 

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar 2023 (6.00 – 7.30pm)

Searching and Confessing.Augustine of Hippo’s Quench for Wisdom and  Truth (Prof. Salvino Caruana OSA)

VENUE:

MILLENNIUM HALL (Augustinians, Millennium Chapel, Church Street, Paceville, St Julian’s)

 

PANEL:

Rev. Dr Stefan Attard SThD (Greg.)

Dean Faculty of Theology, University of Malta

 

Rev. Canon Dr. Jonathan Farrugia

HOD, Dept of Patrology, Church History & Paleo-Christian Archeology, Faculty of Theology, University of Malta

                                                           

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar 2023

Ftuħ tas-Sena Akkademika 2023

 

Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija

Presjeduta mill-WR P. Leslie Gatt OSA

Provinċjal – President Ist.Agost.

 

Daħla fil-qosor għas-Sena Akkademika 2023

Prof. P. Salvinu Caruana OSA

 

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar 2023

Il-katekeżi ta’ S. Wistin kontra d-Donatisti

Rev. P. Desira OSA (Ist. Agost.)

           

Il-Ġimgħa, 03 ta’ Frar 2023

Il-katekeżi ta’ S. Wistin kontra l-Manikej

  1. Mario Attard ofm.cap. (Ist. Agost.)

 

 

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Frar 2023

Katekeżi Nisranija għat-tfulija llum

Rev. Dr Carl-Mario Sultana (UOM)

 

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2023

 Il-katekeżi ta’ S. Wistin kontra l-Pelaġjani

Andrè P. Debattista (Ist. Agost. - UOM)

 

 

Il-Ġimgħa, 03 ta’ Marzu 2023

 Il-katekeżi Nisranija fil-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja Griega

fis-seklu 4

Revdu Papàs Prof. Martin Zammit

Prof. tal-Ilsna u l-Kulturi tal-Lvant Nofsani, u Asjatiiċi (Fak. Arti – UOM)

 

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Marzu 2023       

Il-katekeżi Nisranija f’xi Missirijiet tal-Knisja Griega fis-seklu 4-5

Rev. Kan. Jonathan Farrugia (Ist.Agost. - Kap tad-Dip. Fak.Teol. - UOM)

 

Il-Ġimgħa, 17 ta’ Marzu 2023

Il-katekeżi Nisranija ta’ S. Girgor ta’ Nissa

Rev. Kan. Jonathan Farrugia (Ist.Agost. - HOD. - Fak.Teol. - UOM)

 

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Marzu 2023

Is-siwi tal-Missirijiet tal-Knisja għall-katekeżi Nisranija tal-Papa Franġisku

Revdu Mons. Prof. Hector Scerri (Ist. Agost. – Fak. Teol. - UOM)

 

 L-24 edizzjoni tal-Annual Saint Augustine Lecture - 2023

Kelliem: Il-Professur Dr Henry Eguiarte Bendimez OAR

   Editur tar-rivista Augustinus

 

The role of De Catechizandis rudibus within the process of a

Christian Initiation programme in Hippo

Nhar il-Erbgħa, 29 ta’ Marzu 2023 fis-7.00pm

Fis-sala KSU tal-Università ta’ Malta, tal-Qroqq Msida

               Moderatur: Revdmu Monsinjur Professur Hector Scerri  

---------------------------------------------------------------------------------------------------------

   

 

 

  Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Marzu 2023 fis-6.15pm

Fis-sala fil-Kunvent S. Rita, f’Baystreet, S. Ġiljan

 Il-Professur Henry Eguiarte Bendimez jitħadded dwar:

 

The “Book of Creation”. Augustine and Ecology

 Moderatur: Is-Sur Andre’ Debattista  

 

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------

Ħajr minn qalbi lid-

Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta Revd Dr Stefan Attard SThD,

lil P. Pierre Desira OSA Ass. Dir. Ist. Agost., għall-ħidma koordinata minnu

lis-Segretarja Amministrattiva Ms Antoinette Borg

lir-Revdmu Monsinjur Professur Hector Scerri

lill-Kan. Dr Jonathan Farrugia Kap tad-Dip. tal-Patroloġija,

Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

lis-Sur André P. Debattista Lekċerer, Università ta’ Malta

u lis-Sur Mario Randon, supervisor/tekniku – Kumpless S. Rita

Wara jkun hemm riċeviment.

24th Annual Saint Augustine Lecturer - 2023

 

Professor Dr Henry Eguiarte Bendimez OAR, editur tal-Augustinus

 

 Sena Akkademika 2023

It-2 Semestru (April 2023 – Ġunju 2023)

 

Wistin dwar kitbietu

Ir-Ritrattazzjonijiet ta’ S. Wistin f’2 kotba

Il-Ġimgħa, 14 t’April 2023 (6.00 – 7.00pm)

Rev. Prof. Salvinu Caruana OSA (Ist. Agost.)        

Daħla għar-Retractationes ta’ S. Wistin

 

Il-Ġimgħa, 21 t’April 2023 (6.00 – 7.00pm)         

 Mr Ivan Said (EU Brussels)

 Ħjiel siewi dwar it-traduzzjonijiet bl-Ilsien Malti tal-kitbiet ta’ S. Wistin

 

 Il-Ġimgħa, 28 t’April 2023 (6.00-7.00pm)

Rev. P. Pierre Desira OSA (Ist. Agost.)

 L-Elenku tal-kitbiet ta’ S.Wistin skont S. Possidju, isqof ta’ Kalama

 

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Mejju 2023 (6.00 – 7.00pm)

 Rev. Prof. P. Salvinu Caruana OSA (Ist. Agost.)

Xi ħjiel dwar it-trattati bibliċi fir-Retractationes ta’ S Wistin

 

 Il-Ġimgħa, 12 ta’ Mejju 2023 (6.00 – 7.00pm)

Rev. P. Desira OSA (Ist. Agost.)

Xi ħjiel dwar l-Ittri u d-Diskorsi ta’ S.Wistin

 

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Mejju 2023 (6.00 – 7.00pm)

Onor. Imħallef Emeritus Dottor Silvio Meli (Ist.Agost.)

It-trattati kontra l-Manikejiżmu fir-Retractationes ta’ S. Wistin

 

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju 2023 (6.00 – 7.00pm)

Mr Andre’ DeBattista (UOM – Ist.Agost)

It-trattati kontra d-Donatiżmu fir-Retractationes ta’ S. Wistin

 

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju 2023 (6.00 – 7.00pm)

Rev. Dr Jonathan Farrugia (UOM – Ist.Agost.)

It-trattati kontra l-Pelaġjaniżmu fir-Retractationes ta’ S. Wistin

 

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Ġunju 2023 (6.00 – 7.00pm)

 Rev. Dr Jonathan Farrugia (UOM – Ist.Agost.)

It-trattati kontra s-Semi-Pelaġjaniżmu fir-Retractiones ta’ S. Wistin

 

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ġunju 2023 (6.00 – 7.00pm)

Dr Ritienne Debono MD (Ist.Agost.)

It-trattati kontra l-Arjaniżmu fir-Retractiones ta’ S. Wistin

 

 

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju 2023

Iqassam iċ-Ċertifikat ta’ Attendenza

Il-WR Kan. Dr Jonathan FARRUGIA

Kap tad-Dipartiment tal-Ġrajja tal-Knisja,

Patroloġija, u Arkeoloġija Paleonisranija

Koordinatur tal-Kors tal-BA (Theol.& Human Studies)

Fakultà tat-Teoloġija

Università ta’ Malta

Fis-6.15pm fis-sede l-ġdida tal-Istitut Agostinjan



Grupp ta’ edukaturi mill-Kulleġġ Santu Wistin, flimkien mar-Rettur tal-Kulleġġ tagħna fr David Cortis osa, kellhom l-opportunità li jattendu kors interessanti ħafna f’Helsinki, fil-Finlandja, flimkien ma’ edukaturi minn pajjiżi oħra Ewropej bħala parti mill-programm tal-Unjoni Ewropea Erasmus+. Din l-esperjenza kienet l-ewwel u qabel kollox prova ta’ kemm il-kulleġġ tagħna qed jaħdem fi ħdan standards għoljin, peress li ġie nnutat li xi prattiċi u metodi użati fil-Finlandja, qed jiġu applikati wkoll fil-kulleġġ tagħna.

Kien evidenti li s-sens ta’ ħidma f’tim matul il-gruppi kollha tas-sena bejn l-edukaturi kif ukoll it-tim tat-tmexxija tal-kulleġġ, huwa wieħed miċ-ċwievet ewlenin għas-suċċess. L-edukaturi kollha jaħdmu flimkien biex jilħqu għan komuni, dak tal-ġid tal-istudenti tagħhom. It-titjib akkademiku tal-istudenti mhuwiex il-prijorità ewlenija fi ħdan dawn l-iskejjel. Minflok, l-attivitajiet isiru b’mod divertenti, li jinvolvu ħafna prattiċi, użu tat-teknoloġija, sports, u inizjattivi oħrajn.

Permezz ta’ dawn, il-miri stabbiliti jintlaħqu b’mod effettiv. L-importanza li tkun fiżikament attiv fuq bażi regolari, matul il-ġurnata, kienet ukoll xi ħaġa li kienet partikolarment innutata. It-tim Malti kellu esperjenza diretta ta’ dan l-aspett matul il-kors; dan irriżulta f'livelli ogħla ta' konċentrazzjoni u motivazzjoni. L-opinjonijiet u l-ideat tal-istudenti jingħataw importanza kbira fl-iskejjel Finlandiżi; minn lezzjonijiet miżmuma għal tagħmir rikreattiv fil-grawnds tal-iskola.

Bħala edukaturi ġejna lura Malta mimlijin entużjażmu u ideat ġodda li diġà qed jiġu maqsuma mal-bqija tal-komunità tal-kulleġġ, bil-ħsieb li kulħadd ikun f’sintonija u jaħdem id f’id għall-għan aħħari komuni: il-ġid tal-istudenti. L-għaqda hija s-saħħa!

 

Ms Daniela Buttigieg

Edukatriċi fil-Primarja – St. Augustine College

 


Il-Ħadd 4 ta’ Settembru il-Familja Agostinjana tiċċelebra s-Solennità ta’ Sidtna Marija Omm tal-Konsolazzjoni, padruna tal-Ordni Agostinjan. Meta snin ilu, fil-knisja u fl-Ordnijiet Mendikanti bdiet tissawwar id-devozzjoni lejn sidtna Marija, l-Ordni Agostinjan intrabat mas-simbolu antik tal-ħżiem jew kif nafuh aħna llum taċ-ċintura. Kien f’dak il-kuntest li kibret it-tradizzjoni li Marija dehret lil Santa Monika u tatha dan is-simbolu bħala sinjal ta’ faraġ hi u tiġri wara binha Wistin u tinkuraġġieh jersaq lejn Alla.

Il-liturġija tal-festa ser tiġi ċċelebrata fil-knejjes kollha Agostinjani fil-Jum propju tagħha. F’Malta l-Festa ser tiġi ċċelebrata bi programm sħiħ fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta is-Sibt 3 ta’ Settembru, u fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat is-Sibt 10 ta’ Settembru. Fiż-żewġ knejjes isiru jiem ta’ preparazzjoni u pellegrinaġġ devot fil-jum tal-Festa. F’Għawdex il-Festa tiġi ċċelebrata fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria l-Ħadd 4 ta’ Settembru filgħodu.

Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Konsolazzjoni jew kif nafuha komunament, il-Madonna taċ-Ċintura, hija filfatt devozzjoni ferm antika f’pajjiżna u tiġi ċċelebrata wkoll f’diversi rħula u knejjes Parrokkjali partikolarment fejn jinsabu fratellanzi li jġibu isimha.


Il-Ħadd, 11 ta’ Settembru 2022, fetaħ il-187 Kapitlu Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, permezz tal-Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu preseduta mill-Pirjol Ġenerali P. Alejandro Moral Anton O.S.A., li qed jiġi ċċelebrat fil-Belt ta’ San Diego f’California, l-Istati Uniti.

Madwar 40 rappreżentant taċ-ċirkoskrizzjonijiet differenti tal-Ordni madwar id-dinja, qed jinġabru biex flimkien mal-Pirjol Ġenerali u l-membri tal-Kunsill Ġenerali jiddiskutu u jevalwaw il-ħajja tal-Ordni u l-impenn fl-apposolat u l-missjoni tal-Knisja. Din l-esperjenza ta’ sinodalità qed toffri opportunità ta’ riflessjoni personali u djalogu komuni partikolarment fuq it-tema tat-tiġdid tal-Ordni fil-kuntrast bejn l-ideali u l-isfidi li toffri d-dinja kontemporanja.

Il-membri kapitulari ser ikunu qed jiddiskutu dokument li jġib l-isem ‘Renovatio’ lejn programm ta’ tiġdid fl-Ordni. Id-dokument jitkellem prattikament fuq ħames temi: l-Ispiritwalita; l-Appostolat u l-Evanġelizzazzjoni; Il-Faqar u l-Ġustizzja Soċjali; il-Vokazzjonijiet; u l-Formazzjoni tal-Kandidati Ġodda. Ma’ dawn jiġu diskussi ukoll id-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-Kapitlu Ġenerali Ordinarju preċedenti li sar f’Ruma fl-2019, u temi oħra li jistgħu jiġu ppreżentati skond il-ħtieġa.

Il-Provinċja Agostinjana Maltija qed tkun rappreżentata mill-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt O.S.A. li mar l-Istati Uniti biex jieħu sehem fil-Kapitlu. L-aħwa agostinjani jħeġġu biex ningħaqdu fi spirtu ta’ talb sabiex dan il-mument ikun tassew mument ta’ grazzja għall-Familja Agostinjana mifruxa f’tant pajjiżi madwar id-dinja.

 


Il-Provinċja Agostinjana Maltija tħabbar b’sogħba l-mewt ta’ P. George Bezzina li llum 30 ta Awissu 2022, mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu, fl-eta sabiħa ta’ 94 sena. F’dawn l-aħħar snin P. George kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru Birkirkara, wara diversi snin fil-Komunita tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta.

P. George twieled il-Għargħur fid-29 ta’ Marzu 1928 u inagħqad mal-familja Agostinjana fl-1946. Wara li temm l-istudji tiegħu kien ordnat Saċerdot fil-21 ta’ Marzu 1953. L-ewwel snin tal-ministeru tiegħu għexhom fil-Komunitajiet tar-Rabat Malta u tal-belt Victoria f’Għawdex fejn kien responsabbli mill-formazzjoni tal-Professi u aktar tard tan-novizzi Agostinjani. Fl-1961 intbagħat għal sentejn ta’ ħidma missjunarja f’La Goulette Tuneż u wara reġa lura Malta fejn kompla l-ħidma li ħalla fil-qasam tal-formazzjoni bħala surmast tan-novizzi. Fl-aħħar tas-snin sittin imbagħad intbaghat fil-kunvent tal-Belt fejn serva għal ftit snin bħala viċi-Kappillan sakemm fil-bidu tas-sebgħinijiet intbagħat fil-missjoni tal-Brażil fejn ħadem għal aktar minn ħamsa u għoxrin sena f’diversi realtajiet u responsabiltajiet. Fl-1998 imbagħad ħalla l-Brażil u inagħqad mal-komunità ta’ Annaba fl-Alġerija fejn serva għal tmien snin. Lura Malta fl-2006 inagħqad mill-ġdid mal-komunita tal-Belt Victoria Għawdex u fl-2010 beda jagħmel parti mill-Komunita tal-Belt Valletta fejn baqa sakemm fl-2018 ġie rikoverat fid-Dar tal-Kleru minħabba limitazzjonijiet ta’ saħħa.

Missjunarju għal aktar minn 35 sena, P. George serva għal diversi snin fil-Kamp tal-formazzjoni tal-istudenti Agostinjani u kellu tant għal qalbu l-ħidma għall-vokazzjonijiet ġodda. Il-funeral tiegħu ser isir għada l-Erbgħa 31 ta’ Awissu 2022 fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta fid-9.30am. Qabel il-quddiesa il-ġisem ta’ ħuna P. George ser jitqiegħed fl-Oratorju tal-Madonna taċ-Ċintura għat-tislima tal-pubbliku. Id-difna ssir imbagħad fl-oqbra tal-Provinċja Agostinjana fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.

 Il-Provinċja Agostinjana tirrakomanda r-ruħ ta’ dan ħuna fit-talb tagħkom.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.